Illum previous editions

illum 7 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/820806

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 07 ta' Mejju 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol THEO HERNANDEZ - Barcelona qed ifittxu li jiffirmaw lil Theo Hernandez mingħand Atletico Madrid. Real Madrid ukoll kienu interessati li jassiguraw il-firma ta' dan il-plejer mingħand ir-rivali tagħhom, iżda Barcelona jinsabu pprepatati li jħallsu l-klawżola tar-release ta' €24 miljun ta' dan il-plejer. Jidher li din it- trattattiva tinsab f 'fażi tardiva fejn kollox mistenni jimmaterjalizza ruħu fil-ġimgħat li ġejjin. BERNARDO SILVA U BLAISE MATUIDI - Manchester United qed jippjanaw offerta sensazzjonali ta' €80 miljun għad-duo li jilagħbu fil-Ligue 1 Bernardo Silva u Blaise Matuidi. Jidher li Josè Mourinho se jkollu somma mingħajr limiti allokata lilu għall-istaġun li ġej biex ikompli jsaħħaħ l-iskwadra bit-tama li Manchester United jirritorna għar-rebħ tal-unuri. U b'hekk jidher li Mourinho diġà xeħet ħarstu fuq il- plajer ta' Monaco Bernardo Silva fejn Manchester United jidhru li jinsabu lesti li joffrulu €50 miljun waqt li jidhru wkoll li jinsabu lesti li joffru s-somma ta' €30 miljun għal Blaise Matuidi waqt li se jkunu qed iħalli lil Marouane Fellaini jħalli lill-klabb. ANDERSON TALISCA - Anderson Talisca li qed jiġi segwit mill-viċin minn Manchester United jidher li se jkun mibjugħ għas-somma ta' €21 miljun matul l-istaġun li ġej. Dan l-attacking midfielder ta' Benfica bħalissa jinsab b'self ma' Besiktas iżda Jorge Mendes li jiġu wkoll l-aġent ta' Cristiano Ronaldo wiegħed lir-Red Devils li se jkun qed iħalli lil dan il-plejer jitlaq mill-Portugall meta tiftaħ it-tieqa tat- trasferimenti. Josè Mourinho wkoll huwa rrapreżentat minn Jorge Mendes u dan jista' jkun fattur ewlieni biex Anderson Talisca jiġi akkwistat mit-tim minn Old Trafford. CHRISTIAN ERIKSEN - Barcelona jinsabu lesti li jagħmlu offerta għall-midfielder ta' Tottenhan Hotspur Christian Eriksen. Bil-Katalani qed ifittxu li jkomplu jsaħħu l-iskwadra tagħhom għal matul l-istaġun li ġej, dan il-plejer internazzjonali Daniż qed jitqies bħala dak ideali biex jipprovdi l-assistenza għat-trio ta' attakkanti mlaqqam bħala MSN - jiġifieri Messi, Suarez u Neymar. Għadha ma ssemmiet l-ebda somma potenzjali ta' kemm Barcelona huma lesti li joffru għal dan il-plejer. JOE HART - Manchester City jidhru li se jkunu qed jagħtu permess lil Joe Hart biex jingħaqad ma' Manchester United wara li rapporti wkoll qed jindikaw li dan il-gowlkeeper jixtieq jingħaqad mar-Red Devils. Jidher li ġie mgħarraf lil dan il-gowlkeeper internazzjonali Ingliż li huwa m'għandux futur ma' Manchester City u b'hekk qed jitqies bħala sostitut potenzjali għal David de Gea li jidher li se jkun qed jingħaqad ma' Real Madrid. Madankollu, jidher li Manchester City se jkunu qed jitolbu s-somma kbira għal Joe Hart. ROMELU LUKAKU U VIRGIL VAN DIJK - Il-manager ta' Chelsea Antonio Conte għażel lil Romelu Lukaku u Virgil van Dijk bħala tragwardi prinċipali għal matul l-istaġun li ġej. L-attakkant ta' Everton u d-difensur ta' Southampton mistennija jiswew is-somma totali ta' £120 miljun, iżda Conte jinsab ħerqan li jkompli jsaħħaħ l-iskwadra tiegħu għall-istaġun li ġej. Dan għalkemm il-Blues jinsabu favoriti li jiksbu d-double fl-Ingilterra matul dan l-istaġun b'rebħa tal- Kampjonat u tal-FA Cup. Intant, interessati f 'Van Dijk hemm ukoll Manchester City. KYLIAN MBAPPE - Manchester City jinsabu lesti li jiksru r-rekord ta' trasferimenti mondjali hekk kif xeħtu ħarsithom fuq l-istilla żagħżugħa ta' Monaco Kylian Mbappe. Dan il-plejer skorja ħames darbiet f 'seba' logħbiet tal-UEFA Champions League, b'Manchester City jinsabu lesti li jiksru r-rekord ta' £89 miljun li Manchester United ħallsu biex jakkwistaw lil Paul Pogba li naqas milli jħalli l-effett mixtieq mar- Red Devils. minn Cristian Antony Muscat GERARD DEULOFEU - Manchester United jinsabu lesti li jagħmlu offerta għall-plejer ta' Everton li iżda jinsab misluf ma' AC Milan fejn tant qed jimpressjona, Gerard Deulofeu. Madankollu, din tidher li se tkun xi ħaġa diffiċli għar-Red Devils hekk kif Everton kif ukoll AC Milan jidhru li jridu jżommu lil dan il-plejer jibqa' jilgħab magħhom. L-eks club ta' Deulofeu, Barcelona għandhom għażla fil-kuntratt li jistgħu jerġgħu jingaġġaw lil dan il-winger Spanjol għas-somma ta' €12-il miljun, iżda kollox għad irid jiġi deċiż mill-fatt jekk Manchester United jagħmlux offerta sensazzjonali għal dan il-plejer.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 May 2017