Illum previous editions

illum 7 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/820806

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Mejju 2017 | illum Sports 31 Iktar midalji għall-Federazzjoni Maltija tal-Judo RODNEY Zammit, attwalment qed iħejji għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa. Fil- jiem li għaddew huwa tar lejn Udine, fl-Italja, biex jikkompeti fil-35 Trofeo Internazzionale Judo «Citta 'di Tolmezzo". Zammit kien akkumpanjat minn Jeremy Saywell, li bħalissa qed jirkupra minn operazzjoni, u Giorgi Kaldani. Kaldani huwa kowċ kwalifikat mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Judo (IJF) u atleta Ġorġjan ta' livell għoli, li bħalissa qiegħed f 'Malta bħala sparring partner u kowċ għat-taħriġ personali ta' Rodney. Il-Federazzjoni ħadet l-opportunità ta' dan il-kampjonat biex tagħti d-debutt lil żewġ atleti żgħażagħ, Clive Camilleri u Lara Castillo, fix-xena internazzjonali barra minn xtutna. 506 atleti minn tmien pajjiżi ħadu sehem f 'din l-attivita li saret fuq jumejn fuq erba' tatami. Rodney Zammit kkontesta l-kompetizzjoni tas-60 kg li kellha sitt Judoka. Fl-ewwel logħba, Zammit ttieħed b'sorpriża mill- Awstrijakk Manuel Wiesler li uża teknika ta' fgar u għalhekk Zammit kellu jċedi. Iżda Zammit kien determinat li kien se jġib midalja lura d-dar. Huwa mar lura fuq it-tapit u rebaħ il-midalja tal-bronż bi stil, wara li strangola lit-Taljan Luciano Alessio u għalhekk Luciano kellu jċedi. L-isparring partner ta' Rodney, Giorgi Kaldani, kkontesta t-73 kg li kellha disa' parteċipanti. Kaldani wera s-superjorità tiegħu u l-esperjenza, meta rebaħ lit-tliet avversarji tiegħu f 'inqas minn minuta, u rebaħ il-midalja tad-deheb. Iż-żgħażagħ Clive Cammileri u Lara Castillo kkontestaw l-Espoir- 60kgs (17-il atleta) u l-Cadet -57kgs (disa' atleti) rispettivament. Lara Castillo bdiet il-ġurnata b'mod eċċezzjonali meta hi tefgħet lit-Taljana Versolatto b'Ura Nage (meta tarmi lura) massiva. Għas-semi-finali, Castillo kien imissha tikkompeti kontra s-Slovena Barad, li rnexxielha tippinja lil Castillo fl-art u mbagħad kompliet biex rebħet id-deheb. Il-logħba għal- midalja tal-bronż tagħha kienet kontra Slovena oħra, iżda għal darb'oħra, n-nuqqas ta' esperjenza internazzjonali tat vantaġġ lill-avversarji tagħha u b'hekk Castillo sfat fil- ħames post. Clive Camilleri, student tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport, rebaħ l-ewwel logħba tiegħu b'żewġ Wazari (meta tarmi lill- avversarji b'kontroll u preċiżjoni, iżda mhux sal- punt ta' Ippon), u mbagħad ikkontrolla l-avversarju għall-bqija tal-logħba sakemm rebaħ. In-nuqqas ta' esperjenza tal-Espoir tal-Maltin kien ċar f 'dawn il-logħob meta Camilleri tilef il-kwarti finali u fil-logħba msejħa repêchage li tipproċedi għall-Bronż saru żbalji żgħar li taw l-opportunità lill-avversarji tiegħu biex jipproċedi fil-pool. Kollox ma' kollox, dan il- kampjonat kien ta' suċċess hekk kif Zammit daħal lura b'midalja, b'aktar esperjenza u b'aktar determinazzjoni għal-logħob li jmiss, u ż-żgħażagħ kellhom l-ewwel togħma ta' logħob barra minn xtutna, u issa għandhom iktar għatx għal iktar taħriġ u logħob ta' livell għoli. Il-Federazzjoni Maltija tal-Judo xtaqet tirringrazzja b'mod speċjali lil Jeremy Saywell li kellu wkoll l-ewwel esperjenza tiegħu bħala manager tat- tim. Huma għamel xogħol eċċellenti billi rnexxielu jżomm lit-tim iffukat waqt li kkoordina x-xogħol kollu tal-karti u l-kompiti maniġerjali. Rodney Zammit imkien ma' Giorgi Kaldani BEJN l-24 u il-25 ta'Ġunju ta' din is-sena, Malta se tkun qiegħda tospita l-'European Athletics Championships Third League'. Dan tħabbar mill-President tal-"Malta Amateur Athletics Association", is-Sur