Illum previous editions

illum 23 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/814536

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

illum | Il-Ħadd 23 ta' April 2017 SPIŻERIJI MIFTUĦIN GHADA www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 47 44 59 75 58 83 12 89 CHEMIMART City Gate Pharmacy, City Gate, Valletta NATIONAL Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Ħamrun TALĦLAS Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Qormi THE Local Dispensary, Triq Kan. Karm Pirotta, Birkirkara ST. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Gużepp, Pietà PEMBROKE Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke CHEMIMART Pharmacy, 4,5,6, Il-Piazzetta, Triq it-Torri, Sliema ST. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Attard ST. Louis Pharmacy, Triq Cali', Mosta ST. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba ST. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monica, Paola MILIA'S Pharmacy, 73, Triq il-Kotton- era, Birgu FELICE Dispensary, 95, Triq is-Sant- warju, Żabbar BRITANNIA Pharmacy, 5, Triq l-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa CENTRAL Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Luqa BROWN'S Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Żebbuġ SPIŻERIJA Carmen, 1, Misraħ Suffara Street, Dingli ABELA'S Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Victoria NADUR Pharmacy, Pjazza it-28 ta' April 1688, Nadur AIRPORT Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ TEMP: Sabiħ li jsir ftit imsaħħab wara nofsinhar VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral forza 3 għal 4 li jdur mill-Punent il-Lbiċ forza 2 għal 3, lokalment forza 3 għal 4 sa filgħaxija, li jdur mix-Xlokk mal-lejl. BAĦAR: Ħafif għal moderat li jsir ħafif IMBATT: Ftit li xejn L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 10˚Ċ TEMP: Il-biċċa l-kbira ftit imsaħħab, lokalment ftit jew wisq imsaħħab għall-ewwel VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba RIĦ: Xlokk forza 3 lokalment forza 3 għal 4 għall-ewwel, li jsir mix- Xlokk il-Lvant forza 4 għal 5 Baħar : Ħafif Imbatt: Ftit li xejn Aħbarijiet 2 IRBAĦ il-ktieb Agħżel ir-riposta it-tajba u idħol ċ- ċans li tirbaħ dan il-ktieb: Enrico ta' Surley f 'liema belt jiltaqa' ma' Adelaide? ❏ Brussel ❏ Venezja ❏ Londra Ibgħat ir-risposta tiegħek sad-9 ta' Ġunju f 'dan l-indirizz: MediaToday, Irbaħ ktieb ma' BDL, Vjal ir-Rihan, San Ġwann, SĠN 9016 ippubblikat minn BDL Adelaide Isem: Numru tat-telefown: Lokalita': Ir-rebbieħa tal-ktieb 'Markuż' hija Angela Buttigieg bin-numru tal-mowbajl li jispiċċa '652' Ibgħat ir-risposta tiegħek sat-28 ta' April 'dan l-indirizz: Taħriġ għall-professjonisti fil-qasam tas-saħħa FLAĦĦAR jiem, f 'pajjiżna grupp ta' professjonisti mill- European Association for the Study of Obesity (EASO) ta taħriġ intensiv lil numru ta' professjonisti mediċi Maltin dwar l-obeżità. 'Il fuq minn 100 parteċipant fosthom tobba, infermiera, djetetisti, fiżjoterapisti, kif ukoll edukaturi ħadu sehem fis- sezzjonijiet ta' taħriġ maqsuma f 'jumejn. Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li dan it-taħriġ hu essenzjali hekk kif il-professjoni medika għandha tibda tqis l-obeżità bħala kundizzjoni. "L-obeżità hi kundizzjoni li qed tolqot firxa kbira ta' nies madwar id-dinja kollha, u Malta mhix eċċezzjoni. L-obeżità, speċjalment l-obeżità fit-tfal, ingħatat importanza partikolari fil-Presidenza tal-Unjoni Ewropea matul dawn ix-xhur, fejn fost l-oħrajn pajjiżna kien strumentali biex inkitbu linji gwida għal xiri ta' ikel fl-iskejjel," spjega l-Ministru Chris Fearne. Waqt iż-żjara f 'Malta, il-European Association for the Study of Obesity (EASO) iltaqgħet mal-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u ġiet diskussa l-possibilità ta' aktar kollaborazzjoni bejn l-Assoċjazzjoni u l-Ministeru għas-Saħħa. Investiment ta' €14 miljun ta' fondi Ewropej għal tliet proġetti fil-qasam soċjali ISSEGRETARJU Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej Ian Borg, ħabbar li mal-€14-il miljun minn fondi Ewropej se jkunu qed jintużaw għal tliet proġetti fil-qasam soċjali. Ħabbar dan waqt li kien qed jindirizza konferenza tal- aħbarijiet ilbieraħ f 'Ħal Qormi. Hu saħaq li dawn it-tliet proġetti se jikkumplimentaw inizjattivi passati li dan il-Gvern diġà wettaq u ħadem fuqhom. L-ewwel proġett jikkonsisti fir-riġenerazzjoni tal-housing estates. Dan il-proġett jiswa madwar €25 miljun, li €10 miljuni minnhom ġejjin minn fondi Ewropej taħt il-Programm għall-Iżvilupp Reġjonali 2014- 2020. Is-Segretarju Parlamentari qal li b'dan l-investiment, l-Awtorità tad-Djar se tkabbar l-aċċessibbiltà u ttejjeb l-istat tal-għajxien fil-housing estates pubbliċi. Ix-xogħol infrastrutturali se jikkonsisti f 'installazzjoni ta' lifts li huma effiċjenti biex ikomplu jkabbru l-mobbiltà. Apparti dan, ser ikun qed isir xogħol fil-komun ta' dawn il-flats biex jiġu rranġati u msebbħa, installazzjoni ta' sistema ta' intercoms, u l-manutenzjoni ta' aperturi, soqfa u poġġamani ħalli jkomplu jiżguraw ambjent sigur u livell aħjar ta' għajxien għall-familji kollha. Iż-żewġ proġetti l-oħra, li jammontaw għal madwar €4 miljuni minn fondi Ewropej, jikkonsistu f 'użu ta' enerġija rinovabbli. Proġett minnhom jikkonsisti f 'installazzjoni ta' 3,000 fanal LED ġodda f '79.6 km ta' toroq arterjali u toroq distributorji f 'Malta, flimkien mal-installazzjoni ta' sistema ta' mmaniġjar tad-dawl. L-istess ser isir fir-residenza ta' San Vinċenz de Paul li se tinvesti f 'sistemi ta' enerġija rinovabbli u effiċjenti. B'hekk qed jinħolqu miżuri biex inaqqsu l-konsum globali tal-enerġija, u jitnaqqsu l-emmissjonijiet fuq livell nazzjonali u dak Ewropew. Ian Borg qal li l-Gvern qed ikompli jassumi rwol ewlieni fil-qasam tal-enerġija effiċjenti li ser iwassal għal impatt pożittiv fuq is-settur domestiku, kummerċjali u industrijali. Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg tenna jgħid li dawn huma proġetti li juru kif il-fondi Ewropej u t-tħaddim għaqli tagħhom jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies, speċjalment fil-qasam soċjali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 April 2017