Illum previous editions

illum 30 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 30 ta' April 2017 Aħbarijiet Il-'whistleblower ' ma produċiet l-ebda dokument quddiem il-Maġistrat • Tinsab il-Qorti akkużata b'żewġ każijiet ta' frodi u rapporti foloz • Il-mara Russa tkeċċiet mill-bank f 'Marzu 2016 NHAR il-Ġimgħa waranofsinhar, mara Russa li kienet impjegata ta' Pilatus bank, u li kienet imkeċċija u qed taffaċċja proċeduri kriminali kontriha mill- istess bank fil-Qorti, dehret quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja. Skont kollegi viċin din il-mara li tkellmu ma' din il- gazzetta, qalu li din il-mara ma produċiet l-ebda dokument, fatt dokumentat jew prova biex turi li Michelle Muscat hija is-sid jew għandha x' taqsam mal- kumpanija Egrant, allegazzjoni li diġà ġiet miċħuda bil-qawwa kollha mill-Prim Ministru u l-mara tiegħu. Il-mara, li tkeċċiet f 'Marzu 2016 mill-Bank, qed tiġi mfittxija talli użat fondi tal-bank għal skopijiet privati. Hi diġà ġiet investigata mill-pulizija u tinsab quddiem il-Qorti akkuzata bi frodi u rapporti foloz. Fil-fatt, dokumenti li għandu f 'idejh dan is-sit jiżvela kif il-persuna in kwistjoni għamlet rapport, li l-bank qed jallega li huwa falz, meta allegat li ma tħallsitx għall-internship mal- Bank Pilatus meta fil-fatt, skont l-avukat tal-bank u skont provi li dan ressaq f 'isem il-bank, din tħallset dak kollu li kien dovut lilha. Jirriżulta wkoll li meta l-bank organizza mawra fil-Ġermanja għall-impjegati tal-istess bank, ir-Russa ġiet inkarigata biex tagħmel l-arranġamenti neċessarji, u wara l-awtorizzazzjoni tagħmel il- 'booking'. Minflok, din għamlet l-arranġamenti hi stess, iffirmat il-kuntratt tal-'booking' mal- lukanda għan-nom tal-Bank u mingħajr ma kienet awtorizzata tagħmel dan, ibbukkjat kamra addizzjonali fejn spiċċat tellgħet il-Ġermanja lil żewġha u t-tfal tagħha, waqt li tefgħet il-kont tal-vaganza tal-familja tagħha fuq il-bank. B'hekk, il-Bank spiċċa ħallas għall-akkomodazzjoni tal- familja tal-mara. Jidher li kienu impjegati oħra tal-bank li rrappurtawha wara li indunaw bil-familja waqt li kienu ġejjin lura Malta. Intant, id-dokumenti li għandha f 'idejha din il-gazzetta juru li filwaqt li din il-persuna kienet qiegħda tagħmel dawn l-arranġamenti biex l-impjegati tal-Bank imorru żjara fi Frankfurt, hi ppreżentat ruħha mal-istess aġenzija tal-ivjaġġar bħala persuna li għandha xi awtorità biex tibbukkja l-vjaġġi. Hija bbukkjat ukoll vjaġġ ieħor personali għaliha, għall-familja tagħha fil-Greċja. Il-kumpanija tal-ivvjaġġar, min-naħa tagħha għadha qed tipprova titħallas mingħand il-Bank, li naturalment ma awtorizzax l-istess vjaġġ. Il-provi dokumentati ta' dawn il-każi, diġà tressqu fil-Qorti. Din il-mara Russa biddlet l-avukat tagħha ħabta u sabta tliet xhur ilu, u beda jiddefendiha avukat mill- uffiċċju ta' Ann Fenech, President tal-Partit Nazzjonalista u ħabiba kbira ta' Daphne Caruana Galizia, li s-soltu aktar huma iffukati fuq każijiet ta' natura kummerċjali. Persuni li jafu din il-mara, qalu hekk lil dan is-sit elettroniku dwar ix-xhieda li tat fil-Qorti quddiem il-Maġistrat: "il-mara damet madwar sagħtejn u baqgħet ma ppreżentat l-ebda evidenza dokumentata biex tikkonferma l-allegazzjoni tagħha. Hija qalet affarijiet li ntqal lilha biex tgħid iżda ma stennietx li se jsirulha mistoqsijiet preċiżi." Nhar il-Ġimgħa, ir- rivelazzjoni li 'whistleblower' dehret quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja ġie ċirkulat minn Daphne Caruana Galizia u wassal biex il-Partit Nazzjonalista reġa' tenna li l-Prim Ministru Joseph Muscat għandu jirreżenja minnufih. Imwaqqaf minn ġurnalisti biex jikkumenta dwar l-aħbar li persuna kienet marret quddiem il-Maġistrat biex tikkonferma l-allegazzjonijiet, il-Prim Ministru qal li jinsab ferħan li ser toħroġ il-verità. Il-Bank Pilatus qed jiġi ppreżentat fil- Qorti kontra din l-eks impjegata mill-avukat Joe Giglio li ressaq il-provi kontriha. Intant, matul il-ġurnata tal- bieraħ, għadd ta' konferenzi stampi miż-żewġ partiti ddominaw il-ġurnata, bil-PN jinsisti li l-Partit Laburista fetaħ attakk fuq il-whistleblower, u allura, "dan huwa l-ikbar prova ta' kriminalità f 'Kastilja." Fl-istess waqt, il-kelliem tal- Oppożizzjoni Jason Azzopardi sostna li uffiċjali fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u uffiċjali tal-Police Board, "għamlu numru ta' telefonati biex jipprovaw jakkwistaw informazzjoni dwar il- whistleblower." Min-naħa tiegħu, il-Partit Laburista akkuża li l-Kap tal-Oppożizzjoni aġixxa irresponsabbilment, billi tefa' f 'riskju l-istabbiltà tal-pajjiż, sabiex jittella' fil-poter.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 April 2017