Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/814536
illum Il-Ħadd 23 ta' April 2017 Sports 30 Malta tegħleb lill-Iżrael u titla' fl-ewwel post tal-Conference 1 South League minn Cristian Antony Muscat Malta.........................39 Iżrael..........................17 It-tim nazzjonali tar-rugby tela' fl-ewwel post tal- Conference 1 South League meta għeleb lill-Iżrael bl-iskor konvinċenti ta' 39-17. Malta marret fil-vantaġġ kmieni fil-partita permezz ta' penalti ta' James Morris bl-Iżraeliti jġibu l-iskor indaqs minn penalti ieħor skurjat minn Ori Abutbul. Iżda l-Maltin wettqu reazzjoni immedjata u tries ta' James Kirk u Daniel Apsee tefgħu lil Malta f 'vantaġġ komdu ta' 13-3. L-Iżrael bdew jidħlu lura fil-logħba u kkonvertew try permezz ta' Jonathan Radashkovich li tefagħhom lura fil-logħba hekk kif l-iskor kien jaqra 13-10 favur il- Maltin. Żewġ penalties minn Morris għal Malta ta ftit nifs lill-Maltin hekk kif daħlu għall-intervall 19-10 minn fuq. Fit-tieni taqsima, l-Iżrael ħareġ ferm b'saħħtu hekk kif kisbu t-tieni try minn Abutbul li skorja wkoll conversion biex naqqas l-iskor għal żewġ punti biss bl-iskor ikun 19-17 favur Malta. Iżda l-Maltin komplew juru l-aħjar logħob u l-captain Dominic Busuttil li lbieraħ kien qed jagħmel il-50 dehra tiegħu għal Malta kiseb it-tielet try għal Malta qabel ma Morris skorja minn penalti ieħor biex ta vantaġġ ta' 29-17 għall- Maltin. L-Iżrael bdew jidhru għajjenin u Malta issiġillat ir-rebħa permezz ta' żewġ tries mill-aqwa skurjati minn Harry Collins u d-debuttant Chris Dudman għal rebħa ferm imortanti ta' 39-17 favur Malta. Intant, Malta tkun impenjata f 'konfront ieħor kontra l-Kroazja li se jintlagħab f 'Belgrad fis-Serbja. Ritratt: Ian Stilon AFC Bournemouth jiksbu rebħa kbira kontra Middlesbrough AFC Bournemouth ġewwa darhom kisbu rebħa kbira ta' 4-0 kontra Middlesbrough bil-gowls għalihom jaslu minn Joshua King, Benik Afobe, Marc Pugh u Charlie Daniels. Tajjeb wieħed jirrimarka li Middlesbrough spiċċaw jilagħbu b'10 plejers fl- 20 minuta meta tkeċċa għalihom Gaston Ramires f 'temp ta' sitt minuti biss. Hull City ġewwa darhom għelbu lil Watford bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Lazar Markovic u Sam Clucas. Rimarkabbli huwa l-fatt li huma spiċċaw jilagħbu l-partita b'10 plejers fil-25 minuta meta tkeċċa għaihom Baye Oumar Niasse permezz ta' karta ħamra diretta. Bl-istess skor intemmet il-partita bejn Swansea City u Stoke City, bit-tim minn Wales ikun hu li joħroġ rebbieħ bl-awturi tal- gowls ikunu Fernando Llorente u Thomas Carroll li rnexxielhom isibu x-xibka fl-10 u fis-70 minuta rispettivament. Tajjeb wieħed jgħid li Stoke City fallew penalti fid-69 minuta mogħti minn Marko Arnautovic. Intant, West ham United u Everton temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' mingħajr gowls. Charlie Daniels jiskorja r-raba' gowl għal AFC Bournemouth RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 22 t'April AFC Bournemouth vs Middlesbrough 4-0 Hull City vs Watford 2-0 Swansea City vs Stoke City 2-0 West Ham United vs Everton 0-0 FIXTURES Il-Ħadd 23 t'April 15:15 Burnley vs Manchester United 17:30 Liverpool vs Crystal Palace FA CUP 16:00 Arsenal vs Manchester City Kampjonat Serie A TIM 12:30 Sassuolo vs Napoli 15:00 AC Milan vs Empoli 15:00 ChievoVerona vs Torino 15:00 Lazio vs Palermo 15:00 Sampdoria vs Crotone 15:00 Udinese vs Cagliari 20:45 Juventus vs Genoa It-Tnejn 24 t'April 20:45 Pescara vs Roma