Illum previous editions

illum 30 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 30 ta' April 2017 Tibqa' mistoqsija komuni minn bosta dwar għalfejn il-PM Muscat ma ġegħelx lill-Ministru Konrad Mizzi jirreżenja meta tgħallem/sar jaf jew meta kien mikxuf fil-pubbliku li dan fetaħ kont fil-Panama, li sakemm kien żvelat, ma kienx għadu ddikjarat. Kont fil-Panama jista' jfisser jew inkella jimplika ħafna affarijiet: evażjoni tat-taxxa, korruzzjoni u ħabi. Dan ma jfissirx li Mizzi jista' jkun akkużat b'ebda waħda minn dawn l-akkużi, imma xorta l-fatt li fetaħ kumpanija fil- Panama jitfgħuh taħt dellijiet ta' dubji serji. Biex tgħaxxaq, Mizzi kien il-Ministru li kien qed imexxi portafoll pjuttost estensiv bl-iffirmar ta' kuntratti kbar. Provi li kien qed idaħħal fil-but? Assolutament xejn. Dubji li tqajmu? Ħafna, u ħafna. Allura għaliex ħass li ma kellux inneħħih? Jekk fl-Oppożizzjoni, il-PL kien iħoss li Austin Gatt kellu jirreżenja għax kien hemm wisq duħħan fil-każ taż-żejt, anke jekk mhux nar, fuq Mizzi u Schembri għaliex ma rraġunax l-istess? Forsi għax Muscat kompliċi? Dawn huma mistoqsijiet pjuttost leġittimi li saru diversi drabi u li bnew fuq il-perċezzjoni li Muscat 'ma jistax ineħħi lil Konrad Mizzi għax jinsab fl-istess ilma tagħhom.' Vera? Muscat qed jiċħad bil-qawwa. Li ma jistax jiċħad żgur huwa li l-'azzjoni' li ħa fil-konfront ta' Mizzi, (li ma kienet azzjoni xejn għax biddillu t-titlu u waqaf hemm), m'għenet xejn biex tkun miġġielda l-perċezzjoni negattiva li ħoloq il-kont fil-Panama ta' Konrad Mizzi. Għalhekk huma ħafna dawk li llum reġgħu qed jistaqsu jekk l-inazzjoni tal-bieraħ, hux minħabba l-allegazzjonijiet tal-lum. Caruana Galizia tat idea ċara li se tkun qed 'tikxef ' ta' min hija Egrant minn kważi ġimgħa qabel u ma' dak l-artiklu, ħarġet ritratt implikattiv ħafna b'Michelle Muscat titkellem ma' Leyla Aliyeva, bint il-President tal-Ażerbajġan. Dan ifisser li jekk Pilatus vera kellhom dawn il-famużi dokumenti fil-famuż safe, fil-famuża kċina, u allura kienu jkunu jafu li Caruana Galizia kienet se tikxef lilhom u lil Muscat, għalfejn stennew iktar minn erbat ijiem biex ineħħu kull forma ta' prova? Jekk l-intenzjoni kienet li titneħħa l-evidenza, għalfejn stennew sal-lejl meta Caruana Galizia għamlet l-allegazzjonijiet biex ineħħu l-evidenza, meta kien ċar li kienet se 'tikxef ' bank li jopera lokalment? Il-Bank Pilatus deher li nħasad bil-possibbiltà li jkunu investigati. Kieku kienu ħatja tal-allegazzjoni dwar Muscat, kienu jkunu preparati. Forsi kien hemm isem ieħor li riedu jaħbu, jekk huwa vera li fil-bagalja kien hemm xi karti jew dokumenti. Il-banek, kull bank anke dawk lokali jkollhom ħafna klijenti li ma jkunux iridu jikxfu. Wara l-mewt ta' Gaddafi kien żvelat kif ibnu Muatassim Gaddafi, kellu mad-€90 miljun fil-Bank of Valletta, allura x'nagħmlu, ngħidu li l-Bank of Valletta huwa bank dubjuż? Il-famuża bagalja, x'kien fiha? Parti minn dan l-epidosju sħiħ li għorok ħafna għajnejn u li ta kredenza immedjata lill-istorja ta' Daphne Caruana Galizia, kienet ix-xena taċ-Chairman tal-Bank Pilatus ħiereġ mill-istess binja b'żewġ bagalji f 'idejh. Issa jekk qatt kien hawn żewġ bagalji li saru popolari, kienu dawn. L-allegazzjoni, kemm tal-blogger imma anke tal-Kap tal-PN Simon Busuttil kienu li f 'dawn il-bagalji kien hemm dokumenti li juru li Michelle Muscat hija sid it-tielet kumpanija fil-Panama, Egrant Inc. Apparti li Busuttil għamel aċċenn kontinwu u għamel tiegħu din l-allegazzjoni, iddikjara li l-inkjesta minn Maġistrat inkwirenti hija 'fażulla' u 'farsa' għax il-provi sparixxew mill-bank fil-bagalja. S'hemm kollox sew. Imma Caruana Galizia kienet irrapportata tgħid fuq il-gazzetta The Sunday Times tal-Ħadd li għadda, li fil-fatt għandha d-dokumenti li juru li Egrant hija ta' Muscat. Allura jekk Caruana Galizia għandha d-dokumenti, mela fil-bagalja x'kien hemm? Allura kif qed jingħad li l-katavru metaforiku tneħħa mix-xena tad-delitt, meta fil-fatt għadu hemm, għax il-provi dokumentati qegħdin għand min għamel l-allegazzjoni? Biex tgħaxxaq, din il-ġimgħa kellna l-colpo di scena tal-famuż trakk bil-magni tal-ishredders biex suppost iqatta' l-provi. Mela mhux fil-bagalja kienu l-provi? Jekk sparixxew u ħarbu, x'dokumenti kien hemm xi tqatta'? Dan kollu ma jfissirx li s-sitwazzjoni ma kinitx suspettuża u ma qajmitx mistoqsijiet. Imma, s-saħħa tal-argument li fil-bagalja kien hemm provi li Egrant hija ta' Michelle Muscat, iddgħajfu sew. Veritas Omnia Vincit – Il-Verità Se tkun triq twila u milli jidher agonjuża dik li se twassal għal elezzjoni fi x-xhur li ġejjin. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn dak li ħareġ s'issa u min qed jitlef u jirbaħ l-argument f 'labrint li l-poplu jinsab fi h jistaqsi mistoqsija waħda: Min qed jgħid il-verità? Għalfejn ma ġiegħlux jirreżenja lil Konrad Mizzi? Pilatus qed jaħbu għal Michelle jew xi ħadd ieħor? agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham ILMISTOQSIJA tibqa' waħda u importanti. Mistoqsija li qed jistaqsi kulħadd bħalissa. Mistoqsija li jista' jkun li tiddetermina r-riżultat tal-elezzjoni ġenerali li jmiss fi ftit xhur, jew saħansitra ġimgħat, oħrajn. Min qed jgħid il-verità? Jew inkella Min qed jigdeb? Minkejja li ma nistgħux inwieġbu din il- mistoqsija fiċ-ċert, se naqbdu numru ta' fatti, mistoqsijiet u ċirkostanzi li jirrigwardaw dan il-każ s'issa. Dan xorta mhux se jkun qed jagħti risposta definita dwar min qed jgħid il-verità jew min qed jigdeb, imma jista' jagħti ħjiel ta' fejn u liema direzzjoni jista' jkun li jmorru l-affarijiet.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 April 2017