Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566
illum | Il-Ħadd 30 ta' April 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futsal? Fl-2007 kont nilgħab il-futbol ma' San Ġwann u wara niftakar kelli injury li żammitni milli nkompli nilgħab il- futbol. Meta weġġajt kont nilgħab mal- Imsida. L-injury għadni nbati biha sal-lum u niftakar fl-2010 kien hemm xi ħbieb tiegħi, li kienu jilagħbu f 'tim tal-futsal fir-raba' diviżjoni u kien jismu Ta' Żwejt Boys, u talbuni biex noqogħdilhom kowċ. Konna għadna nilagħbuh fuq barra. Ħadna l-league fir-raba' diviżjoni minn erbgħin tim. Is-sena ta' wara fit-tielet diviżjoni lgħabt bħala plejer u ġibna kowċ ġdid u bqajna dejjem tilgħin. Tliet snin ilu mort mal-Belt bħala plejer u fl-istess żmien kont kowċ ma' San Ġwann. U kif kont issibha din? Ma kontux taffrontaw lil xulxin, hux hekk? Le, konna f 'diviżjonijiet differenti. Minn meta bdejt tilgħab il-futsal rajt kambjament fil-livell? Dawn l-aħħar tliet snin il-livell kien għoli ħafna, kemm il-Maltin u anki l-barranin. Dawn l-aħħar sentejn speċjalment, nemmen li kienu l-aktar sentejn fejn il-livell kien għoli. U din mhux qed ngħidha għax rebħu l-league il-Belt, imma għax nemmen li verament kien ta' kwalità. Ħasra li s-sena l-oħra l-league spiċċa b'dawk l-inċidenti kollha. Ħasra. Meta rbaħt il-league, jiena ħsibt li t-tifel mhux qed jarana minħabba l-inċidenti li nqalgħu. Hemm bżonn aktar sigurtà imma f 'Kordin? Naħseb fl-aħħar mill-aħħar mhux is-sigurtà li hi kollox imma l-bidla trid tiġi minna stess. Ibda minni. Fil-logħba tal-futsal tant kemm ikun hemm episodji li dejjem jiġru, imma ħafna drabi wara għaxar sekondi dawn ikun diġà għaddielhom. Aħna s-sapporters Maltin, għandna tendenza li meta jiġri xi ħaġa nibqgħu għaddejjin biha. Pereżempju s-sena li għaddiet bdejt nisma' nies min-naħa tal-Belt u anki tal-Ħamrun li telgħu biex jissapportjaw l-arma. Lanqas biss jafu x'inhu futsal. Veru kien hemm l-inċidenti imma nemmen li l-akbar inċidenti kienu bejn il-plejers. Għalhekk l-ewwel li rridu nikkalmaw huwa aħna stess għax jekk jisħnu l-irjus tal-plejers jew tal-coaches, awtomatikament jisħnu l-irjus tas- sapporters. Tista' tkun plejer tajjeb fil-futsal u tkun plejer tal-futbol fl-ogħla livell? Jaqblu flimkien dawn iż-żewġ sports? Il-futbol u l-futsal, iva, jaqblu flimkien. Meta wieħed ikun żgħir jekk plejer jilgħab il-futsal, ġeneralment ikun tajjeb ukoll fil-futbol, anzi teknikament ikun aħjar. Però ma nistgħux inkunu ċerti li l-aqwa żewġ plejers tal-futbol Messi u Ronaldo se jkunu l-aħjar plejers tal-futsal. Jew lanqas nistgħu ngħidu li Ricardinho, plejer imsemmi ħafna fid-dinja tal-futsal, se jkun kapaċi jilgħab ma' Real Madrid. Jekk Messi jmur jilgħab il-futsal, mhux se jkun l-agħar plejer, imma mhux se jkun bħal Ricardinho. U wisq probabbli, jekk Ricardinho jmur jilgħab fis-Serie A, ma jagħmel xejn. Fil-futsal per eżempju daqqiet ta' ras ma tantx tara. Jekk ikun hemm ħames jew sitt daqqiet ta' ras f 'logħba futsal. Fil-futbol żgur li jkun hemm ħafna aktar. Inti kowċ tan-nursery ta' San Ġwann? Iva, assistent tal-under 8 u kowċ tal- under 9. Kif tħossok meta tikkowċja t-tfal u l-kbar, speċjalment meta ġieli jkun hemm plejers li huma akbar minnek? Hemm differenza kbira. Mal-kbar, peress li jkolli l-logħob li jkun aktar kompetittiv, inħoss aktar passjoni, però mbagħad jekk tiġi ġimgħa fejn il-Belt inkunu tlifna, it-tfal inessuni kollox għax vera nieħu gost magħhom. It-tfal mis-sena li għaddiet irnexxielhom jikkalmawni għax jien, qabel ms kont kowċ tat-tfal, kont nagħmel ġimgħa bil-buri meta nitlef xi logħba. Bħala kowċ issa naf li jekk tiġi minn telfa, minn l-għada stess fit-taħriġ trid tara kif se timmotiva lill-plejers tiegħek u mhux tagħmel ġimgħa fejn tkun għadek ma rpiljajtx. Irrakkonta l-esperjenza tiegħek li kellek fil-Finlandja. Naf li l-court pereżempju kien jiżloq xi ftit. L-ewwel