Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/814536
illum | Il-Ħadd 23 ta' April 2017 Minn Brussell 14 Justyne Caruana fuq il-qoxra LORGANIZAZZJONI Alzheimer Europe tippubblika l-magażin Dementia in Europe darbtejn fis-sena b'ċirkolazzjoni ta' madwar 3,500 li jitqassam lil membri Parlamentari Ewropej kollha u anke lill-uffiċjali għolja fil- Kumissjoni Ewropea li jieħdu d-deċiżjonijiet importanti fuq l-ogħla livell fl-Ewropa. Dan jitqassam ukoll lil min jagħmel il-liġijiet u politiċi fil-pajjiżi kollha li huma membri fl- assoċjazzjoni ta' Alzheimer Europe. Barra minn hekk, dan il-magażin jinqara minn professjonisti, akkademiċi u xjenzati li jaħdmu fuq diversi proġetti fuq din il-kundizzjoni. L-aħħar pubblikazzjoni ta' April li għadu kif ħareġ, fuq il-qoxra tiegħu hemm ritratt tas- segretarju parlamentari għad-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà u anzjanità attiva, Justyne Caruana li saritilha intervista dwar id- dementia. Justyne Caruana f 'din l-intervista li l-ILLUM se tittrasferiha fuq il-paġni tagħha sabiex wieħed ikun jaf eżatt x'qalet ir- rappreżentanta Maltija dwar kif il-Gvern Malti qed jindirizza d-dementia waqt il-presidenza. L-ILLUM irnexxielu jakkwista kopja ta' dan il-magażin tal- ogħla livell li wieħed ma jistax isib jixtrih minn xi ħanut tal-kotba, għalkemm wieħed jista' jsibu biex jixtrih online. Fl-intervista tagħha, meta mitluba tgħid liema tara bħala l-akbar prijorità u l-akbar sfida fil-ġlieda kontra d-dementia, Justyne Caruana wieġbet li d-dementia hi l-akbar kawża ta' diżabbiltà u dipendenza fost l-anzjani madwar id-dinja kollha, "li għandha impatt qawwi mhux biss fuq l-individwi innifsihom iżda fuq dawk li jieħdu ħsiebhom, il-familji tagħhom, il-komunitajiet u s-soċjetajiet. Fid-dawl tal-fatt li l-età tal-ħajja twalet, il-figura għal din il- marda mistennija li tiżdied ukoll. Konsegwenza diretta ta' dan kollu hi n-nefqa dejjem tikber tal-gvern, tal-komunitajiet, familji u l-individwi u n-nuqqas ta' produttività għall- ekonomiji nazzjonali. Justyne Caruana semmiet ukoll li fl-2015, in-nefqa fuq din il-marda kienet ta' $818 biljun ekwivalenti għal 1.1% tal-GDP. Sal- 2030 hu stmat li n-nefqa titla' b'mod astronomiku għal $2 triljuni. Somma li taffetwa l-iżvilupp globali tas-servizzi soċjali u s-sistemi ta' kura fit- tul. "Dan il-fatt ingħata importanza kbira waqt il-laqgħa ministerjali tal- WHO fejn id-dementia ġiet deskritta bħala l-isfida kontemporanja." Is-segretarju parlamentari Maltija kompliet tgħid li dawk li jbatu bid- dementia u l-familji tagħhom jiffaċċjaw impatt finanzjarju sinifikanti, sew f 'infieq għas-saħħa tal-pazjent u anke min- nuqqas ta' dħul fil-familja. "F'pajjiżi li għandhom dħul għoli, in-nefqa relatata mad-dementia hi maqsuma bejn il-kura informali u l-kura soċjali. Iżda f 'dawk il-pajjiżi ta' dħul baxx jew tan-nofs, il-kura soċjali hi inqas importanti meta mqabbla man-nefqa tal-kura informali. "Iż-żieda spoporzjonata fid-dementia f 'dawn il- pajjiżi ta' dħul baxx jew medju, li jinkludu pajjiżi Ewropej se jikontribwixxu biex tiżdied l-inugwaljanza bejn pajjiżi u popli. L-akbar prijorità tal- Ewropa biex tiġġieled kontra d-dementia hi li tnaqqas din id-differenza bejn il-bżonn tal- prevenzjoni, trattament u kura għal proviżjoni attwali ta' dawn is-servizzi. Id-dementia għadha lura f 'dik li hi dijanjożi tagħha u dan madwar id-dinja kollha u meta ssir id- dijanjożi, ġeneralment il-marda tkun diġà tkun fi stat tardiv. Għalhekk it-triq twila għall-kura tal-pazjenti ħafna drabi hi frammentata jekk mhux għal kollox nieqsa. In- nuqqas ta' għarfien tad- dementia kultant hi l-akbar problema, bir-riżultat li jkun hemm stigma u barrieri għal dijanjożi u kura. Nies bid-dementia ħafna drabi jiġu mċaħħda mid-drittijiet umani sew mill-komunità tagħhom kif ukoll mid-djar tal-kura. Caruana semmiet ukoll il- każ interessanti fejn in-nies li jbatu bid-dementia mhux dejjem ikunu involuti fid- deċiżjonijiet għal proċessi u x-xewqat tagħhom u l-preferenza tagħhom ta' kura ħafna drabi ma tkunx rispettata. L-akbar sfida għall-Ewropa li tikkometti bis-sħiħ għal approċċ komprensiv li jinkludi servizzi tas-saħħa u tas- setturi soċjali b'enfażi fuq promozzjoni ta' 'well being' u saħħa, prevenzjoni, trattament, rijabilitazzjoni u kura għal pazjenti bid- dementia." Ir-rappreżentanta Maltija għal presidenza fuq id- dementia ġiet mistoqsija jekk Malta hux se tieħu xi azzjoni speċifika fuq id-dementia, "F'Mejju se norganizzaw f 'Malta l-laqgħa teknika tal- esperti mill-grupp tal-EU fuq id-dementia. It-tema se tkun 'Il-promozzjoni tad-drittijiet ta' dawk bid-dementia', u b'hekk inkunu qed niffukaw fuq il-perspettiva tad-drittijiet soċjali u umani. "B'dan f 'moħħna, riċentament ippromulgajna leġiżlazzjoni importanti li tirrigwarda l-mandati li jingħataw minn persuna fl-antiċipazzjoni tal- inkapaċità tiegħu jew tagħha bl-introduzzjoni ta' salvagwardji legali u skrutinju tal-qorti biex tiżgura l-eżekuzzjoni propizja tal-mandati li jingħataw qabel il-persuna jinħakem mill-inkapaċità." Filwaqt li semmiet il- pilastru Ewropew tad- drittijiet soċjali fejn il-verżjoni finali se tkun ippubblikata waqt il- presidenza Maltija, Justyne Caruana kompliet tgħid li Malta qed tieħu approċċ proattiv biex tindirizza l-isfida tad-dementia. "Il-viżjoni tagħna hi li fil- futur Malta tkun nazzjon 'dementia-friendly'. Viżjoni li anke jekk hi diffiċli, jaqblu magħha sew l-Unjoni Ewropea u anke l-istati membri." Caruana qalet li f 'din il-presidenza, Malta se tippreżenta l-proġett pilota, 'Dementia Friendly Village' fil-lokalità ċkejkna ta' San Lawrenz f 'Għawdex. John Busuttil minn Brussell illum@mediatoday.com.mt Intervistata dwar kif il-presidenza Maltija tħares lejn id-dementia