Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/820806
illum | Il-Ħadd 07 ta' Mejju 2017 Sports 34 IMWIELED fit-8 ta' Mejju 1960 fi Travagliato viċin il-belt ta' Brescia, m'hemmx dubju illi l-isem Franco Baresi m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fl-Italja. Kien jilgħab bħala libero jew aħjar difensur ċentrali kemm ma' AC Milan kif ukoll mat-tim nazzjonali Taljan għal madwar 20 sena. Huwa kien saħansitra captain tal-Milan fis-snin glorjużi tal-era Berlusconi u huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa difensuri ta' kull żmien. Iddebutta fis-serie A fl-età ta' 17-il sena fl-1978 filwaqt illi sena wara rebaħ l-ewwel scudetto tiegħu ma' plejers leġġendarji bħal Fabio Capello u Gianni Rivera. Fl-1982 għamel id-debutt tiegħu mat-tim nazzjonali Taljan f 'logħba kontra r-Rumanija. Huwa kellu x-xorti jilgħab ukoll ma' plejers stilel li xi darba jew oħra libsu l-flokk aħmar u iswed tal-Milan bħal Marco Van Basten, Paolo Maldini, Roberto Donadoni, Ruud Gullit, Frank Rijkaard, Dejan Savicevic, Zvonimir Boban, Carlo Ancelotti, Pietro Paolo Virdis, Alessandro Costacurta, Marcel Desailly u Mauro Tassotti. Baresi rebaħ dak kollu illi joffri kemm il-futbol domestiku kif ukoll dak internazzjonali. Huwa rebaħ il-UEFA ChampionsLeague tliet darbiet, il-Kampjonat Taljan għal sitt darbiet, erba' darbiet is-SuperCup Taljana u tliet darbiet is-SuperCup Ewropea kif ukoll kiseb żewġ Tazzi Interkontinentali. Mat-tim Nazzjonali Taljan kiseb suċċess fit-Tazza tad-Dinja tal-1982 taħt il-kowċ Enzo Bearzot u kellu sehem fit-tielet post li kisbu l-Italja ta' Azeglio Vicini fl-istess kompetizzjoni fl-1990. Erba' snin wara kien il-captain tal-Italja fl-edizzjoni li saret fl-Istati Uniti, kompetizzjoni li Baresi jiftakar b'ċertu diżappunt hekk kif falla penalty fil-finali kontra l-Brażil sabiex huma kienu spiċċaw fit-tieni post. Il-bikja famuża tiegħu wara dik il- finali mitlufa tibqa' msammra f 'moħħ kull dilettant tal-futbol. 'Kaizer Franz', kif kien magħruf ma' sħabu, ħa sehem ukoll f 'żewġ edizzjonijiet tal-kampjonati Ewropej tal-1980 u l-1988 filwaqt illi lagħab ukoll mat-tim Olimpiku Taljan li wasal sas-semifinali fl-1984. Ħuh il-kbir, Giuseppe ukoll għażel il-karriera ta' plejer tal-futbol, fejn kien jilgħab mat-tim rivali mill-istess belt, Inter. Ironikament, Franco Baresi, dak iż-żmien żagħżugħ ta' 15-il sena, flimkien ma' ħuh Giuseppe kellhom prova ma' Inter. Madankollu d-diriġenti Neroazzurri ddeċidew li jżommu lil Giuseppe filwaqt illi jirrilaxxjaw lil Franco, minħabba li qalu illi fiżikament ma kienx jgħodd għall-pjanijiet tagħhom. Fl-1999, ġie vvutat bħala l-plejer tas- seklu ta' AC Milan minħabba s-sehem kbir illi ta għal dan it-tim u n-numru ta' suċċessi illi kiseb fil-karriera tiegħu. Mhux hekk biss imma saħansitra l-plejer leġġendarju Brażiljan, Pele nnominah bħala wieħed mill-aqwa 125 plejer ta' kull żmien f 'ċerimonja li saret fl-2004 waqt il-FIFA CentenaryAwards. Ġest verament sabiħ illi ġibed l-għajn ta' kull dilettant sportiv, partikolarment dawk segwaċi ta' Milan kien illi fl-1997, fl-għabex tal-karriera tiegħu, il-flokk numru sitta li kien jilbes ġie rtirat b'rispett għal dak li rnexxielu jagħmel bil-flokk Rossonero. Franco Baresi li huwa miżżewweġ ma' Maria Lari u għandu żewġt itfal, Edoardo u Giannandrea, ittanta xortih ukoll fil-kowċing għalkemm ftit kiseb suċċessi f 'dan ir-rwol tant illi sa mill-2008 jagħmel parti mid- dipartiment tal-marketing fi ħdan AC Milan. Huwa lagħab 531 partita ma' AC Milan u skorja 16-il gowl waqt li mat-tim nazzjonali Taljan lagħab 81 partita u skorja goal wieħed. Huwa nġieb f 'Malta minn San Ġwann FC biex jiċċelebraw il-promozzjoni tagħhom għall-Kampjonat BOV tal- Ewwel Diviżjoni, b'għajnuna kbira minn Trevor Fenech u mill-Membru Parlamentari Labursita, Dr Clifton Grima. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Niftakar illi bħal kull tifel żgħir ta' dak iż-żmien, wara li kont nispiċċa l-iskola kont immur l-oratorju tal-belt fejn kont noqgħod, Travagliato fejn hemmhekk kont nilgħab il-futbol ma' sħabi. Il-futbol għalija kien ifisser ħafna u kont nistenna ħafna dak il- mument illi nagħti dawk id-daqqtejn bil-ballun. B'hekk iddeċidejt illi nieħu Id-difensur leġġendarju ta' AC Milan Cristian Antony Muscat Franco Baresi - Captain ta' AC Milan s-snin glorjużi tal-era Berlusconi waqt li huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa difensuri ta' kull żmien. "Malta huwa dejjem pajjiż illi mhux faċli tilgħab kontrih minħabba d-determinazzjoni illi l-plejers juru kontra oppożizzjoni qawwija. Il-partiti kontra Malta qatt ma niftakar li kienu faċli. Pajjiż żgħir illi però għandu qalb kbira illi jikseb riżultat tajjeb. Nispera illi bħala tim nazzjonali dejjem ikompli jtejjeb il-wirjiet tiegħu u jżid aktar l-infastruttura tiegħu f 'dan l-isport." "Importanti illi toħlom għax wara kollox il-ħolm jaf isir realtà. Dan kollu jwassal sabiex it-tfal jemmnu li fil-futbol jekk tieħdu bis-serjetà kapaċi jwassal għal xi ħaġa ferm sabiħa bl-objettiv illi tilħaq karriera f 'dan l-isport."