Illum previous editions

illum 23 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/814536

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Il-Ħadd 23 ta' April 2017 Aħbarijiet 10 Fi Franza llum QISU dis-sena ma kienx biżżejjed li l-elezzjoni Franċiża tal-lum għal President ġdid tkun imlaqqma l-Elezzjoni tal-Indeċiżi minħabba li madwar 40% baqgħu sal-aħħar dubjużi fuq min se jixħtu l-vot mill- 11-il kandidat li ppreżentaw ruħhom. Issa, l-indeċiżjoni kibret iżjed fuq kemm se joħorġu jivvutaw wara li l-Ħamis filgħaxija, biswit l-isbaħ triq Pariġina, Champs Elysées, prattikament bejta turistika ta' klassi, seħħ l-aħħar att terroristiku u ħalla pulizija mejjet u tnejn feruti. Il-konsegwenza immedjata wasslet lill-kandidati ewlenin, flimkien mal-istess President attwali François Hollande, iħassru l-aħħar impenji kbar tal-kampanja b'sinjal ta' luttu u solidarjetà mal-forzi tal-ordni. Dan l-att terrorista daqstant viċin l-elezzjoni tal-lum jista' jkollu konsegwenzi li ħadd ma kien qed jara. Issa l-elettorat mhux biss huwa indeċiż iżda reġa' qed iħossu beżgħan; l-istat ta' emerġenza reġa' sar aktar reali, qrib. Lil min se jafdaw biex imexxi? Le Pen tirbaħ mill-biża' tat- terrorist 'Iżlamiku' li hi trid teleminaha billi tkeċċi lil dawk kollha li jinsabu fuq il-lista ta' suspettati; il-kandidati ġodda bħal Macron jistgħu jidhru bla esperjenza; bil-maqlub, il-votanti jistgħu jsiru xi ftit konservattivi aktar u jerġgħu lura lejn kandidati ta' esperjenza governattiva li tafdahom jagħtu ħarsien liċ-ċittadin. Jekk niġu għall-mistoqsija ċavetta ta' min se jirbaħ dan l-ewwel rawnd daqstant indeċiż, Emanuel Macron il-mexxej tal-moviment ġdid En Marche! (Għalina!), sa qabel l-attakk ta' erbat ijiem ilu u dejjem skont l-aħħar sondaġġi ewlenin, baqa' juri li jinsab f 'ras il-għażla b'24%, quddiem Marine Le Pen tal-lemin estrem bi 22.5%. Sa tarf il-kampanja, dawn it-tnejn baqgħu juru li jkunu huma li se jgħaddu għat-tieni rawnd tas-7 ta' Mejju. Macron saħħaħ postu quddiem b'żewġ punti fi spazju ta' sitt ijiem tant li b'sens ta' kunfidenza, bosta osservaturi serji kienu ġa bdew isejjħulu Macron Président forsi wkoll għax kull min iħobb dak li nkiseb fl-Ewropa mit-tieni gwerra 'l hawn ma jixtieqx jara lil Le Pen tkun l-ewwel president populista fil-kontinent aktar u aktar fi Franza, pajjiż-fundatur mal-Ġermanja tal-Unjoni Ewropea. Macron mhux biss jidher li jista' jirbaħ il-votazzjoni tal-lum b'maġġoranza ta' voti, iżda wkoll qed ikun previst li fit- tieni rawnd jiġbor fuq il-61% kontra Le Pen, li mistennija tkun ir-rivali tiegħu. L-aħħar sondaġġ tal-kampanja taha biss 39% fit-tieni rawnd. Dan kollu jista' jinbidel minn vot beżgħan wara li t-terroriżmu reġa' fixkel ir-rieda ta' poplu li qed jgħix stat ta' emerġenza f 'jum il-votazzjoni wkoll. Wara t-terrur, Fillon jista' jissaħħaħ François Fillon tar-Repubblikani (il-partit ta' Sarkozy) għalkemm baqa' jiżżerżaq kemm kemm sa 19.5% quddiem Mélenchon bi 18.5%, huwa l-aktar li għandu esperjenza ta' tmexxija għax kien Prim Ministru konservattiv, għax għandu esperjenza twila fil-parlament u l-kabinett ċentru- lemin u għaliex dejjem ippreżenta ruħu bħala mexxej li jasal jiġġieled