Illum previous editions

illum 30 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

Ixolji t-Tlieta Nr 550 • 30 ta' April 2017 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Clayton Felice Ara paġni 34 u 35 NEWSPAPER POST • Il-Prim Ministru mistenni jxolji l-Parlament nhar it-Tlieta • Il-Labour tilef l-appoġġ imma għadu fi l-vantaġġ • Il-kampanja ta' Muscat se tkun ibbażata fuq il-kisbiet ekonomiċi Analiżi u Politika Aqra l-analiżi f 'paġni 3-5 u l-opinjonijiet u l-editorjal f 'paġni 16-22 Minn Albert Gauci Cunningham DIN il-gazzetta tinsab infurmata li nhar it-Tlieta li ġej, il-Prim Ministru Joseph Muscat mistenni jxolji l-Parlament u minn hemmhekk jiskatta l-proċess kollu li jwassal għal elezzjoni ġenerali f 'Ġunju. Il-kampanja elettorali, skont ix-xewqat tal-Prim Ministru nnifsu, mistennija tkun waħda qasira li ma taqbiżx b'ħafna l-perjodu minimu rikjest bil-liġi ta' kampanja elettorali. Dan ifisser li l-aktar jiem probabbli li fihom issir l-elezzjoni ġenerali se jkunu t-3, l-10 jew 17 ta' Ġunju. Kienet din il-gazzetta li nhar il-Ħadd li għadda żvelat kif il- possibilità ta' kampanja elettorali kienet imminenti, bil-Partit Laburista jipprepara lill-kandidati tiegħu, u bis-sondaġġi interni tal-istess partit juru li qabel l-allegazzjonijiet ta' Daphne Caruana Galizia, id-distakk bejn il-partiti kien ta' bejn 25,000 u 28,000 vot. Jidher li dan id-distakk issa naqas, kif kien mistenni, għal xi mkien bejn 17,000 u 20,000 vot favur il-Partit Laburista. Is-sorsi li tkellmu magħna qalu li l-fatt li l-PL għad għandu maġġoranza komda, anke jekk imnaqqsa, kienet ir-raġuni ewlenija li wasslet biex il-PM Joseph Muscat jieħu d-deċiżjoni li jsejjaħ elezzjoni ġenerali issa. Tkompli f 'paġna 8

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 April 2017