Illum previous editions

illum 23 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/814536

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Aħbarijiet 11 Il-Ħadd 23 ta' April 2017 | illum Ħamis bl-aħħar attakk estrem Iżlamista qrib sew tal-palazz tal-President. Hollande baqa' jidher dgħajjef quddiem sfidi kbar. Iġġieled mal-unions, iġġieled man-negozjanti kbar b'taxxi għoljin ferm; skartawh iż-żgħażagħ fejn wieħed minn kull erbgħa baqgħu jirreġistraw għax-xogħol. Jidher li l-isforzi ta' Hollande biex jagħti futur aħjar lil pajjiżu – it-turiżmu reġa' rkupra sew b'dak intern – sfaw fix-xejn tant li fl-aħħar mhux biss irreġistra popolarità ta' 4% biss, iżda saħansitra l-partit ma ressqux bħala kandidat presidenzjali għat-tieni leġiżlatura. Nafu li diġà qed ifittex dar fil-kampanja għall-kwiet li osservaturi ċiniċi qalu m'għandux isibha diffiċli għax hekk jew b'hekk, l-Ingliżi mhux ġejjin iżjed minħabba Brexit u l-Franċiżi m'għandhomx x'jonfqu! Agħar minn hekk, wieħed jista' jħares lejn l-aħħar attakk terrorista Pariġin bħala daqqa ta' ħarta oħra lill- partit Soċjalista fil-gvern għax jagħti raġun lil Le Pen tal-Front Nazzjonali li hi totalment anti-Iżlamista għax twaħħal fihom li qed jirvinaw il-pajjiż bl-insigurtà li ħolqu fost iċ-ċittadini ta' Franza. Flimkien ma' Mélenchon, għalkemm rival, qed dejjem tidher titkellem f 'isem il-massa tal-poplu, il-paladina tal-batut, tal-ħaddiem, tal- pensjonant li ma jistax ilaħħaq mal-ħajja. Fil-paniku tat-twerwir tista' tiġbed reazzjoni pożittiva. Iċ-champion tal-Unjoni Ewropea Fi Franza qed iseħħ fenomenu li juri kemm votanti kurrenti fid-dinja tal- Punent xebgħu mill-partiti stabbiliti li jwegħdu u ma jwettqux. Wara li Trump tela' anki bl-oppożizzjoni tal-partit tar- Repubblikani tiegħu stess, wara li Brexit għadda f 'Ġunju tas-sena l-oħra xprunat minn partit populista marġinali fl- Ingilterra, fi Franza ż-żewġ partiti kbar jistgħu jibqgħu barra mit-tieni rawnd. Xejn ma bbrillaw fid-dibattitu televiżiv ta' bejn il-11-il kandidat 10 ijiem ilu u l-anqas fl-intervisti ta' kwarta l-waħda li wera l-istazzjoni televiżiv Antenne 2 dil- gimgħa li għaddiet, iżda fis-sondaġġi, Fillon baqa' mwaħħal fit-tielet jekk mhux ir-raba' post filwaqt li Hamon, kif għidna, mar il-baħar. Madankollu l-biża' li ħakmet lil Franza dil-ġimgħa tista' tfixkel dak li sabu s-sondaġġi kollha tul il-kampanja kollha. Macron għamel żmien twil matul il-kampanja bħala l-uniku tama għall- pajjiż li issa xeba' jgerger iżda ma qatax qalbu mir-rieda tal-Franċiżi li jsewwu triqthom; minn Brussell; minn sħubija eqreb mal-Ġermanja li wara kollox kienet l-ewwel imsieħba fit-twaqqif tal-Unjoni 60 sena ilu. Macron għaraf jitlaq minn partit stabbilit – wara li kien ministru tal-ekonomija ta' Hollande – għax intebaħ li l-partit fil-gvern se jkun mażżra m'għonqu għall-kandidatura. Għandu 39 sena, miżżewweġ lill-għalliema tiegħu 24 sena akbar minnu (l-ironija li Trump għandu mara 24 sena iżgħar minnu) u jidher li l-akbar ambizzjoni tiegħu issa hi li jkun champion ġdid żagħżugħ tal-Unjoni Ewropea. Ironija meta tqis li l-Ewropa, f 'għajnejn ħafna ċittadini tal-kontinent tidher parti mill-istess stabbiliment għajjien. Imma Macron – mhux daqstant differenti mill-istorja ta' Joseph Muscat f 'Malta fl-2013 – ħoloq moviment qisu distint mill- partiti tradizzjonali. Daħal għal sfida enormi. Jekk fl-aħħar mill-aħħar jirbaħ il-presidenza meta jaslu l-elezzjonijiet tal-parlament f 'Ġunju u tas-senat f 'Settembru, mhux probabbli li jkollu appoġġ biżżejjed. Hu jistqarr li lest jisma' u jitkellem ma' kulħadd. Irid stabbilità akbar b'armata fl-Ewropa, irid kontroll fuq il-fruntieri tal-Unjoni u jixtieq jirrivoluzzjona s-sistema pubblika edukattiva Franċiża li ilha ma tesperjenza xi riforma s-snin. Ippreżenta programm tajjeb, forsi wkoll fattibbli. Skont sit effiċjenti fi Franza li jara kemm huma prattiċi l-programmi elettorali tal-kandidati, Macron għadda t-test. Madankollu f 'wieħed mill-aħħar sondaġġi tal-ġurnal popolari Le Monde matul il-ġimgħa li għaddiet biex jara fost il-qarrejja min jaħsbu li verament jista' jdawwar ir-rotta tal-pajjiż għall- aħjar, kien Mélenchon li ħareg b'27% li hu l-akar kapaċi li jirnexxielu, għalkemm Macron ġie t-tieni b'25%. Le Pen warajhom b'24%. Fl-istess waqt imma 41% ma jemmnux li Mélenchon jasal itejjeb is-sitwazzjoni mwiegħra, 34% ma jemmnux li Macron għandu dik il-ħila u 57% ma jafdawx lil Le Pen. Waslet is-siegħa tal-għażla! Naraw is- sondaġġi kellhomx tassew subgħajhom fuq il-polz Franċiż. Imma fuq kollox naraw ukoll dan l-aħħar attakk terrorista hux se jerġa' jwaddab il-boxxla tagħqad fil-maltemp sa ma twassal il-president il-ġdid ta' Franza fil-port. Qatt daqs illum l-elezzjoni ta' president Franċiż ma kienet daqstant kurjuża. Dr Charles Xuereb hu storiċista Ħabsijiet Iċ-Ċivil Taħriġ u Apprentistat 35 siegħa xogħol fil-ġimgħa 40,000 post ġdid fil-ħabs Le Pen 10,000 sa 20,000 post ġdid Macron, Fillon Jinkoraġixxu pieni alternattivi Mélenchon, Hamon Inaqqas 500,000 impjegat Fillon Inaqqas 120,000 Macron Iżiedu Mélenchon, Le Pen, Hamon Tinfetaħ aktar għaż-żgħażagħ Le Pen, Fillon Tibqa' kif inhi llum Mélenchon Joħloq aktar friegħi Hamon Jinħoloq Erasmus Macron Inaqqashom għal 32 Mélenchon Iżommha kif inhi Le Pen, Hamon Itellagħha 39 siegħa Fillon Jagħmilha aktar flessibli Macron fil-ġimgħa hom għal 32 Francois Fillon Jean Luc Melenchon Benoit Hamon

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 April 2017