Illum previous editions

illum 7 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/820806

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 07 ta' Mejju 2017 Sports 30 Mark Bonnici lura għall-aħjar tiegħu b'rebħa ġewwa l-Park tal-Majjistral ITTIELET tellieqa tal- BDO Malta Cross Country Series, organizzata mill- Malta Mountain Bike Association, rat mumenti ta'frustrazzjonimeta numru ta' ċiklisti kellhom firxa ta' problemi mekkaniċi. Għalkemm il-Majjistral joffri xenarju mill-isbaħ, ir-rotta hija mimlija partijiet tekniċi, kumplikati u mimlijin blat - terren li jagħti sfida iebsa anke lil ċiklisti ta' esperjenza. L-ewwel ma bdew, kienu ċ-ċiklisti tal-Kategorija Elite. L-ewwel fuq quddiem kien Mark Bonnici, bi tfittxija għall-ogħla post fuq il- podju, specjalment wara li l-ewwel żewg tlielaq tas- serje kienu diżappuntanti għaliħ minħabba problemi mekkaniċi. Bonnici wera determinazzjoni kbira mill- bidu, u flimkien mar-rebbieħ tat-tieni tellieqa, Patrick Scicluna żamm u stabilixxa pass fuq quddiem. Panċer fit-tieni dawra raw l-isforzi ta'Scicluna mxekkla u ma setax jkompli mal-pass ta' Bonnici li kompla jibqa' fuq quddiem nett. Wara Bonnici, kien hemm Etienne Bonello, Jeffrey Borg u ċ-ċiklist Għawdxi Brandon Sultana li għamlu li setgħu biex izommu ma' Bonnici, iżda kemm Bonello u Borg sofrew panċers fit-tielet dawra. Kien Sultana li ħa t-tieni post fuq il-podju filwaqt li Bonello daħal it-tielet. Bonnici tenn is- sodizzfazzjon tiegħu wara t-tellieqa - "Wara d-diżappunt li esperjenzajt fl-ewwel u t-tieni tellieqa, minħabba problemi mekkaniċi, finalment irnexxieli nirbaħ l-ewwel tellieqa tiegħi f 'din is-Serje. Patrick Scicluna u jien stabbilixxejna pass mgħaġġel ħafna fl-ewwel dawra sabiex inkabbru d-distakk bejnietna u ċ-ciklisti l-oħra. Fil-proċess stabilixxejna rekord tal-korsa. Minħabba li Patrick kellu jnaqqas il- pass tiegħu, jien ħdimt biex nikkontrolla l-pass sabiex inżomm il-vantaġġ tiegħi u nevita r-riskju ta' panċers u problemi mekkaniċi ." It-tellieqa tan-nisa kienet iddominata minn Danica Bonello Spiteri, li bħalissa qed tiffoka l-attenzjoni tagħha fuq tlielaq offroad: "Il-fatt li ppruvajt ir-rotta ftit jiem qabel it-tellieqa tatni l-opportunità biex nipprepara għal dan iċ-ċirkwit iebes, aħjar. Kont familjari mar- rotta għaliex hija simili għal dik tal-Xterra li ħadt sehem fiha riċentement, u b'hekk kont iktar familjari ma' wħud mill-punti delikati tar-rotta," stqarret Bonello Spiteri. Ir- rebbieħa tat-Tour ta' Malta u l-ewwel zewġ tlielaq tas-serje, Marie Claire Aquilina tilfet il-possibiltà ta' hat trick meta bdiet it-tellieqa tard. Aquilina ħadet it-tieni post segwita minn Claudine Gatt. Fil-kategorija Open, ir-rebbieħ tal-ewwel żewġ tlielaq, Mark Zammit inizjalment witta t-triq lejn rebħa oħra, madankollu hu wkoll safa vittma ta' panċer fit-tieni dawra li ratu jitlef ħin prezzjuż u post fuq il-podju fil-proċess. L-ewwel żewġ postijiet ġew meħuda minn Ryan Darmanin u Wayne Schembri. Fit-tielet post daħal Anton Muscat, li kien ħa it-tmien post fl-ewwel tellieqa. Il-Kategorija Masters pproduċiet dwell eċitanti bejn l-Għawdxi Domenic Cutajar u David Pace. Kien Domenic Cutajar li temm b'suċċess biex jieħu l-post fuq il-podju. B'nofs is-Serje lesta, 20 punt biss jifirdu