Illum previous editions

illum 23 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/814536

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 23 ta' April 2017 | illum It-tieni xenarju huwa dak li fih kollox jibqa' kif inhu u ma jkunux imressqa provi ċari u inekwivoki li juru li l-kumpanija Egrant hija ta' Micelle Muscat. F'dan ix-xenarju, il-kwistjoni ttul u tiġġebbed u kulħadd jibqa' jgħid li dak li qed jgħid illum. Jiġifieri n-Nazzjonalisti u l-PN jibqgħu jirrepetu kull kelma ta' kull blogg li ttella' Caruana Galizia, filwaqt li l-Laburisti jibqgħu qaqoċċa wara Muscat. Dan ix-xenarju jibbenifika aktar lill-Partit Laburista, għax dan ikun jista' jgħid li l-istorja kienet kollha kemm hi gidba, kif fil-fatt diġà qal Muscat li ddeskriva l-allegazzjoni bħala "l-akbar gidba fl-istorja politika lokali." Joseph u Michelle ikunu jistgħu jgħidu li dan kien attakk fuqhom u fuq uliedhom. Dan jista' jressaq lura lejn il-PL persentaġġ minn dawk il-Laburisti li s'issa qed jgħidu li mhux se jivvutaw. L-akbar tellief f 'dan ix-xenarju jkun il-Partit Nazzjonalista li jkun rabat il- karru politiku tiegħu u milli qed jidher issa, anke l-fortuni elettorali tiegħu, ma' allegazzjoni mhux sostanzjata. Caruana Galizia la tirbaħ imma lanqas titlef f 'dan ix-xenarju għax tibqa' ssostni li l-istorja tagħha hija minnha. Dan tista' tagħmlu fil-konoxxenza li għandha bażi ta' qarrejja leali lejn is-sit tagħha u li bbażat fuq il-fatt li kienet hi li żvelat il- kumpaniji fil-Panama ta' Konrad Mizzi, dawn se jemmnuha, provi jew le. Il-Ministru Konrad Mizzi, iċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-PM Joseph Muscat fetħu numru ta' libelli kontra Caruana Galizia. Dawn il-libelli kienu jvarjaw, bl-aħħar wieħed isir mill-PM u martu wara li l-blogger allegat li Michelle Muscat għandha ishma fil-kumpanija Egrant. Fil-każijiet kollha, min fetaħ il-libelli talab biex dawn jinstemgħu b'urġenza. Jekk fil-Qorti Caruana Galizia ma tkunx tista' tforni provi biżżejjed u li jissostanzjaw l-allegazzjonijiet, tista' titlef dawn il-libelli. Jekk Caruana Galizia titlef il-libelli, speċjalment dak li fetaħ kontriha l-PM u martu, din tkun rebħa morali kbira għall-PL u għal Muscat. Fil- fatt, dan huwa l-aħjar xenarju għal Muscat u għall-Gvern Laburista. Min-naħa l-oħra, dan ix-xenarju huwa l-agħar wieħed u l-uniku wieħed negattiv għal Caruana Galizia, għax tkun tilfet is-saħħa tal- argument quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. L-allegazzjonijiet ta' Caruana Galizia komplew jgħollu t-temperatura politika, li kienet diġà għolja qabel. Jista' jkun li bit-temperatura daqstant għolja, bil-PN prattikament għaddej b'kampanja elettorali diġà u bl-għajdut ta' elezzjoni wara l-bieb, Muscat jiddeċiedi li jmur għal elezzjoni ġenerali f 'Ġunju/Lulju. B'hekk, din il-kwistjoni jkun qatalha saqajha, darba għal dejjem. Fis-sens li jittama li jekk il-maġġoranza tal-poplu terġa' tivvota lill-Partit Laburista, il-kwistjoni 'Panama' li ilha titqajjem mill-PN b'mod kontinwu għal din l-aħħar sena, titmewwet. Jista' jkun ukoll li Muscat jirrealizza li minkejja li jkun qala' daqqa ta' ponn mill-allegazzjonijiet ta' Caruana Galizia, dawn fil-fatt saħħew l-għeruq tal-partit daqs qatt qabel u allura ż-żmien ikun propizju għal elezzjoni. Naturalment, diffiċli tgħid min jista' jgawdi f 'dan ix-xenarju Jittardja l-elezzjoni għas-sena d-dieħla Jista' jkun li Muscat iħoss li provi jew le, ċertu ammont ta' ħsara elettorali se tkun saret lill-PL u lill-Gvern Laburista bl-allegazzjonijiet ta' din il-ġimgħa. Għalhekk, jista' jkun li Muscat iħalli aktar żmien u jittardja l-elezzjoni u jagħmilha fi żmienha, jiġifieri f 'Marzu. Naturalment, dan kollu jiddependi fuq kif ikunu qed jidhru n-numri u l-figuri għall-Partit Laburista. Minkejja li dan ix-xenarju jibqa' wieħed possibbli, jidher li ċ-ċans li jseħħ huwa remot. xenarji għall-ġimgħat li ġejjin Ma joħorġux provi li Egrant hija ta' Michelle Jinstemgħu l-libelli u titlef Daphne Issir elezzjoni f 'Ġunju/Lulju

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 April 2017