Illum previous editions

illum 7 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/820806

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 07 ta' Mejju 2017 Elezzjoni2017 2017 BITTĦABBIRA ta' elezzjoni bikrija nhar it-Tnejn li għadda, fil- festa pubblika tal-Ewwel ta' Mejju, Joseph Muscat ftit jew wisq qata' saqajn l-Oppożizzjoni u ħa vantaġġ ta' ftit ġranet jekk mhux ukoll tal-ewwel ġimgħa sakemm effettivament, il- Partit Nazzjonalista 'jistartja l-magna elettorali'. Dan minkejja li lura s-sena li għaddiet, Simon Busuttil kien saħaq li, "il-Partit Nazzjonalista startja l-magni elettorali tiegħu," wara li kien għamel bidliet interni fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Partit. Minbarra dan, tliet ġimgħat ilu, propju fis-16 ta' April, il-gazzetta ILLUM kienet ippubblikat storja li l-Partit Nazzjonalista ilu sa mill-2014 jipprepara għall-eventwalità ta' elezzjoni ġenerali qabel l-2018. Minkejja li l-elezzjoni kellha ssir fl-2018, kien hemm għadd ta' indikazzjonijiet li s-sitwazzjoni ta' din is-sena kienet waħda straordinarja, u f 'ċertu każi kienet tinħass imminenti, anke meta kien fil-fatt il-PN stess li kien l-ewwel partit li mmobilizza n-nies fil-mass meetings meta żewġ Ħdud ilu sejjaħ protesta nazzjonali kontra l-korruzzjoni fil-Belt Valletta. Fil-fatt, min segwa l-ewwel ġranet ta' din il-kampanja elettorali, seta' jinnota li l-Partit Nazzjonalista donnu nħasad b'din id-deċiżjoni, u dan seta' jidher evidenti min-nuqqas ta' preparazzjoni u organizazzjoni, kemm fl-attivitajiet organizzati, fir- reklamar għall-kampanja u anke mid-diskorsi nnifishom. Billboards, big screens u banners Dan in-nuqqas ta' preparazzjoni min-naħa tal-PN, jidher iktar meta wieħed iqabbel ma' dak li laħaq għamel il-PL fl-ewwel jiem, jekk mhux saħansitra fl-ewwel sigħat. Sa tmiem l-ewwel ġurnata tal-kampanja elettorali, ċioè l-ewwel ta' Mejju, il-PL kien diġà ferrex għadd kbir ta' billboards u banners fis-central strips u ma' kull pont u barriera fit- toroq Maltin, nieda b'mod uffiċjali l-kampanja elettorali filgħaxija, b'filmati fuq big screens li ntramaw apposta għall-elezzjoni mal-faċċata tal-kwartieri tal-PL. Dan minbarra l-preparamenti li ħejja għall-jiem sussegwenti fosthom l-attivitajiet taħt it-tinda, il-konferenzi tal- aħbarijiet filgħodu, kif ukoll l-għadd ta' żjarat fost in-nies, fil-lokalitajiet. Minbarra dan, Muscat ma ħeliex żmien, u l-għada filgħodu li ħabbar l-elezzjoni, kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet jelenka numru ta' proposti u prijoritajiet li l-Partit mistenni jaħdem fuqhom, jekk jingħata l-fiduċja tal-poplu. Sat-tielet jum tal-kampanja, kien għad m'hemmx billboards tal-Partit Nazzjonalista fit-toroq, għajr għal ftit banners imxerrda 'l hawn u 'l hemm. L-istess jista' jingħad għall-organizzazzjoni tal-ewwel attività pubblika f 'din il-kampanja tal-PN, li kuntrarjament għal dak li naraw is-soltu, jew għal dak li għamel il-PL fl-istess ġurnata, kien organizzat fl-istess Dar Ċentrali f 'Tal-Pietà, u mhux taħt it-tinda f 'xi lokalità. S'issa l-PN iffoka fuq il-każ Panama Dan in-nuqqas ta' preparazzjoni u sens ta' ħasda, wieħed jista' jħossu wkoll mid-diskorsi li qed isiru mill-Kap tal-PN stess. Fil-fatt, id-diskorsi tal- Kap tal-Oppożizzjoni, jekk wieħed iħares lejhom, jara li ftit jew xejn kien hemm tibdil jew differenzi, issa li l-Partiti uffiċjalment jinsabu f 'kampanja elettorali, kemm fil-kontenut u kif ukoll fil- mod li bih kien jitkellem fil-ġimgħat li għaddew. Id- diskorsi tal-Kap Nazzjonalista pjuttost jieħdu l-istess tema, bil-korruzzjoni u l-kontijiet fil-Panama bħala t-tema prinċipali, bi ftit li xejn tidher xi tip ta' strateġija fid- diskorsi għajr għal kritika lejn Joseph Muscat. Għalkemm biex inkunu ġusti, il-Partit Nazzjonalista matul is-snin tiegħu fl-Oppożizzjoni ppubblika għadd ta' dokumenti fuq temi differenti b'numru ta' proposti f 'oqsma differenti bħall-ekonomija, it-trasport u l-ambjent fost l-oħrajn, li minkejja li numru kbir minn dawn kienu validi, lanqas issemmew fl-għadd ta' diskorsi fl-ewwel jiem. Il-PN qal biss li se jkun qed jippubblika tliet programmi elettorali differenti: wieħed speċifikament immirat għal Għall-bidu nħasad...imma Bidu iebes għall-Partit Nazzjonalista fl -ewwel jiem tal-kampanja elettorali Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt Ritratt: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 May 2017