Illum previous editions

illum 7 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/820806

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 07 ta' Mejju 2017 Sports 28 Manchester City jumiljaw lil Crystal Palace MANCHESTER City ġewwa darhom fl-Etihad Stadium għelbu l-isfida ta' Crystal Palace bl-iskor kbir ta' 5-0 bil-gowls għalihom jaslu minn David Silva, Vincent Kompany, Kevin de Bruyne, Raheem Sterling u Nicolas Otamendi. AFC Bournemouth u Stoke City temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 2-2 biż-żewġ gowls għal AFC Bournemouth jaslu minn Junor Stanslas u awtogowl tal-plejer ta' Stoke City, Ryan Shawcross. Il-gowls għal Stoke City waslu minn awtogowl tal-plejer ta' AFC Bouremouth, Lys Mousset fit-33 minuta u minn mame Biram Diouf fit-73 minuta. Bl-istess skor intemmet il-partita bejn Burnley u WBA bil-gowls għal Burnley jaslu minn doppjetta ta' Sam Vokes waqt li l-gowls għal WBA waslu minn Josè Salomon Rondon u Craig Dawson. Leicester City ġewwa darhom kisbu rebħa ta' 3-0 kontra Watford bit-tliet gowls għalihom jaslu minn Onyinye Ndidi, Riyad Mahrezu Marc Albrighton. Sunderland barra minn darhom għelbu lil Hull City bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Billy Jones u Jermain Defoe. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 6 ta' Mejju Manchester C. vs Crystal P. 5-0 AFC Bournemouth vs Stoke C. 2-2 Burnley vs WBA 2-2 Hull City vs Sunderland 0-2 Leicester City vs Watford 3-0 FIXTURES Il-Ħadd 7 ta' Mejju 14:30 Liverpool vs Southampton 17:00 Arsenal vs Manchester United It-Tnejn 8 ta' Mejju 21:00 Chelsea vs Middlesbrough Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 7 ta' Mejju 12:30 Udinese vs Atalanta 15:00 Chievo V. vs Palermo 15:00 Empoli vs Bologna 15:00 Genoa vs Inter 15:00 Lazio vs Sampdoria 15:00 Pescara vs Crotone 15:00 Sassuolo vs Fiorentina 20:45 AC Milan vs AS Roma Plejers ta' Manchester City jifirħu wara r-rebħa kbira li kisbu kontra Crystal Palace Pedrosa jirbaħ pole inkredibbli fi Spanja DANI Pedrosa fuq Repsol Honda rebaħ pole position inkredibbli fiċ-ċirkwit Red Bull de Espana biex illum se jkun qed jibda mill- quċċata tal-gradwatorja fil-GP ta' Spanja. Fit- tieni post temm il- kompatrijott Spanjol Marc Marquez li naqas milli jgħaddi lil Pedrosa fl-aħħar lap. Wara Marc Marquez se jkun jibda s-sewwieq Cal Crutchlow fuq LCR Honda. Pedrosa kellu tmiem il-ġimgħa mill- aqwa hekk kif dejjem irreġistra l-aktar ħin veloċità fost is-sewwieqa kollha tal-Moto GP. Matul dan l-istaġun, Pedrosa qed ikollu staġun mill-aqwa u m'hemmx dubju li se jkun fost il- kandidati ewlenin għar- rebħ tat-titlu finali. Dani Pedrosa fl- azzjoni fi Spanja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 May 2017