Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/814536
illum Il-Ħadd 23 ta' April 2017 Sports 32 Il-Kapitlu ġdid l-Judo Malti diġà qed iħalli riżultati pożittivi ILFEDERAZZJONI Maltija tal-Judo għadha kif lestiet l-organizazzjoni tat-33 edizzjoni tal- Malta International Judo Open. Erba' avvenimenti ewlenin kienu miżmuma fl-Akkademja tal-Judo ta' Malta, fejn disa' pajjiżi kkompetew għal 25 midalja tad-deheb. Il-ġurnata bdiet bil-festival tat-tfal, taħt id-direzzjoni tad-Direttur taż-Żgħażagħ, Joe Castillo, u kowċis oħra. Iċ-ċkejknin tgħallmu tekniki ġodda, kellhom Randori (taħriġ għall-kompetizzjoni) kif ukoll xi logħob. Il-ġurnata kompliet bil-kategoriji tal-Espoir li kienu ddominati mit-Tim Nazzjonali tal-Ungerija. Clive Camilleri, student tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport, rebaħ midalja tal-fidda, iżda wkoll wera li għandu l-kwalitajiet ta' champion. Fil-logħba finali tiegħu, allavolja kien qed jikkontrolla l-logħba tajjeb ħafna, l-esperjenza superjuri tal-avversarju tiegħu temmet il-mixja tiegħu għad-deheb. Il-kategorija tal-kadetti kienet mill-ġdid iddominata mill-Ungeriżi. Għal uħud mill-Kadetti Maltin, din kienet l-ewwel darba li kienu qed jikkompetu fuq il-palk internazzjonali, u żgur din kienet esperjenza li ser tipprovdi l-istimulu biex ikomplu t-taħriġ u jitjiebu. Biss, il-Maltin urew li t-taħriġ reċenti tat-tim qed jagħmel differenza. Malta ġiet l-ewwel f 'din il-kategorija b'4 midalji tad- deheb. Rodney Zammit kien l-istilla tal-ġurnata, meta rebaħ il-kompetizzjonijiet kollha b'faċilità. It-taħriġ tiegħu riċenti fil-Georgia mal-kowċ ġdid tal- Federazzjoni Maltija tal- Judo, Giorgi Kaldani, żgur qed tagħmel differenza. David Cucic, li jittħarreġ mat-tim Malti, rebaħ id- deheb fil-81kg. Fil-kategoriji tal-bniet, Malta kellha żewġ sorpriżi sbieħ. L-ewwel waħda ġiet mill-kadetta Lara Castillo. Castillo ma rnexxielhiex tikseb midalja fil-Kadetti, iżda hi daħlet lura b'determinazzjoni u rebħet il-kategorija tas-seniors fil- 57kg wara li rebħet lil Frazier minn Malta u lil Roll mill- Ġermanja. Ir-raba' midalja tad-deheb waslet minn Cheryl Kaye Cachia, li rebħet l-ewwel midalja tad-deheb tagħha f 'kompetizzjoni internazzjonali. Cachia rebħet lit-tfajla Finlandiża kif ukoll lil dik Ġermaniża. Il-Georgia ġiet l-ewwel fil-Kategorija Open wara li rebħet iż-żewġ kategoriji tal-irġiel. Iżda l-qofol tal-ġurnata kienet il-logħba ta' ħbiberija li saret bejn Rodney Zammit u Paul Riegert, persuna b'diżabbiltà, li qiegħed Malta bħala parteċipant ta' proġett ta' volontarjat u inklużjoni li bħalissa qed jiġi organizzat mill-Federazzjoni Maltija tal-Judo. Uħud mir-rebbieħa l- Malta Open tal-Judo Xterra Malta ddominata mill-prestazzjoni ta' Serrano u Poor li jerġgħu jirbħu f 'Malta IĊĊIRKWIT tat-Tour Ewropew tal-Xterra 2017 ingħata bidu nhar il-Ħadd meta 'l fuq minn mitejn atleta internazzjonali ħadu sehem fl-Xterra Malta li sar fil-Park tal-Majjistral li ngħata għad-dispozzijoni tal-organizzaturi permezz tal-kollaborazzjoni li saret mal-Awtorità għall-Ambjent u l-Riżorsi. Għalkemm it-temp kien imsaħħab u bi twissija ta' xita qawwija, it-temp matul il-ġurnata żamm sabiex joffri kundizzjonijiet ideali għat- tellieqa. Fit-tellieqa tal-irġiel, Roger Serrano, rebbieħ tas-sena l-oħra, kien l-ewwel barra mill-ilma segwit minn Maxim Chane u Hannes Wolpert. Fuq il-rota, Serrano żied il-vantaġġ tiegħu, filwaqt li Chane sab id-diffikultajiet bir-rota tiegħu. Problemi