nett ma nistax ninsa l-vjaġġ twil li kellna. Għamilna 17-il siegħa sakemm wasalna. Konna għajjenin ħafna, irqadna, imma l-għada nżilna għat-taħriġ. Il-court iċċassana għax meta tħares lejh tarah sabiħ ħafna. Fl-ewwel ġurnata tħarriġna normali imma li ġara, fit-tieni ġurnata lgħabna f 'court fejn fil-logħba ta' qabilna kien diġà ċar li hemm ħafna żliq mal- art. Saħansitra tal-UEFA kienu qed jitħajru jwaqqfu l-logħba. L-ewwel għamlu tapit fuq in-naħa ta' barra u għalxejn għax xorta bqajna niżolqu. Imbagħad għamlu barriers u neħħewh għax plejer tal-Iskozja baqa' dieħel ġo fihom. Fuq kollox dik kienet l-unika ħasra. Il-bqija kienet esperjenza sabiħa. Lgħabna kontra tim Finlandiż. Minn 2-2, tlifna 7-2. Peress li konna qed nilagħbu kontra l-home team u l-pitch kien tagħhom, wieħed jista' jargumenta li ż-żliq lilhom ma tantx kien jaffetwahom għax drawh imma aħna, psikoloġikament, qabel il- logħba, konna diġà affetwati. Mal- Ġorġjani tlifna 6-0 u mal-Iskoċċiżi rbaħna 9-2. Kellna 63 xutt li huwa rekord. Fil-Futsal Cup qatt ma kien hemm dawk l-ammonti ta' ċansijiet. Ma morniex bit-tir li ngħaddu, għax konna nafu bil-limitazzjonijiet tagħna. Biex forsi tgħaddi u tikkompeti ma' dawn it-timijiet trid minn tal-inqas 8 barranin ta' livell u gowler barrani wkoll. Jien, qabel irbaħna l-finali hawn Malta, lill-plejers tiegħi għidtilhom li jekk nirbħu l-league, huma kienu se jitilgħu għal din l-esperjenza u fil-fatt hekk ġara. X'kien ifisser ir-rebħ tal-Kampjonat tas-sena l-oħra? Ir-rebħ tal-kampjonat tas-sena l-oħra kien ifisser ħafna. L-ewwel nett kien l-ewwel wieħed għalija u għal ħafna plejers minn dawk li kien hemm jilagħbu magħna. Il-barranin, is- sena li għaddiet, kienu ta' livell għoli. U l-fatt li rbaħna l-league is-sena li għaddiet, nemmen li se jagħtina boost għall-quddiem. Issibu għajnuna mill- amminsitrazzjoni ċentrali ta' Valletta FC? Iva, insibu għajnuna. Anki fuq gearijiet jgħinuna. Ma ntihomx tort li l-ewwel jiġi l-futbol għax hemm tim kbir u l-futbol jiġbed aktar interess u sapport. Jintefqu ħafna flus. Però s-sena li għaddiet meta wasalna lejn l-aħħar għenuna aktar, u għalija l-fatt li fil-finali kien hemm il-President u Paul Spiteri jarawna, il-plejers tagħna kienu motivati ħafna aktar. Anki s-sapporters żdiedu. Biex tirbaħ kampjonat tal-futsal f 'Malta kemm jinvolvi flus? Ma nafx ngħidlek. X'għajnuna ssibu mill-kumitat tagħkom immexxi mill-president Edward Bartolo? Il-kumitat tagħna ħabrieki ħafna. Aħna m'għandna lil ħadd sinjur. Nagħmlu ħafna ikliet bejn il-plejers u nagħmlu sagrifiċċji kbar biex indaħħlu dik ix-xi ħaġa żejda. U din is-sena s-sagrifiċċju huwa akbar għax meta inti tkun irbaħt il-league, tkun diffiċli aktar biex terġa' żżommu. Il-Kumitat reġa' ddeċieda li aħna nkunu hemm u s'issa għadna b'ċans tajjeb. Ir-riżorsi li ssibu f 'Kordin kif tikkumparahom ma' ta' barra, ngħidu aħna tal-Finlandja? Ikkumparat ma' tal-Finlandja, il- court tagħna aħjar għax kif għidtlek, kien jiżloq. Però barra minn Malta ma mort imkien aktar. Madanakollu logħob fuq it-televiżjoni rajt kemm- il darba u jidhru isbaħ, għalkemm tagħna, peress li hu iżgħar jaf jaħdem favurina meta nilagħbu l-logħob tan- nazzjonal fih għax inkunu nistgħu nagħlqu aħjar. Il-bqija, biex il-futsal jimxi 'l quddiem, żgur li għandna bżonn court ieħor li jkun għal futsal biss, id-dressing room u riżorsi oħra. 'Aħna għandna qalb kbira u meta l-plejers Cristian Antony Muscat "Il-Belt naf li dejjem ikunu warajna, anki jekk hemm xi finali tal-waterpolo jkunu warajna. Aħna diġà għandna l-qalb, aħseb u ara bis- sapporters warajna" "Ir-rebħ tal-kampjonat tas-sena l-oħra kien ifisser ħafna. L-ewwel nett kien l-ewwel wieħed għalija u għal ħafna plejers minn dawk li kien hemm jilagħbu magħna." Clayton Felice - kowċ tal-klabb tal-futsal ta' Valletta waqt li huwa fost l-iżgħar kowċis li qatt rebħu Kampjonat tal-Futsal ġewwa pajjiżna