Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/820806
Il-Ħadd 07 ta' Mejju 2017 | illum Sports 35 dan l-isport bis-serjetà tant illi bqajt nirsisti sa ma sirt plejer professjonali tal-futbol. Kellimni dwar l-esperjenza ma' Milan fejn int prattikament irnexxielek tirbaħ kollox.. M'hemmx għalfejn ngħidlek, kienet esperjenza illi ma nista' ninsa qatt. Kelli x-xorti nibda nilgħab ma' Milan sa minn età żgħira u bqajt magħhom sal-aħħar tal-karriera tiegħi. M'hemmx kliem biżżejjed sabiex nirringrazzja lid- diriġenti Milanisti tas-sodisfazzjon enormi illi ksibt u l-esperjenzi sbieħ illi kelli. Kelli x-xorti nilgħab ma' plejers ta' kalibru u b'hekk irnexxieli nimmatura kemm fuq livell uman kif ukoll b'mod psikoloġiku. Kif tikkompara t-tim tal-Milan tal- lum ma' dak li kont tilgħab miegħu fil- passat. Bla dubju li t-tim ta' żmienek kien aktar b'saħħtu. Ifhem hija kwistjoni ta' ġenerazzjonijiet. Niftakar li lħaqt diversi ġenerazzjonijiet ta' plejers tajbin. Kellna żminijiet fejn batejna u oħrajn fejn gawdejna. Forsi jien kont ixxurtjat biżżejjed illi lħaqt plejers b'mentalità rebbieħa u għalhekk stajt ingawdi ħafna suċċessi. Minkejja kollox meta tispiċċa era trid tibda oħra mill-ġdid. U bħalissa dan huwa żmien ta' transizzjoni għal Milan ta' Montella. Tini l-opinjoni tiegħek dwar it-tim nazzjonali Taljan tal-lum. F'dan l-aħħar żmien, it-tim nazzjonali ma tantx kellu wirjiet tajbin partikolarment fl-aħħar Tazza tad-Dinja. Madankollu l-kowċ attwali, Giampiero Ventura għandu numru ta' żgħażagħ illi qed jieħdu l-esperjenza u l-grupp qed jissaħħaħ dejjem aktar. Hemm plejers ferm interessanti li għad nisimgħu aktar dwarhom jekk iżommu l-kontinwità li bdew. Nafu li ftit tal-ġranet ilu, il-Milan għaddiet taħt il-presidenza Ċiniża. Kif qed taraha din il-mossa li għamlu d-diriġenti Rossoneri? Ifhem hemm prospetti kbar taħt din il-presidenza ġdida. Attwalment għadna biċ-ċans illi nikkwalifikaw għal kompetizzjonijiet Ewropej u kollox għadu miftuħ. Nisperaw illi s-sidien il-ġodda jagħmlu l-investimenti neċessarji sabiex il- Milan terġa' tikseb l-isem li kellha fl-Ewropa li tant ilna neqsin minnha. Problema illi qed tifni l-futbol modern huwa bla dubju l-fenomenu tal-betting. Qed isiru ħafna mħatri illi qed iħallu impatt negattiv f 'din il-logħba. X'taħseb li għandu jsir biex tinstab soluzzjoni għal dan li ħafna qed isejħulu l-kankru tal- futbol? Jien nemmen illi aħna bħala ambaxxaturi tal-futbol għandna nippromwovu iktar dan l-isport aktar milli nsemmu l-affarijiet negattivi. Huwa veru li l-betting qed isir problema u speċjalment dan kollu qed isir min-nies illi jaraw iktar il- gwadann personali tagħhom aktar milli l-ġid tal-isport inġenerali. Nerġgħu nitkellmu dwar it-tim nazzjonali Taljan, din id-darba però fil-mument meta intom lgħabtu kontra Malta, partikolarment int illi ħadt sehem f 'dawk il-partiti. Malta huwa dejjem pajjiż illi mhux faċli tilgħab kontrih minħabba d-determinazzjoni illi l-plejers juru kontra oppożizzjoni qawwija. Il-partiti kontra Malta qatt ma niftakar li kienu faċli. Pajjiż żgħir illi però għandu qalb kbira illi jikseb riżultat tajjeb. Nispera illi bħala tim nazzjonali dejjem ikompli jtejjeb il-wirjiet tiegħu u jżid aktar l-infastruttura tiegħu f 'dan l-isport. Nixtieqek tgħaddi messaġġ lit-tfal illi qed jaqraw din l-intervista li qed joħolmu illi jibdew karriera fil-futbol. Jien nemmen illi dawk responsabbli minn dawn it-tfal, jiġifieri l-kowċis għandhom ikunu kapaċi jwasslulhom il-ferħ u l-entużjażmu tagħhom sabiex ipinġu l-futbol bħala sport illi jgħaqqad u jtihom dinjità bħala plejers. Importanti illi toħlom għax wara kollox il-ħolm jaf isir realtà. Dan kollu jwassal sabiex it-tfal jemmnu li fil-futbol jekk tieħdu bis-serjetà kapaċi jwassal għal xi ħaġa ferm sabiħa bl-objettiv illi tilħaq karriera f 'dan l-isport. Milan fost l-aqwa ta' kull żmien Twieled t-8 ta' Mejju 1960 Travagliato viċin il-belt ta' Brescia. Kien jilgħab bħala libero jew aħjar difensur ċentrali kemm ma' AC Milan kif ukoll mat-tim nazzjonali Taljan għal madwar 20 sena. Huwa kien saħansitra captain tal-Milan s-snin glorjużi tal-era Berlusconi u huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa difensuri ta' kull żmien. Iddebutta s-serie A -età ta' 17-il sena - 1978 lwaqt illi sena wara rebaħ l-ewwel scudetto tiegħu ma' plejers leġġendarji bħal Fabio Capello u Gianni Rivera. Fl-1982 għamel id-debutt tiegħu mat- tim nazzjonali Taljan f 'logħba kontra r-Rumanija. FRANCO BARESI