Illum previous editions

illum 30 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 30 ta' April 2017 | illum Sports 31 Brian Mascari jirbaħ id-Demolition tal-Karozzi żgħar ILLUM, il-Ħadd 30 t'April, l-ASMK se tkompli bil- Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2016/2017, bis- sezzjoni Trials. Dawn se jikkompetu fit-tielet kompetizzjoni minn dan l-istaġun. Il-programm tal- lum jibda fid-9am. Intant, il-Ħadd 9 t'April li għadda, l-Assoċjazzjoni organizzat il-ħames programm mill-Kampjonat Motocross bi 18-il kompetitur maqsuma f 'erba klassijiet u kellna dawn ir-riżultati. Fi Klassi A rajna lill-aħwa Camilleri jiddominaw din il-klassi bi Clayton Camilleri fuq KTM jispiċċa jirreġistra l-ewwel rebħa tiegħu f 'dan l-istaġun. Dan kien segwit minn ħuh Kyle Camilleri fuq KTM. L-aħwa Camilleri kienu segwiti mill-aħwa Muscat fejn fit-tielet post daħal Trevor Muscat fuq KTM filwaqt li Paul Muscat fuq KTM spiċċa l-ġurnata fir- raba' post. Fi Klassi B rajna lil Ryan Faenza fuq Yamaha jirbaħ din il-klassi segwit minn Daniel Caruana fuq Honda filwaqt li fit-tielet post spiċċa Adrian Bonnici fuq Yamaha. Fi Klassi C rajna lil Michael Sant jirbaħ din il-klassi fuq mutur Honda segwit minn Joseph Azzopardi fuq Yamaha filwaqt li fit-tielet post daħal Christopher Hartmann fuq mutur KTM. Fil-Klassi Veterans rajna lil Paul Deguara fuq mutur KTM jirbaħ din il-klassi segwit minn Jethro Sant fuq Yamaha filwaqt li fit-tielet post spiċċa William Sant fuq mutur Suzuki. Il-Programm spiċċa bid-Demolition Derby tal-karozzi żgħar (sa erba' metri) fejn f 'din l-edizzjoni ħadu sehem 15-il karozza misjuqa minn: Jason Magro fuq Skoda kif ukoll Mauro Cassar, Stefan Farrugia, Jonathan Abela, Christian Cremona u Adrian Bonnici kollha fuq Skoda. Karl Mizzi fuq VW Polo, Aaron Brydon fuq KIA, Leo u Frank Butler it-tnejn fuq Mazda, Wayne Mallia fuq Subaru, Brian Mascari fuq Peugeot 205, Clint Farrugia fuq Lada, Larkin Butler fuq Suzuki Swift, Christian Agius fuq Daihatsu u Charles Falzon fuq Renault. Matul din it-taqtigħa, fl-aħħar vjaġġ ta' dawn il- karozzi qabel imorru kollha għall-ħadid scrap dawn daru żewġ dawriet mal-korsa fejn eżatt wara, bdiet mill-ewwel id-Demolition Derby fejn għat-18-il minuta li damet din id-Demolition rajna dawn il-karozzi mhux ikbar minn erba' metri (13-il pied) sa fejn kellhom ħila jwasslu l-vettura taħdem minkejja l-ħbit volontarju skont regolamenti stretti waqt it-tiġrija. It-taqtiegħa spiċċat bejn Brian Mascari fuq Peugeot 205 u Larkin Butler fuq Suzuki Swift li matul din it-taqtiegħa tal-aħħar ġie determinat ir-rebbieħ. Hawn rajna lil Brian li kellu l-vettura tiegħu għadha ftit aħjar minn ta' Larkin iżda xorta saru tentattivi min-naħa taż-żewġ sewwieqa biex ikomplu din il-logħba sal-aħħar. Kollox ġie mitmum meta Larkin Butler ċeda u r-rebbieħ tad-Demolition tal-karozzi żgħar għal din is-sena ġie ddikjarat li huwa Brian Mascari fuq Peugeot 205. Larkin Butler rebaħ ir- Runner-up fuq Suzuki Swift. L-Assoċjazzjoni xtaqet tavża li d-Demolition li jmiss hija dik ta' qabel il-Milied. Din is-sena mistennija ssir nhar is- 17 ta' Diċembru 2017. L-Amministrazzjoni xtaqet tinforma wkoll lill-pubbliku li minħabba li se jkun hemm riders Maltin li se jieħdu sehem barra l-pajjiż, it-tiġrija