Illum previous editions

illum 23 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/814536

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Tkompli minn paġna 1 Minkejja li ma kienx skjett, Joseph Muscat waqt il- programm Xarabank ta' nhar il-Ġimgħa indika li l-PL għandu sondaġġi li juru li r-riħ għadu qed jonfoħ favurih, tant li staqsa lil Busuttil jekk fil-fatt hux qed jittama li jtawwal biex issir elezzjoni ġenerali. Intant, jidher li l-possibilità li ssir elezzjoni fl-2018, għalkemm teżisti, issa tidher pjuttost remota. Apparti l-kwisjoni tan- numri, il-PM probabbilment se jkun qed jistenna l-eżitu tal-inkjesta Maġisterjali li għaddejja bħalissa. Hija din il-kwistjoni li tista ttawwal jew tbiddel mill-pjanijiet ta' Muscat għal elezzjoni qabel is-sajf. Jekk l-inkjesta ssib li Michelle Muscat fil-fatt kellha dan il-kont, il- probabbiltà hija li Muscat jirreżenja. Jekk le, Muscat imur għall-elezzjoni u juża l-istess eżitu għall-vantaġġ politiku tiegħu. Huwa fatt magħruf sew fil-Partit Laburista li Muscat irid iktar minn rebħa, irid rebħa konvinċenti. Jidher li fil-PL hemm il-biża', li aktar kemm itul iż-żmien biex titħabbar elezzjoni, aktar se jikber iċ-ċans li l-PN jiekol mill-maġġoranza komda li l-PL qed jirreġistra fis-sondaġġi interni, billi jkompli jqajjem il-każ kontra Michelle Muscat, provi jew le u jkun xi jkun l-ezitu tal-inkjesta Maġisterjali li għaddejja bħalissa. Rebħa minima għall-PL, anke jekk numerikament tkun tfisser li l-istess partit jerġa' jiggverna, tkun ukoll rebħa għall-PN meta wieħed jikkunsidra l-maġġoranza qawwija li biha rebaħ l-aħħar elezzjoni l-PL. Dawk li tkellmu mal- gazzetta ILLUM sostnew li l-effett immedjat ta' din il- kwistjoni kollha tista' tkun li filwaqt li l-partit jitlef minn dak is-settur li mhux marbut ma' partit partikolari, jerġa' jirbaħ lura mis-settur ta' Laburisti li fl-aħħar snin kienu qed jirreġistraw it-tħassib jew diżillużjoni tagħhom billi jgħidu li mhux se jivvutaw. Skont numru ta' stħarriġ li sar mill-gazzetta Maltatoday, jirriżulta li hemm xejra komuni ta' madwar 10% ta' votanti tradizzjonalment Laburisti li dejjem ivvutaw lill-Partit Laburista, imma li qed jgħidu li mhux beħsiebhom jivvutaw f 'elezzjoni ġenerali. Naturalment, dan kollu se jkun fuq moħħ Muscat matul din il-ġimgħa sa nhar it-Tnejn 1 ta' Mejju, meta ż-żewġ partiti se jkunu qed jorganizzaw mass meetings. Il-Partit Laburista se jorganizza mass meeting fil-Belt Valletta filwaqt li l-PN se jorganizza mass meeting f 'San Ġiljan. Dawn jistgħu faċilment ikunu l-ewwel mass meetings, mhux uffiċjali, tal-kampanja elettorali 2017. Intant, illum ukoll huma mistennijin iż-żewġ diskorsi tal-mexxejja tal-Partiti. Muscat se jkun qed jagħlaq il-Konferenza Ġenerali tal- Partit Laburista li mistennija tinbidel f 'show of force favur Muscat, filwaqt li Busuttil se jkun qed jerġa' jitkellem dwar dan is-suġġett fi protesta 'nazzjonali' li fiha mistenni jerġa' jitlob għar- riżenja ta' Muscat. Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 23 ta' April 2017 | illum L-inkjesta taf tkun determinanti għal meta ssir l-elezzjoni Muscat: 'Min iffalsifika d-dokument ħa żball fil-post ta' fejn twieldet Michelle' ILPRIM Ministru Joseph Muscat kompla jisħaq li l-informazzjoni li wriet Caruana Galizia u li suppost turi li Egrant hija ta' Michelle Muscat, hija falza. Dan hekk kif, sostna Muscat ilbieraħ filgħodu, il-kliem fid-dokument li pproduċiet Caruana Galizia fih żball fil-post tat-twelid ta' Michelle Muscat. Waqt konferenza tal- aħbarijiet, Muscat tefa' dubji fuq il-veraċità tad- dikjarazzjoni u staqsa kif hemm miktub li Muscat twieldet ir-Rabat meta fil-fatt twieldet f 'Ħ'Attard. Huwa sostna li l-ID card tagħha, b'mod żbaljat turi li Muscat twieldet ir-Rabat meta fil-fatt twieldet f 'Ħ'Attard. Huwa allega li min kiteb id-dettalji, fl-artiklu ta' informazzjoni li skont Muscat huwa falz, ġab l-informazzjoni mir-Reġistru Elettorali. Iktar minn hekk Muscat sostna li l-esperti li tkellmu miegħu qalu li kienet xi ħaġa stramba li hemm il-post fejn twieldet u meta twieldet, imma mhux in-numru ta' identità jew in-numru tal- passaport. Intant fir-rigward ta' dak li qal nhar il-Ġimgħa fuq il-programm Xarabank, Muscat saħaq li, "l-persuna li ffalsifikat id-dokument ħarset lejn il-Konsorzju Internazzjonali tal-Ġurnalisti Investigattivi (ICIJ). "Dan kien żball kbir għax id- database tirreferi għall- indirizzi tal-intermedjarji, meta d-Declaration of Trust trid tirreferi għall-indirizz irreġistrat tal-kumpanija. L-indirizz reġistrat tal- kumpanija, huwa fil-Panama mhux f 'San Ġwann." Nhar il-Ġimgħa, Muscat akkuża lil DCG li ffalsifikat dawn id-dokumenti u ġab żewġ eżempji biex isostni l-argument tiegħu. Fost dawn, Muscat qal li l-indirizz fuq id-dikjarazzjoni huwa f 'San Ġwann, meta suppost il-kumpanija hija rreġistrata fil-Panama. Min-naħa tagħha, Caruana Galizia flimkien mal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil saħqu li dawk huma l-istess indirizzi li għandhom il-kumpaniji Hearnville u Tillgate, ta' Konrad Mizzi u Keith Schembri, rispettivament. Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 April 2017