Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566
illum | Il-Ħadd 30 ta' April 2017 Opinjoni 16 F 'pajjiżna hawn żewġ gruppi politiċi. Għandek grupp politiku li jibni l-politika tiegħu fuq il-verità, fuq il-viżjoni għall- futur, fuq il-ħidma, l-enerġija u ħafna xogħol. Għandek grupp politiku, li għax hu fqir mill-ideat, għax ma jipproponi xejn, jibni l-politika tiegħu fuq il-gideb. L-aħħar jiem kienu eżempju konkret ta' dan kollu. Kellna Prim Ministru li wettaq inizzjattiva wara l-oħra bi Gvern sħiħ għaddej jimplimenta bidliet kruċjali għal pajjiżna. Biżżejjed insemmu l-ftehim storiku dwar iż-żieda fil-minimum wage u s-suċċessi li nkisbu fil- ġlieda kontra l-faqar. Ħaddieħor, imbagħad, mingħajr ma jipproponi mqar inizzjattiva waħda li hi waħda, iffoka l-enerġija kollha tiegħu biex jigdeb, jitfa' t-tajn u jipprova jħawwad l-imħuħ. Din il-politika ta' negattivizmu u ta' gideb se tkun boomerang spettakolari għal Simon Busuttil. Qas hu stess ma jaf kemm. Gideb kontra l-Prim Ministru Ma' kull min tkellimt u hu ta' rieda tajba, jinsab iddispjaċut immens għall-mod kif il-Prim Ministru u l-familja tiegħu ġew attakkati b'gidba kerha u ħoxna. Il-poplu Malti huwa kontra min jigdeb fuq nies innoċenti. Il-poplu Malti jaqbeż għal min hu innoċenti u jaqbeż għal min qed jiġi mċappas b'gideb. Simon Busuttil dawwar ir-rotta miljun darba fuq il- gidba li tant nefaħ fuq il-Prim Ministru. L-ewwel qal li hija ħaġa sekondarja, imbagħad qal li mhux xogħlu li jġib il- provi, imbagħad qal li mhux hu kien lissen il-gidba u ma nafx x'iktar. Imbagħad meta ra li ħadd iktar ma kien qed jemmnu, spara gidba oħra kontra Keith Schembri. Naħseb minn issa sa tmiem il-leġiżlatura għandna ħafna gideb ta' dan it-tip x'nisimgħu mingħand Simon Busuttil. Iktar ma jigdeb, inqas nies jemmnu li Simon Busuttil jista' joffri futur għal uliedna u ulied uliedna. Għax kieku joffri futur, flok jigdeb, jitkellem fuq dan il-futur li se joffri. Imma futur x'joffri m'għandux. Aħbarijiet tajba Din kienet ġimgħa ta' aħbarijiet mill-iktar tajba mis- settur kulturali. L-ewwelnett ħabbarna l-proġett ta' €1.9 miljun li bih se nagħtu lill-produtturi, artisti u dilettanti tal-mużika rock, spazju fejn ma jagħmlux biss rehearsals imma anke jagħtu performances lill- pubbliku. Dan l-ispazju li se jkun f 'Ħal Luqa se jara binja li hija tal-Kunsill għall-Arti tiġi trasformata minn rasha sa saqajha. Il-flus kollha se jiġu minn fondi pubbliċi u l-Gvern diġà alloka parti sostanzjali minnhom fil-baġit għal din is-sena. Dan fisser li l-proġett jista' jinbeda hekk kif joħorġu l-permessi mingħand l-awtoritajiet. Però aħna m'aħniex biss Gvern li jvara pjani ta' proġetti. Aħna Gvern li jwettaq ukoll. Din il-ġimgħa lestejna proġett importanti ta' €1.1 miljun li bis-saħħa tiegħu tajna ħajja ġdida lill-Ipoġew ta' Ħal Saflieni li hu sit kulturali dinji skont il-UNESCO. Konvint