Edwin Attard waqt konferenza stampa li saret fil-jiem li għaddew fil-kwartieri ġenerali tal-Assoċjazzjoni fil-preżenza ta' uffiċjali, atleti u l-media. Attard spjega li din ser tkun ir-raba' darba li Malta ospitat avveniment ta' din ix-xorta. Malta ospitat il- "European Throwing Challenge" fl-2004, il- "European Athletics Championships Third League" fl-2010 u l-Kampjonati tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa fl-2016. Attard kompla jispjega l-format tal-Kampjonati tat-Timijiet Ewropej, fejn Federazzjonijiet tal-Atletika affiljati ma' "European Athletics" jinqasmu f 'erba kampjonati magħrufa bhala: ls-"Super League", il-"First League", is-"Second League" u t-"Third League". Kull kampjonat għandu 12-il Federazzjoni u l-kompetizzjoni ser tospita mhux inqas minn 20 avveniment għall-irġiel u nisa f 'dixxiplini varji. Il- Kampjonati ta' din is-sena ser jospitaw lil AASSE (Assoċċjazzjoni magħmula mit-timijiet ta' Liechtenstein, San Marino u Ġibiltà), l-Albanija, l-Andorra, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Bożnija Ħerzegovina, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Ġeorġja, il-Kosovo, il-Lussemburgu, Malta u l-Montenegro. Il-punteġġi tat-timijiet jiġu maħduma billi jingħaddu l-punti tan-nisa u tal-irġiel u l-ewwel żewġ timijiet fit-"Third League" jirbħu promozzjoni għas-"Second League". L-għan ewlieni tal- Assocjazzjoni hu li jkollha atleta f 'kull avveniment. Hu mistenni li ser jkun hemm madwar 40 atleta li ser jirrappreżentaw lil Malta. Hu mifhum li t-tim ser jitmexxa minn atleti bħal Charlotte Wingfield u Luke Bezzina li it-tnejn diħa rrappreżentaw lil Malta fil-Logħob Olimpiku tal-2016. It-tim sħiħ ser jiġi mħabbar sal-15 ta' Ġunju. Attard spjega xi wħud mill- preparazzjonijiet meħtieġa sabiex tospita avveniment bħal dan, fejn Malta hi mistennija tospita madwar 400 atleta u uffiċjali kif ukoll tipprovdi akkreditazzjonijiet għal madwar 700 persuna. Barra minn dan, hemm kollaborazzjoni kontinwa ma' organizzazzjonijiet lokali u barranin biex jiġi żgurat li servizzi bħal "live streaming", apparat ghal- "false starts" u "photo finish" ikunu disponibbli kif mitlub għall-avvenimenti ta' dan il-kalibru. Il-Konferenza Stampa kienet indirizzata wkoll minn Roman Schwaiger, Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni li emfasizza l-importanza li iktar kompetizzjonijiet internazzjonali jiġu ospitati f 'Malta. Hu tenna li dawn mhux biss jgħollu l-profil tal-isport lokali, iżda jagħtu wkoll opportunità unika lill-uffiċjali u lill-atleti li jipparteċipaw sabiex jesperjenzaw l-atmosfera ta' kompetizzjonijiet internazzjonali, ġewwa pajjiżna. Hu esprima t-tama li avvenimenti bħal dawn jattiraw talenti ġodda kif ukoll il-ġenerazzjoni ta' uffiċjali li jmiss. Il-Kampjonati tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li saru s-sena li għaddiet jixhdu dan bl-involviment ta' aktar minn sebgħin voluntier u voluntiera ta' etajiet li varjaw bejn tnax sa 'l fuq minn sebgħin sena. Dawn ikkontribwew bil- ħin u l-esperjenza tagħhom sabiex l-avveniment seta jkun ta' suċċess, kompla Schwaiger. Fir-rimarki tal-għeluq tiegħu, is-Sur Attard ħabbar it-tnegħdija tas-sit elettroniku li ġie żviluppat għal dan l-avveniment u li jinsab fl-indirizz elettroniku http://www. malta2017.org. Dan is- sit ser jinkludi fih l-aħħar żviluppi u aġġornamenti,kif ukoll ir-riżultati tal- kompetizzjonijiet varji. Attard ikkonkluda billi rringrazzja lill-Kumitat Olimpiku Malti, SportMalta, Go, Kristal Water uMapfre Middlesea Insurance għall-appoġġ u s-sostenn tagħhom. Malta se tospita l-European Athletics Championships Third League f'Ġunju

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 May 2017