liċ-ċiklisit Elite Etienne Bonello u Patrick Sultana li bħalissa jinsab fit-tieni post. It-tielet fuq il-lista huwa Brandon Sultana. Madankollu, mill- azzjoni esperjenzata fit-tlielaq s'issa, għad jista' jkun hemm xi sorpriżi! Il-Kategorija tan-nisa qed tara lil Marie Claire Aquilina fuq il-quċċata tal-leaderboard - madankollu Bonello Spiteri hija rivali li Aquilina għandha żgur tqis bħala forza li tista tagħtiha sfida tajba. Kwistjonijiet mekkaniċi raw lil Mark Zammit jinżel post fil- Kategorija Open, iżda għad fadal tliet tlielaq u għalhekk il-battalja tista' titqies li għadha miftuħa. Jekk il- prestazzjonijiet ta' Domenic Cutajar jibqgħu konsisteni sal-aħħar tal-istaġun, il- kategorija Masters se tkun waħda interessanti sal-aħħar. It-2017 BDO Malta Cross Country National Point Series huma appoġġjati minn BDO Malta u minn Magri Cycles, Carm & Co Ltd (prodotti SIS) u Island Beverages (H20nly). Għall-aħħar aħbarijiet tal- Assoċjazzjoni u l-kalendarju tat-tlielaq, wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www. maltamountainbike.org.mt kif ukoll il- paġni Facebook u Instagram. Alternattivament wieħed jista' jikkuntattja lill-Assoċjazzjoni fuq l-indirizz elettroniku info@ maltamountainbike.org.mt Mark Bonnici fuq il-podju -ewwel post. Ritratt - Angie Conti Jittellgħu l-poloz tal-Kompetizzjonijiet tas-Sajf tal-BOV Water Polo ILPOLOZ għall- kompetizzjonijiet tas- sajf tal-BOV Water Polo ttellgħu minn Joe Caruana Curran, il-President tal-Assoċjazzjoni tal- Isport Akwatiku ta' Malta u Anthony Scicluna, Uffiċjal Kap tal-Bank of Valletta, megħjuna mis- Segretarju Ġenerali tal- ASA Rita Azzopardi matul konferenza stampa li saret fil-Boardroomtal-ASA fil-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali. 'Hekk kif ftit biss ilu ddikjarajna lil San Giljan bħala r-rebbieħa tal- Kampjonat tax-Xitwa tal- BOV Water Polo għall-2017, issa ninsabu hawn biex nagħtu bidu għall-aktar avveniment prominenti tal-istaġun tal-water polo tagħna' qal Joe Caruana Curran. 'Wara ħafna snin, ninsabu kuntenti li qed naraw ir-ritorn ta' Birżebbuġa, li se jkunu qed jikkompetu fl- ewwel diviżjoni, biex b'hekk in-numru totali ta' timijiet fiż-żewġ diviżjonijiet issa tela' għal 11.' 'Dan l-istaġun jimmarka l-10 sena konsekuttiva ta' kollaborazzjoni bejn il-Bank of Valletta u l-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku ta' Malta' qal is-Sur Scicluna. 'Matul dawn is-snin, rajna titjib massiv fil-prestazzjoni tat-timijiet u ninsabu wkoll kuntenti ħafna li qed naraw lil Birżebbuġa jerġgħu lura fix- xena lokali tal-water polo'. L-ASA, f 'kollaborazzjoni mal-klabbs kollha, tirriżerva d-dritt li ċċaqlaq id-dati u l-ħinijiet tal-logħob kif meqjus meħtieġ. Il-poloz finali bid-dati u l-ħinijiet tal-partiti kollha se jinħarġu dalwaqt mill-ASA. Iċ-Chief Ocer tal-BOV Anthony Scicluna imkien mal-President tal-ASA Joe Caruana Curran waqt it-tlugħ tal-poloz Il-programm tal-ewwel ġurnata Kampjonat BOV Premier Sirens ASC v Valletta United San Ġiljan Tum Invest v Neptunes Leo Vegas Exiles Jetfreight v Sliema Frank Salt Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni Otters Nivea v Marsaxlokk Fischer Birżebbugia ASC v Marsascala Transcripta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 May 2017