it-terroriżmu u jġib is-sigurtà f 'postha bis-serjetà. Mélenchon min-naħa l-oħra huwa l-akbar sorpriża tal- aħħar jiem li mis-solitu 11% li qisu jġib kull elezzjoni presidenzjali, qabeż sostanzjalment u laħaq, u xi drabi anke hedded, lil Fillon stess li għadu mifni bl-interrogazzjonijiet fuq abbuż minn flus pubbliċi meta ħallas lil martu għal xogħol li qatt ma sar. Mélenchon jidher li ħa l-preferenzi popolari a spejjeż ta' Benoit Hamon, il-kandidat Soċjalista li fl-aħħar jum tal-kampanja niżel għall-figura baxxa ta' 7% ta' appoġġ mill-votanti, indikazzjoni li s-Soċjalisti fi Franza, bit-tluq ta' Macron se jgħaddu minn wirja umiljanti f 'din l-elezzjoni – esperjenza qarsa li ġa għaddew minnha s-Soċjalisti fl-Olanda ftit ġimgħat ilu. Is-Soċjalisti fi Franza mhux biss qed isofru wara l-leġiżlatura batuta ta' Hollande f 'dik li hi ekonomija, qgħad u profil xejn prominenti fl-Ewropa, imma wkoll minn emoraġija ta' appoġġ bil- miftuħ lil Macron, ir-ribell li telaqhom, minflok lill-kandidat tagħhom Hamon. Din l-iżlealtà minn uċuh prominenti fil-gvern, fosthom l-eks Prim Ministru ċentru-xellug Valls li tilef bħala kandidat Soċjalista kontra l-istess Hamon, qed tkaxkar voti xellugin lejn Macron u l-moviment ġdid tiegħu En Marche! Saħanistra l-istess Hollande kważi ta x'jifhem ftit ilu li Macron jista' jkun is-salvazzjoni ta' Franza minn gvern populista. Elezzjoni bla boxxla Din l-elezzjoni tal-lum ġiet ukoll imlaqqma bħala l-elezzjoni bla boxxla, probabbli għax ħadd ma jaf l-indeċiżi x'se jagħmlu. L-aħħar sondaġġi tal- kampanja qed juru li s'issa mhux aktar minn 66% huma mħajra jmorru jivvutaw illum. Filwaqt li l-biżgħa ta' ħafna żdiedet nhar il-Ħamis wara l-attakk terrorista, biża' oħra ġejja miż-żewġ kandidati estremi. L-aktar xenarju gravi jkun jekk illum jingħataw maġġoranzi ta' voti lil Le Pen u Mélenchon – żewġ estremi opposti li mħajrin jagħmlu referendum biex joħorġu lil Franza mill-UE kif ukoll beħsiebhom jitilqu min-NATO, mill- arja ta' Shengen u miż-żona tal-Euro. Li kieku jiġri dan, fis-7 ta' Mejju l-Franċiżi jiffaċċjaw għażla iebsa bejn min jista' jkun l-inqas rivoluzzjonarju, bejn min l-inqas jobgħod l-Ewropa u bejn min l-aktar jidher li verament sema' t-tgergir tal-poplu li fil-livelli l-aktar baxxi qed ibati l-konsegwenzi ta' ekonomija li bħal donnha ma tistax taqbad art. Jekk jiġri l-każ li Franza tivvota xi darba għal Frexit fil-ġejjieni, din tkun traġedja għall-UE u aktarx il-bidu tat-tmiem. Illum waqt il-votazzjoni ma jistax il- votant ma jħossux ftit mitluf x'għandu jagħmel l-aħjar, jekk jagħmel kurraġġ biżżejjed biex joħroġ jivvota! Hollande kien sfortunat bil-mewt ta' 'l fuq minn 230 vittma tat-terroriżmu spettakolari f 'dawn l-aħħar sentejn mindu nqatlu l-ġurnalisti ta' Charlie Hebdo f 'Jannar tal-2015 sa nhar il- Charles Xuereb Baġit għall-Kultura Enerġija Nukleari Relazzjoni mar-Russi Jiżdied Hamon, Mélenchon Jibqa' kif inhu Macron Ma semmewhx Fillon, Le Pen Titnaqqas Macron Titneħħa Mélenchon Tiġi modernizzata Le Pen, Fillon Qrubija aktar Le Pen, Fillon, Mélenchon Tittieħed pożizzjoni soda Macron, Hamon Marine Le Pen Emmanuel Macron

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 April 2017