Illum previous editions

illum 7 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/820806

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Elezzjoni2017 5 Il-Ħadd 07 ta' Mejju 2017 | illum 2017 L-akbar kritika li qala' dan il-Gvern, ħafna minnha ġustifikata wkoll kienet dwar il-kwistjoni tal-governanza u t-trasparenza. Il-każ tal- kontijiet fil-Panama tal-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal- PM Keith Schembri qajmu spettru ikrah għall-Gvern hekk kif inbniet b'suċċess mill-Oppożizzjoni l-perċezzjoni li l-Gvern preżenti 'jaħbi' u mhux trasparenti. Din il-kwistjoni waħedha mneffħa sew mill-PN għamlet ħsara kbira lill-Gvern Laburista, speċjalment fid-dawl tal-fatt illi l-istess Oppożizzjoni qajmet ħafna dubji dwar flejjes mill-Azerbaijan. L-istess pajjiż li miegħu Malta nnegozjat ftehim dwar iż-żejt u l-gass. Id-dewmien biex ikunu ppublikati ċerti kuntratti, anke jekk raġuni kompletament leċta, kompliet iżżid mal-pressjoni fuq il-Gvern. Id-dell ta' Gvern li qed jaħbi, anke jekk mhux reali u parti minnu huwa perċezzjoni kompla jissaħħaħ mill-fatt illi Muscat deher riluttanti ħafna li jneħħi lil Mizzi, li jekk xejn messu kien jaf aħjar milli jiftaħ kont f 'ġurisdizzjoni dubjuża. Il-governanza mhux talli ma kinitx is-saħħa ta' dan il-Gvern, talli kienet l-iktar kwistjoni li benġlitu u li għamlet ħsara għall-immaġini tiegħu. Jekk il-poplu se jagħti ħafna toqol lil din il-kwistjoni l-PL se jkollu problema kbira u jista' saħansitra jitlef l-elezzjoni. F'dawn iż-żewġ setturi l-Gvern Laburista bena fuq ħafna minn dak li kienu għamlu Gvernijiet ta' qabel, b'mod speċjali Gvernijiet Nazzjonalisti. Il-Gvern sostna l-infrastruttura li nbniet mill-Gvern ta' qabel fil-każ tas-saħħa u żied magħha wkoll fil-qasam tal-edukazzjoni. Gvernijiet Nazzjonalisti kellhom diversi merti f 'dawn iż-żewġ oqsma li dan il-Gvern bena fuqhom. Minkejja dan, il-Gvern preżenti xorta indirizza problemi li kienu ilhom idejqu lin-nies, fil-qasam tas-saħħa. Fost dawn hemm it-tnaqqis qawwi fil-lista ta' nies li kienu qed jistennew trattament, il-mediċini li kienu 'out-of-stock' u anke n-numru ta' pazjenti li kienu qed jieħdu t-trattament fil-kurituri tal-isptar. Il- Gvern ikkonkluda wkoll ix-xogħol fuq l-Isptar tal-Onkoloġija u bena swali ġodda fl-Isptar Mater Dei. Fil-qasam tal-edukazzjoni l-Gvern nieda diversi programmi u inizzjattivi pożittivi ferm, li indirizzaw l-illitteriżmu u lil dawk l-istudenti li akkademikament ibatu biex jirnexxu, permezz tal-Alternative Learning Programme (ALP). Iż-żewġ Ministri rispettivi, Chris Fearne u Evarist Bartolo, huma popolari ħafna man-nies u meqjusin bħala wħud miż-żwiemel tal-Kabinett li kellu Muscat. Minkejja dan, fil-qasam tas-saħħa għad hemm numru ta' mistoqsijiet u dubji fuq investiment partikolari, li mistenni jibda jħalli l-frott. Minkejja li minnu nnisfu u fuq il-karta l-investment ta' Barts u l-privatizzazzjoni ta' San Luqa u l-Isptar ta' Għawdex huma pożittivi ħafna, lil hinn mill-karta hemm ħafna mistoqsijiet. Mistoqsijiet dwar il-kuntratt tal-Vitals Global Healthcare qajmu diversi dubji, l-aktar dwar il-futur tal-ħaddiema, il-kuntratt, li kien ippubblikat wara ħafna xhur u anke r-rappreżentant tal-istess kumpanija Ram Tumuluri. Dwar tal-aħħar kienet din il-gazzetta li żvelat kif Tumuluri ma kellu ebda esperjenza fil-qasam u li l-unika fatt pubbliku fuq is-CV tiegħu kien negozju li falla. Fir-rigward tal-edukazzjoni, minkejja r-riżultati, allegazzjonijiet ta' korruzzjoni fil-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada li fih kien implikat person of trust tal- Ministru Bartolo, tefgħu dell fuq ix-xogħol li kien qed jagħmel il-Ministru u l-Gvern f 'dan il-qasam. Għalhekk il-ġudizzju hawn jibqa' bejn pożittiv ħafna, imma fl-istess ħin b'ċerti dubji u mistoqsijiet. Qasam illi fih hawn qbil nazzjonali huwa li Gvern Laburista ma qagħadx lura milli jdaħħal drittijiet li dan il-pajjiż kien ilu jiddiskuti għal ħafna snin u li dwarhom baqa' qatt ma sar xejn. Id-dritt ta' Unjoni Ċivili għall-persuni tal-istess sess, il-Liġi tal-Identità tal-Ġeneru li jagħtu drittijiet lil diversi persuni trans u l-Liġi