Illum previous editions

illum 7 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/820806

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Mejju 2017 | illum Sports 29 Bernard Farrugia jieħu sehem b'suċċess l-Maratona ta' Londra KIEN fit-22 ta' Ġunju tal- 2016, li Bernard Farrugia ġie avviċinat mill-kuġina tiegħu, Josette Falzon biex jieħu sehem fil-Maratona ta' Londra. Miegħu ġew avviċinati wkoll l-atleti Agnes Mizzi, Josette Portelli u Claudine Zerafa. Waqt li tkellimt ma' Bernard spjegali li sabiex itemm din il-maratona, l-isfidi tiegħu kienu tnejn. L-ewwel waħda, li jrid jiġbor £3,000 għas-Cystic Fibrosis Trust u t-tieni waħda hi li jiġri d-distanza ta' 42.2 km. Il-passjoni li għandu Bernard għall-isport hija kbira. Għalhekk flok organizza ikliet u ġabar donazzjonijiet biex jiġbor l-ammont ta' flus imsemmi, hu ddeċieda li jorganizza attività sportiva. Flimkien ma' Mark Bugeja u l-atleti sħabu tal-klabb Mellieħa AC hu organizza għall- ewwel darba l-attività Winter Open Sea Swim. B'dan barra li hu ġabar il- flus, ħoloq kuxjenza dwar is-Cystic Fibrosis Trust u fl-istess ħin ippromova l-għawm fl-istaġun tax- xitwa. Spjegali li apparti l-ġbir tal-flus, l-ikbar sfida għalih kienet it-taħriġ, li kellu jipprepara flimkien mal- kowċ tiegħu Has Kesra, l-istess kowċ li jifforma wkoll parti mill-Mellieħa Athletics Club. It-taħriġ kien jikkonsisti f 'sitt darbiet fil-ġimgħa. Huwa qalli: "Ma hemmx skużi għax is-sħana, ir-riħ, ix-xita jew il-kesħa. Huwa importanti li ssegwi l-programm ta' taħriġ imħejji mill-kowċ mingħajr l-ebda skuża". F'jum il-maratona seta' jinnota l-organizzazzjoni eċċellenti li hija diffiċli tiddeskriviha. Fosthom waterstations, ambulanzi u professjonisti li jagħtu l-ewwel għajnuna, fost oħrajn.Ftit minuti qabel il-ġirja, f 'Greenwich,seta' jinnotawkoll għaliex kienu ġabru l-atleti l-oħra fosthom għal nies b'mard terminali, nies neqsin mis- smigħ u saħansitra għal nies b'mard psikoloġiku. Kompla jgħid li, li tkun qed tiġri għal xi ħadd fil-bżonn, hi l-aktar sfida sodisfaċenti li qatt jista' jkollok u li żżommok għaddej sal- aħħar. Fil-verità għalhekk din il-maratona hi speċjali minħabba li ammont kbir ta' atleti jkunu qegħdin jiġru għall-kawża ġusta. Xi ħaġa li impressjonat lil Bernard ukoll, kienet is- sapport tan-nies tul ir-rotta kollha. Stqarr li bejn wieħed u ieħor jikkalkulaw li jkun hemm madwar miljun ruħ. Waqt l-intervista Bernard saħaq kemm hu importanti li nżommu lilna nfusna attivi fiżikament u nagħtu prijorità lill-isports kif ukoll li jkun hawn iżjed kuxjenza dwar l-ikel li nieklu. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas hu xtaq jirringrazzja lil kull min kien parti minn din l-avventura miegħu u jinsab ottimist għal sfidi oħra fil-futur, fejn ikun jista' jippromovi dak li għandu għal qalbu,l-isports u fl-istess ħin jgħin lil min għaddej minn xi mard serju. Bernard Farrugia jifraħ wara li temm b'suċċess il-Maratona ta' Londra. Illum ikompli l-Kampjonat Autocross mill-ASMK ILLUM il-Ħadd 7 ta' Mejju se jkompli l-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2016/2017. Matul il-programm se jieħdu sehem is-sezzjoni Autocross fis-seba' attività tal-istaġun. Il- Programm jibda fis-1pm. Intant nhar is-Sibt li għadda l-ASMK organizzat il-finali Autocross li ma kinux saru l-Ħadd 9 t'April li għadda. Wara t-tlugħ tal-polza kellna dawn ir-riżultati fl-Autocross Standard fejn rajna lil Johann Vella fuq Opel Nova jirbaħ din il-finali segwit minn Nicovich Chircop fuq Peugeot 206. Fit-tielet post spiċċa Quinn Camilleri fuq Peugeot 106 waqt li fir- raba' post daħal Deane Farrugia fuq Citroen AX. Karl Scicluna u Angelo Galea it-tnejn fuq karozzi Peugeot 106 irtiraw kmieni mill-finali u spiċċaw fil-ħames u s-sitt post rispettivament. Mill-finali Autocross Klassi A kellna dawn ir- riżultati. Gordon Johnson fuq Opel Corsa kompla jiddomina billi rreġistra rebħa oħra f 'dan l-istaġun. Johnson kien segwit minn Terence Azzopardi fuq Opel Corsa u Malcolm Borg fuq Opel Corsa wkoll waqt li fir-raba' post spiċċa Karl Micallef fuq Ford Fiesta. Mill-Finali Autocross Klassi B rajna lil Jean Paul Grech fuq Peugeot 106 jirbaħ din il-finali segwit minn Noel Vella fuq Ford Fiesta. Fit-tielet post spiċċa Matthew Borg fuq Vauxhall Nova segwit fir- raba' post minn Godfrey Gauci fuq Ford Fiesta. Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta wkoll spiċċa l-finali fil-ħames post. Intant, nhar il-Ħadd li għadda it-30 t'April tkompla l-Kampjonat Trials mill-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2016/2017 fejn ġiet organzzata l-ħames attività ġewwa l-kumpless tal- Assoċjazzjoni f 'Ta' Qali. B'kollox għal din l-attività ħadu sehem tmien kompetituri maqsuma f 'żewġ klassijiet fejn kellna dawn ir-rizultati. Fi Klassi A fejn jaqgħu l-kompetituri Experienced rajna lil Damon Bonello fuq mutur Gas Gas jiddomina u jirbaħ il-ġurnata segwit minn Antonio Leonardi fuq mutur Gas Gas. Fit-tielet post spiċċa Rowen Bonello fuq mutur Beta filwaqt li l-aħwa Scicluna Joseph u Ian spiċċaw il-ġurnata fir-raba' u fil-ħames post rispettivament. Fi Klassi B fejn jaqgħu l-kompetituri Beginners, rajna lil Daniel Inguanez fuq mutur Beta jirbaħ il-ġurnata segwit minn Tony Curmi fuq mutur Beta. Fit-tielet post spiċċa Manuel Camilleri fuq Mutur Gas Gas. Iktar informazzjoni wieħed jista' jsibha fis-sit elettroniku tal- Assocjazzjoni www. asmk.org.mt jew fil- paġni ta' Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel kuntatt bl- email fuq info@asmk.org. mt jew Mowbajl fuq 9942 5489. Ritratt - Mario Micallef Terence Azzopardi imkien ma' Gordon Johnson - it-tnejn fuq karozzi Opel Corsa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 May 2017