mekkaniċi fuq ir-rota kkawżaw lil Wolpert jirtira. Fit-taqsima tal-ġiri, Serrano żamm il-vantaġġ kollu biex jerġa' jirbaħ ġewwa Malta. Il-Ġermaniż Sasserath ħa t-tieni post fuq Francois Carloni li daħal it-tielet. Fit-tellieqa tan-nisa, Nicole Walters, kellha l-aħjar ħin fl-għawm, warajha kienet Anna-Paulina Sasserath, segwita mir-rebbieħa tas-sena l-oħra Brigitta Poor. Fuq ir- rota, Poor u Wasle għaddew lil Sasserath u Walters, iżda mbagħad Wasle kellha tieqaf minħabba problemi bir-rota. Poor ħadet il-vantaġġ sabiex tiżgura t-tielet rebħa tagħha ġewwa Malta. Erbenova dahlet it-tieni u Nicole Walters ħadet it-tielet post. Intant, it-triatleta veterana Danica Bonello Spiteri se tirritorna fil-Kampjonati tad-Dinja Xterra fil-Hawaii grazzi għar-rebħa tagħha fil- kategorija tal-età li kkompetiet fiha. "Kont it-tielet mara li ħriġt mill-ilma, u kelli bidu tajjeb fuq ir-rota iżda kelli nieqaf meta kelli panċer u b'hekk tlift il-pożizzjoni. Iżda kif jgħidu, it-tellieqa titlesta meta taqsam il-linja. Ħdimt b'determinazzjoni kbira sabiex irbaħt il-kategorija tal-età tiegħi u nikkwalifika għat- tieni parteċipazzjoni tiegħi fil- Kampjonati tad-Dinja Xterra f 'Maui, Hawaii li se jsiur lejn aħħar ta' din is-sena," qalet Danica Bonello Spiteri. Lara Buttigieg bdiet b'għawma tajba ħafna u kienet sejra tajjeb fuq il-rota imma żewġ panċers irriżultaw fl- irtirar tagħha mit-tellieqa. Ackerly Hili, Ryan Spiteri u Peter Jan Grech kienu l-ewwel tliet Maltin li spiċċaw il- tellieqa. Kollha kemm huma taw prestazzjonijiet qawwija u rreġistraw titjib fil-ħin tagħhom meta mqabbel mas- sena l-oħra. "L-għan tiegħi kien li nkun mal-ewwel ħamsa fil-grupp tal-età tiegħi u nkun wieħed mill-ewwel Maltin. Kelli għawma tajba hafna, fil-fatt naqqast ħamsa u għoxrin minuta mill-ħin tas-sena l-oħra. Dan il-vantaġġ għen biex ipatti għall-ħin mitluf minħabba panċer fuq ir- rota. Madankollu, jiena estremament kuntent bir- riżultat tiegħi," sostna Ackerly Hili L-Organizzatur ta' Xterra Malta, Nathan Farrugia, kien kuntent ħafna bir-riżultat fejn qal li, "għal darb'oħra, Malta kienet kapaċi ttella' avveniment ta' dan il-livell. Il- fatt li l-atleti internazzjonali jirritornaw hija indikazzjoni ċara li Malta hija kapaċi torganizza tellieqa li tilħaq l-aspettattivi għolja tagħhom. It-tim organiżżattiv ilu jaħdem bosta xhur sabiex l-istandards tat-tellieqa jkunu għoljin. Malta għandha ħafna lokalitjiet fejn jistgħu jsiru avvenimenti sportivi li jistgħu jintużaw biex jiżdied dan il-qasam tat-turiżmu. Ilna naħdmu mill-qrib mal-Awtorità Maltija tat- Turiżmu, li wrew appoġġ sħiħ. Dawn l-avvenimenti jikkontribwixxu lejn il- ġlieda kontra l-obeżità u jippromwovu stili ta' ħajja attiva. Nittamaw li edizzjoni tas-sena d-dieħla se tara aktar Maltin jieħdu sehem, kemm bħala individwi jew bħala gruppi relay. Fl-2018 aħna se ningħaqdu mal-kumpanija tal-ivjaġġar globali Nirvana, u kumpanija Ewropea li tipproduċi programm televiżivi sabiex inkomplu nkabbru il-parteċipazzjoni f 'din it-tellieqa." Xterra Malta kienet grata tal-għajnuna mogħtija mill- Malta Tourism Authority, Radisson Blu Resort & Scouts, Eurosport, Cisk, Crane Currency, Jeep, Malta Police Force, Transport Malta, Mġarr Local Council, Agones SFC, Birkirkara St Joseph Sports Club Swimming Section, Red Cross Malta, Mediterranean Insurance Brokers, Mdina Glass, Garmin Malta, ProAction, The Cyclist, Emvigee PR & Marketing u Top3Meetings. Roger Serrano Brigitta Poor