Motocross tas-7 ta' Mejju mhux se ssir iżda se ssir fil-21 ta' Mejju. Brian Mascari imkien mar-runner up tad- Demolition, Larkin Butler Ritratt: Mario Micallef Diskussa fid-dettall id-Due Diligence tal-klabbs li se tkun qed tniedi l-MFA minn Cristian Antony Muscat WAQT Laqgħa tal-Kunsill tal-MFA li saret fil-jiem li għaddew f 'lukanda ewlenija f 'San Ġiljan, it-tema ewlenija li ġiet diskussa kienet dik tad-Due Diligence li se tkun introdotta fil-futbol lokali mill-istaġun li ġej - eżerċizzju li permezz tiegħu se jkunu qed jiġu verifikati dawk il-persuni li jifformaw parti mill-kumitati tal-klabbs, bordijiet u anke n-nies li jinżlu fil-pitch waqt partiti tal-football. Ir-rekwiżiti huma dokument ta' identifikazzjoni, referenza dwar karattru minn persuna professjonali u formola li permezz tagħha tingħata informazzjoni ulterjuri dwar il-background tal-persuna konċernata. Dan l-eżerċizzju se jkun mifrux fuq perjodu inizijali ta' tliet snin. Meta kien qed jaħti iktar dettalji rigward dan, il- viċi-president tal-MFA, Dr Matthew Paris saħaq li fl-ewwel sena, kull membru ġdid tal-kumitat, f 'livell professjonali kif ukoll semi- professjonali flimkien mal- amministraturi tal-klabb jiġifieri l-president, is- segretarju ġenerali u t-teżorier għandhom jissottomettu d-dokumenti rikjesti. Imbagħad, kompla Dr Paris, fit-tieni sena, il-membri tal-kumitat ġodda flimkien mal-kumitat fit-totalità tiegħu għandhom jgħaddu minn test ta' due diligence. Dan sabiex fit-tielet sena, kull uffiċjal ta' klabb fil-livelli kollha għandu jgħaddi minn dan il-proċess ta' screening. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas jiġi mniedi dokument fuq kull club minn Kumitat tal-Compliance li se jkun qed jitwaqqaf apposta. Jekk klabb ma jiffinalizzax dan il-proċess ta' due diligence jista' jwassal biex l-istess klabb jaffaċja sanzjonijiet. Intant, il-Laqgħa bdiet permezz ta' kondoljanzi mill-MFA wara li tħabbret il-mewt tal-Baruni Salvinu Testaferrata Moroni Viani li huwa persuna rinomata fil-fondazzjonai tal-Empire Stadium fil-Gżira. Sar magħruf ukoll kif se tkun qed tintlagħab logħba ta' ħbiberija konta l-Ukrajna fis- 6 ta' Ġunju ġewwa l-Awstrija, ftit jiem biss qabel Malta taffronta lis-Slovenja f 'logħba ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018 li se ssir fir- Russja. Ġiet diskussa wkoll is- sitwazzjoni preżenti tal- futsal lokali fejn l-MFA se tkun qiegħda tanalizza s-sitwazzjoni tal-futsal sal- laqgħa tal-kunsill li jmiss bil- ħsieb li dan l-isport jitmexxa b'mod aħjar taħt id-direzzjoni tal-istess Assoċjazzjoni flimkien mal-FMA. Mark Borg, li rriżenja mill- kariga ta' president tal-FMA, qabel mal-pożizzjoni tal-MFA li tagħmel dan l-eżerċizzju biex issaħħaħ l-appoġġ tagħha lejn il-futsal. Ġew approvati, b'mod unanimu, diversi emendi relatati mal-kuntratti ta' plejers professjonali. L-emendi jinkludu l-metodu ta' ħlas tas-salarju u t-tneħħija tal-obbligu li l-players jinfurmaw il-klabb dwar l-intenzjoni li jeżerċitaw id-dritt għall-trasferiment erba' xhur qabel it-tmiem tal- kuntratt. L-għan ta' dan kollu hu li jitjiebu l-kundizzjonijiet relatati mal-kuntratti ta' plejers professjonali u jkunu iktar konformi mal-istandards Ewropej.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 April 2017