li dan il- proġett, flimkien mal-proġett li wettaqna ftit tax-xhur ilu fit-tempji ta' Ħal Tarxien, se jkompli jivvalorizza dan is-sit tant importanti għal pajjiżna. Peress li, kif jgħidu, non c'é due senza tre, kien hemm ukoll it-tielet aħbar tajba f 'dan il-qasam meta ħabbarna li se jitqassmu miljun Ewro fi flus li ġejjin miċ-ċitazzjonijiet lill-Kunsilli Lokali u Reġjuni. Intlaħaq qbil mal-Assoċjazzjoni għall- Kunsilli Lokali biex waqt li l-maġġoranza tal-fondi jmorru għat-toroq, parti mhux żgħira minn dawn il- fondi jmorru mhux biss fejn jidħlu attivitajiet reġjonali li jorganizzaw b'tant suċċess ir-Reġjuni minn żmien għal żmien imma anke għal udjenzi ġodda fit-teatri tal- komunitajiet tagħna. Konvint li dan ix-xogħol se jinħass iktar u iktar hekk ma jgħaddi ż-żmien u se jgawdu minnu l-familji Maltin u Għawdxin. Anke fil-qasam tal-Ġustizzja Anke fis-settur tal-Ġustizzja komplejna naraw riżultati importanti ħafna f 'żewġ setturi li huma delikati għax jolqtu lill-pubbliku mill-qrib. L-ewwelnett, fil-Qorti tal-Familja rajna riżultati sbieħ ħafna fejn, għad li qed jiżdiedu l-ammont ta' medjazzjonijiet (li jfisser li sfortunatament iktar familji qed jgħaddu minn diffikultajiet), l-ammont ta' medjazzjonijiet li ngħaqlu bi qbil (bonarjament) sploda bil-konsegwenza li naqsu l-ammont ta' kawżi li nfetħu fl-ewwel tliet xhur tas-sena meta mqabbel ma' ħames snin ilu. Anke l-ammont ta' kawżi pendenti fil-Qorti tal-Familja naqas bi 18 fil-mija f 'ħames snin. It-tieni nett fejn jidħlu l-ġurijiet rajna titjib konsiderevoli fl-ammont ta' ġurijiet pendenti kemm fl- ewwel grad u anke fl-appell. Jekk nieħdu l-Qorti li tisma' l-appelli mill-ġurijiet insibu li f 'temp ta' ħames snin minn sitwazzjoni fejn għal kull appell li jinqata' jidħlu erbgħa, issa qegħdin f 'sitwazzjoni fejn jinqatgħu tliet appelli għal kull wieħed li jidħol. Din hi d-differenza li qed nagħmlu għall-ġid tal-familji u s-soċjetà Maltija. Dan kollu ma sarx waħdu jew waqa' mis-sema. Dan kollu sar frott ħidma mill- Ġudikatura u l-prosekuturi, l-istaff tal-Qorti u d-diversi professjonisti li kollha jiġbdu ħabel wieħed. Konvint li minkejja li s-settur tal-Ġustizzja hu estranju għal ħafna persuni, il-poplu jifhem u japprezza l-bidliet li qed nagħmlu u t-titjib li qed nuru. Determinat għal iktar ħidma li tħalli l-frott f 'dan is-settur. L-ewwel ta' Mejju Għada huwa l-ewwel ta' Mejju. Ejja ningħaqdu l-Belt bħala turija ta' appoġġ għall-Prim Minsitru Joseph Muscat u l-ħidma bla heda tiegħu! OWEN BONNICI "Din il-politika ta' negattivizmu u ta' gideb se tkun boomerang spettakolari għal Simon Busuttil. Qas hu stess ma jaf kemm" "Kieku joffri futur, Simon Busuttil flok jigdeb, jitkellem fuq dan il-futur li se joffri. Imma futur x'joffri m'għandux" Min jibni l-politika tiegħu fuq il-verità u min jibni l-politika tiegħu fuq il-gideb Ritratt: James Bianchi