Illum previous editions

illum 30 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Aħbarijiet 9 ILWHIP tal-Gvern Godfrey Farrugia rreżenja mill-kariga tiegħu fi ħdan il-grupp parlamentari iżda se jkun qed iżomm is-siġġu tiegħu ta' deputat tal-gvern. F'ittra miftuħa lill- Prim Ministru li Farrugia ppubblika fuq il-mezzi soċjali, li kellha kliem iebes għall-istil ta' tmexxija tal- Gvern, wera d-dispjaċir tiegħu għal kif qraset ir-relazzjoni fi ħdan "il- Moviment politiku ġdid li wiegħed li jnissel tama friska għal pajjiżna." Fost numru ta' raġunijiet għal din ir-riżenja, Farrugia jsemmi numru ta' episodji li wasslu għal din id-deċiżjoni, fosthom, li, "kont mitlub nivvota kontra l-kuxjenza tiegħi." Godfrey farrugia fl-ittra tiegħu lill-PM jgħid li meta kien irreżenja mill-kariga ta' Ministru tas-Saħħa, "kont xammejt l-aġenda moħbija ta' dawk li jħufu qribek, persuni li int għandek fiduċja fihom." Filwaqt li tkellem dwar il-pjanijiet li kellu qabel l-elezzjoni tal-2013, qal li iktar ma għadda żmien, "bdejna niġġustifikaw l-iżbalji u l-ħażin insejħulu tajjeb," waqt li jsostli li minkejja li d-direzzjoni ma kinitx waħda illegali, "kienet iddur madwar il-liġi." Dwar il-Prim Ministru, id-deputat Farrugia qal li ħadem mill-qrib miegħu u esprima miegħu fehmtu, li minkejja li jgħid li semgħu, "ma nistax ngħid li dejjem kien hemm widen." Fl-ittra tiegħu, waqt li akkuża lit-tmexxija li "naqset milli tkun matura," Farrugia insista li ntilfet il- fibra morali meta "l-għemil ħażin li ma ġiex f 'waqtu, ħalla riperkussjonijiet li tefgħuna wiċċna mal-ħajt," u saħansitra qal li pajjiżna qed jingħata isem ħażin barra minn xtutna waqt il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea. F'referenza għall-każ tal- Panama, Godfrey Farrugia jgħid li l-uffiċċju tal-Prim Ministru "spiċċa jieħu aktar u aktar it-tmexxija f 'idejh anke meta spiċċa fid-dlam taħt id-dell tal-iskandlu internazzjonali tal-Panama." "Il-logħba politika tal- illużjoni qatt ma għoġbitni, aħseb u ara l-intriċċi tal- logħba Makjavelljana, politika post-verità, ipokrita jew anti-verità," kompla jsostni l-eks Whip tal-Gvern. Farrugia qal li l-allegazzjonijiet li saru dan l-aħħar, "weġġgħuni bil-kbir għax ngħożż lil pajjiżi," u għaldaqstant qal li kien se jkun qed jirreżenja mill-kariga tiegħu ta' whip tal-Gvern. Minkejja dan, qal ukoll kif mhux se jkun qed jirreżenja mis-siġġu parlamentari tiegħu, iżda minflok, se jibqa' "bit-tama li nġib it-tmexxija f 'sensiha u tieqaf tuża l-poplu għall- protezzjoni tal-poter tagħha." Il-Partit Nazzjonalista, li indirizza konferenza tal- aħbarijiet dwar dan il-każ, saħaq li din ir-riżenja hija sinifikattiva ħafna għaliex, kif sostna l-viċi kap tal- Partit Nazzjonalista Mario de Marco, "il-ħolma u l-aspirazzjonijiet ta' dawn in-nies ta' rieda tajba ma seħħitx għaliex it-tmexxija ta' dak il-moviment, issa sirna nafu li kellu pjanijiet oħra." Min-naħa tiegħu, il-Partit Laburista qal li aċċetta din ir-riżenja u se jkun qed jaħtar lid-Deputat Anthony Agius Decelis sakemm tiġi eletta persuna oħra fil- kariga. Il-Ħadd 30 ta' April 2017 | illum The Ministry for Health is seeking to recruit an EESSI Senior Project Executive – EESSI (Electronic Exchange of Social Security Information) Connecting Europe Facility 2014-2020. EESSI Senior Project Executive Contract • Two year definite contract – 40 hours per week Qualifications and Experience • Be able to communicate in the English Language given that due consideration will also be given to applicants who also have the ability to communicate in the Maltese Language; • In possession of a recognized Master's qualification at MQF Level 7 (subject to a minimum of 60 ECTS/ECVET credits, or equivalent, with regards to programmes commencing as from October 2008) in Management or Project Management or Finance or a comparable professional qualification, plus three (3) years relevant work experience of which one (1) year must be in a management position comparable to Scale 8 level or higher in the Public Service. OR • In possession of a recognized Bachelor's qualification at MQF Level 6 (subject to a minimum of 180 ECTS/ECVET credits, or equivalent, with regards to programmes commencing as from October 2003) in Management or Project Management or Finance or a comparable professional qualification plus five (5) years relevant work experience of which one (1) year must be in a management position comparable to Scale 8 level or higher in the Public Service. Interested persons are to submit their application together with detailed Curriculum Vitae by not later than Monday 15 th May 2017. Applicants who are already in the Malta Public Service must produce a Service and Leave Record Form (GP 47); those applying from outside the Service must produce a Certificate of Conduct issued by the Police or other competent authority not earlier than one (1) month from the date of application and state whether they have ever been in Government Service, giving details. Applications should be addressed to: Resourcing and Employee Relations Directorate, Ministry for Health, Palazzo Castellania, 15, Merchants Street, Valletta VLT 1171. Website: http://health.gov.mt Fax number: +356 22992604 Email address: recruitment.health@gov.mt. Applications can also be submitted through the Online Government Recruitment Portal on http://recruitment.gov.mt by the said closing time and date of this call for applications. More detailed information regarding the above job vacancy can be accessed from the government website http://recruitment.gov.mt and Government Gazette issued on Friday 28 th April 2017. The sole responsibility of this publication lies with the author. The European Union is not responsible for any use that may be made of the information contained therein. 'Tlifna l-fibra morali' Jirreżenja minn whip tal-Gvern, id-deputat Godfrey Farrugia "L-għemil ħażin li ma ġiex f 'waqtu, ħalla riperkussjonijiet li tefgħuna wiċċna mal- ħajt"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 April 2017