Illum previous editions

illum 30 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 30 ta' April 2017 | illum Sports 29 minn Cristian Antony Muscat Pembroke A .............. 0 Sliema W. ................. 2 SLIEMA Wanderers ikkonvinċew u għelbu lil Pembroke Athleta bl-iskor ta' 2-0, biż-żewġ gowls għalihom jaslu fit-tieni taqsima. Kien biss fit-38 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta' nota fil-partita min-naħa tal-Wanderers meta xutt bid-dawra tal- captain Alex Muscat ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper ta' Pembroke Athleta, Matthew Calleja Cremona li b'abbiltà dawwar il-ballun f 'corner. Pembroke Athleta wettqu reazzjoni mmedjata u minuta biss wara Daniane Jawad għadda tajjeb lejn Christian Pouga li ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras mill-viċin jiġi salvat mingħajr wisq diffikultà mill-goalkeeper Taljan tal-Blues, Giuseppe Sarao. Il-Wanderers komplew jattakkaw u fit-43 minuta l-attakkant internazzjonali żagħżugħ Jean Paul Farrugia kellu d-daqqa ta' ras tiegħu tiġi mdawra f 'corner minn Matthew Calleja Cremona. Fil-55 minuta xutt minn barra l-kaxxa ta' Ryan Spiteri dejjem għall- Blues ġie milqugħ minn mal-art minn Matthew Calleja Cremona. Sliema Wanderers komplew jattakkaw u minuta biss wara xutt angulat mill- viċin ta' John Mintof ġie mdawwar f 'corner mill- istess Matthew Calleja Cremona. Huma fetħu l-iskor fid-59 minuta meta Ryan Spiteri indirizza kross insidjuż lejn Stefano Bianciardi li permezz ta' daqqa ta' ras preċiza minn taħt il-lasti tefa' l-ballun fix- xibka. Sliema Wanderers rduppjaw l-iskor biex issiġillaw ir-rebħa fil-71 minuta meta Jean Paul Farrugia daħal fil-kaxxa qabel wiċċ imb'wiċċ mal- goalkeeper Matthew Calleja Cremona, tefa' l-ballun wara l-istess goalkeeper. Pembroke A. - Calleja Cremona (Abdilla 90'), Attard, Pouga, Racic, Borg (Eboh 90'), Levnaic, Jawad, Radovnikovic, Naatey, Grech, Kooh Sona Sliema W. - Sarao, Muscat, Mintoff, Spiteri (Sansone 70'), Incorvaia (Potezica 56'), Muchardi, Bianciardi, Correa Duarte, Farrugia (Brincat 85'), Temile, Xuereb Referi - Matthew Degabriele minn Cristian Antony Muscat Mosta ........................ 0 Floriana .................... 2 ŻEWĠ gowls fi ftit minuti taw rebħa ta' 2-0 lil Floriana kontra Pembroke Athleta. Mosta wettqu erba' tibdiliet mit-tim li ġie draw kontra Sliema Wanderers fl-aħħar konfront hekk kif Yenz Cini, Zachary Brincat, Emerson Vella u Dexter Xuereb ħadu post Andreas Vella, Kurt Magro, David Fenech u Pedrinho li kien sospiż. Min-naħa l-oħra, Floriana laqgħu lura lill- captain Nicolas Chiesa li ħa post is-sospiż Sebastian Ricardo Nayar. Wara li l-ewwel taqsima ma pproduċietx gowls u lanqas spettaklu, Floriana fetħu l-iskor fil-71 miuta meta wara li rċieva minn cross ta' Andrè Scicluna mil-lemin, xutt mill-ewwel tas-sostitut Ryan Camenzuli li kien ilu biss ftit minuti fil-ground għeleb lil-goalkeeper ta' Mosta Yenz Cini. Ftit minuti wara, il-Greens irduppjaw l-iskor biex issiġillaw ir-rebħa meta Amadou Samb għadda assist lejn l-attakkant Taljan Mario Fontanella, b'dan tal- aħħar jegħleb lil Yenz Cini permezz ta' xutt dijagonali mil-lemin. Mosta - Cini, Frendo, Brincat (Frendo 77'), Farrugia, Vella, Xuereb (Chinatu 76'), Mifsud Triganza (Farrugia 79'), Ekani, Toth, Hengbart, Priso Floriana - Haber, Scicluna, Monticelli, Pepe, Ruiz, Cl. Borg (Camenzuli 61'), Varela (Pisani 41'), Cini (Pisani 46'), Samb, Chiesa, Fontanella Referi - Eman Grech Żewġ gowls ftit minuti jagħtu r-rebħa lil Floriana MARIO FONTANELLA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Skorja t-tieni gowl għal Floriana f 'din il-partita. Huwa fost l-aqwa attakkanti barranin li jimmilitaw fil-Kampjonat BOV Premier. STEFANO BIANCIARDI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Skorja l-ewwel gowl mit- tnejn tal-Wanderers f 'din il-partita. Huwa fost l-aqwa difensuri li jimmilitaw fil-Kampjonat BOV Premier. Ritratt - Joe Borg TECHNICAL ATTACHÈ U RESEARCH ANALYST Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta' Technical Attachès u Research Analysts f'numru ta' oqsma fi ħdan ir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea fi Brussell. L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lid-Direttorat għas-Servizzi Korporativi, Ministeru għall- Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, 31B, Tal-Pilar, Marsamxett Road, Valletta, VLT 1850 sa mhux aktar tard minn nofsinhar tat-Tnejn 15 ta` Mejju 2017. Aktar dettalji jistgħu jiġu miksuba mill-Gazzetta tal-Gvern tat-28 ta` April 2017. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: https://opm.gov.mt/en/PSD/Pages/PSD.aspx Sliema Wanderers jikkonvinċu u jegħlbu lil Pembroke Athleta AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 April 2017