Illum previous editions

illum 23 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/814536

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 23 ta' April 2017 | illum Sports 29 minn Cristian Antony Muscat Floriana...................1 Gżira U.....................1 FLORIANA sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta' 1-1 minn Gżira United. Il-kowċ ta' Gżira United wettaq ħames tibdiliet mit-tim li tilef kontra Hibernians hekk kif Jonathan Bondin, Andrè White, Karl Pulo, Juan Carlos Corbalan u Dyson Falzon ħadu post Ian Azzopardi, Clifford Gatt Baldacchino, Jacob Borg, Zach Scerri u Louis Rene Zome li kien sospiż. Min- naħa l-oħra, Floriana, kellhom lil Ryan Camenzuli sospiż waqt li Nicolas Chiesa u Steve Pisani kienu fost is-sostituti. Dawn it- tliet plejers ġew mibdula minn Andrè Scicluna, Clyde Borg u Amadou Samb. Kienu Floriana li ħolqu l-ewwel periklu wara tliet minuti meta minn freekick mix-xellug ta' Fontanella, Amadou Samb għola tajjeb iżda ra d-daqqa ta' ras tiegħu tistampa mal-wieqfa. Fis-27 minuta reġa' kien Amadou Samb li ħoloq il- periklu permezz ta' daqqa ta' ras oħra li iżda ġiet ikklerjata minn fuq il-linja fatali minn Andrè White. Gżira United irrispondew permezz ta' xutt ta' Ige Adeshina li għadda jħakkek mal-wieqfa ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima. Ħdax-il minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima Floriana rnexxielhom jiftħu l-iskor meta wara li rċieva minn corner ta' Steve Pisani, il-ballun spiċċa għand Antonio Monticelli li mill- viċin tefa' l-ballun wara l-goalkeeper tal-Maroons, Jurgen Borg. Madankollu, mas-siegħa logħob, Gżira United ġabu l-iskor indaqs grazzi għall-freekick stupend ta' Juan Carlos Corbolan li ntemm fir- rokna tax-xibka. FLORIANA Haber, Scicluna, Monticelli, Pepe, Ruiz, Cl. Borg, Varela (Pisani 48'), Nayar, Cini, Samb, Fontanella Gziira U. Borg, Bondin, White, Diamoutene, Pulo (Scerri 61'), Adeshina (Amaira 75'), Corbalan, Avila Perez, Reyna, Falzon (Azzopardi 38'), Conti Referi Etienne Mangion TLABTNA NELIMINAW RESTRIZZJONIJIET FUQ ONLINE SUBSCRIPTIONS WETTAQNA DAK LI XTAQT Inpoġġuk fil-qalba tal-Ewropa L-istrateġija tagħna tas-suq uniku diġitali tiżgura li mill-2018 ser tkun tista' tara u tisma' l-kontenut online favorit tiegħek fl-UE kollha, bħalkieku qiegħed id-dar. Floriana miżmuma draw diżappuntanti minn Gżira United ANTONIO MONTICELLI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-LOgħba mill- ġurnalisti preżenti. Skorja l-uniku gowl għal Floriana f 'din il-partita. Huwa fost l-aqwa attakkanti barranin li jimmilitaw fil-Kampjonat BOV Premier. Ritratt - www. orianafc.org Moises Avila Perez jaqbeż tajjeb lill-plejer ta' Floriana

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 April 2017