Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/820806
Tikber il-fiduċja f 'Muscat Nr 551 • 07 ta' Mejju 2017 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Franco Baresi Ara paġni 34 u 35 NEWSPAPER POST Minn Albert Gauci Cunningham Għaddiet l-ewwel ġimgħa tal-kampanja elettorali u minkejja l-allegazzjonijiet fil-konfront ta' Joseph Muscat u martu Michelle ġimagħtejn ilu, il-Mexxej Laburista xorta rnexxielu jkabbar id-distakk bejnu u bejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Fil-fatt, fl-ewwel ġimgħa żdied l-ammont ta' dawk li jafdaw lil Muscat aktar minn Busuttil. Dan filwaqt li d-distakk bejn iż-żewġ partiti baqa' bejn wieħed u ieħor l-istess. Dan qed jikkonfermawh diversi stħarriġ interni li qed isiru bħalissa, fosthom tal-PL, kif ukoll dak li qed ikun ippubblikat illum fuq il-gazzetta oħt Maltatoday. Dan juri kif wara l-effett inizzjali tal- allegazzjoni 'Egrant' li għamlet Daphne Caruana Galizia u li wasslet biex il-Partit Nazzjonalista beda kampanja qawwija kontra Muscat, Muscat reġa' qed jirpilja f 'termini ta' fiduċja. Jekk wieħed ineħħi minn dan l-istħarriġ dawk li jew s'issa ma jridux jivvutaw, jew inkella lil dawk li ma jafux kif se jivvutaw, ikun ifisser li d-differenza ta' voti bejn il-partiti bħalissa hija ta' bejn 14,000 u 16,000. Intant din il-gazzetta tinsab infurmata li llum, kemm il-gazzetta The Malta Independent u anke t-Torċa, se jkunu qed jippubblikaw stħarriġ li juri li d-distakk bejn iż-żewġ partiti huwa ta' madwar 20,000 vot favur il-PL. Din, fil-fatt hija ċifra qrib ħafna ta' dik li għandu l-PL f 'sondaġġ intern li kkummissjona. Dan juri li d-differenza bejn il-partiti hija ta' bejn 20,000 u 23,000. Tkompli f 'paġna 10 Id-distakk bejn il-partiti jibqa' l-istess • L-iswitchers u l-Laburisti diżillużi se jkunu kruċjali • Jiżdied it-trust rating ta' Muscat fuq Busuttil