tal-Koabitazzjoni kienu kisbiet kbar għal dan il-Gvern f 'dan il-qasam. Tant hu hekk li hawn kunsens anke fost il-kritiċi tal-Gvern preżenti li, fil-fatt f 'dan il-qasam il-Gvern għamel kisbiet kbar. Jekk il-votanti LGBTIQ, dawk il-mijiet ta' koppji li jgħixu flimkien imma mhux miżżewġin kif ukoll dawk li għandhom għal qalbhom id-drittijiet ċivili se jagħtu ħafna toqol lil dan il-fattur, il-Partit Laburista se jkollu imbuttatura tajba. Naturalment, dan kollu jgħodd ukoll mal-mistoqsija dwar jekk il-PL hux se jagħmel iktar wegħdi f 'din id-direzzjoni. Għal dawn l-aħħar erba' snin u għal bosta drabi saret l-akkuża li l-Gvern ta' Muscat kien maqtugħ mir-realtà tal-ħaddiema f 'pajjiżna, anzi kien hemm ukoll l-akkuża illi dan il-Gvern tradixxa l-ideal tal-ħaddiem. Fil- verità iżda u meta wieħed jieħu kollox f 'kunsiderazzjoni dan il-Gvern wettaq lista twila ta' miżuri li jistgħu, faċilment, jitqiesu bħala soċjali. Ċentri tat-tfal għal matul il-jum b'xejn, benefiċċji lil dawk li jidħlu fid-dinja tax-xogħol imma jibqgħu jieħdu l-benefiċċji għall-ewwel tliet snin, żieda fl-għajnuna supplimentari, żieda fil-pensjonijiet, stipendju lil dawk li qed jirrepetu sena, pjan biex il-mediċini kollha tal-kanċer jingħataw mingħajr ħlas, żieda fis-sussidju għall-kera, qtugħ tal-boll għall-First Time Buyers, tneħħija tat-taxxa lil dawk li jaqilgħu l-inqas, l-għajnuna mwiegħda għal dawk li ma jifilħux iħallsu depożitu fuq proprjetà u bosta miżuri oħrajn. Dawn il-miżuri, xi ftit jew wisq, jikkontradixxu l-għajta illi dan il- Gvern mhux soċjali. Min-naħa l-oħra iżda, il-Gvern waqa' lura fuq proġetti ta' housing. Fil-fatt dan kien wieħed mill-fatturi li l-aktar illi kienu kritikati u li dwarhom kien hemm diversi ilmenti minn bosta votanti Laburisti u persuni fis-saffi t'isfel tad-dħul. Biex inkunu eżatti mal-fatti l-Gvern beda xogħol ta' skavar fuq proġett ta' €50 miljun madwar il-pajjiż kollu, bix-xogħol ta' skavar jibda fuq Ħ'Attard u Ħaż-Żebbuġ. L-akbar housing estate se jkun f 'Ħal Farruġ, kif kienet żvelat din il-gazzetta stess. Apparti minn dan iżda, fl-aħħar jiem il-Gvern wasal għal qbil mas- soċjetà ċivili biex ikun hemm żieda fil-paga minima. Għalkemm iż- żieda maqbula kienet nofs dak li talbet il-kampanja għall-Paga Minima Diċenti, xorta tibqa' l-ewwel żieda effettiva fil-paga minima f 'iktar minn 30 sena. Ġustizzja u Intern Fil-qasam tal-ġustizzja l-Gvern wettaq diversi miżuri u daħħal liġijiet li kienu ilhom fuq l-ixkaffa u kienu ilhom jiġu proposti għal ħafna żmien. Fost dawn kien hemm it-tneħħija tal-Preskrizzjoni minn fuq il-politiċi, li jfisser li politiku jistgħu jsiru proċeduri kontrih anke jekk l-allegat każ ikunu għaddew iktar minn 10 snin minn meta jkun allegatament sar. Apparti minn dan, il-Gvern introduċa d-dritt li akkużat ikollu avukat miegħu waqt l-interrogazzjoni, saret riforma fil-qasam tar-reati relatati mad- droga bil-konsegwenza li l-użu strettament personali f 'ammonti żgħar hija punibbli b'multi, minflok il-persuna titella' l-qorti. Dan apparti li fil-każ tal- użu ta' marijuana l-azzjoni kontra minn qed jużaha huma inqas iebsin, minn dawk in-nies li jinqabdu jagħmlu użu minn drogi bħall-kokaina u eroina. Matul dawn is-snin ukoll naqset il-lista ta' nies li kienu qed jistennew biex il-Qorti tisma' l-każ tagħhom u l-Gvern nieda riforma fil-qasam tal-ġustizzja li mibnija fuq il-proposti tal-eks Deputat Nazzjonalista Franco Debono, liema proposti kien waqgħu fuq widnejn torox minn Gvern preċedenti. F'dan il-qasam kien hemm deċiżjonijiet li nisslu ċerti dubji, l-aktar l-għażla ta' ċerti Maġistrati, primarjament Wenzu Mintoff, Toni Abela, Grezzju Mercieca u Joe Mifsud. Minkejja li l-ħatra tagħhom kienet kontroversjali, l-andament tax-xogħol u l-integrità tagħhom qatt ma kien taħt ebda dubju. Mifsud terġa' u tgħid kiseb ukoll ċerta popolarità. Fl-intern, is-sitwazzjoni hija xi ftit differenti. L-ewwel darba li ntefa' taħt ammont ta' dubju kien meta l-Ministru Manuel Mallia kien ta amnestija, imma l-akbar dell kien fil-fatt li b'kollox saru ħames tibdiliet fit-tmexxija tal- Korp tal-Pulizija. Minn Rizzo għal Pietru Pawl għal Ray Zammit, imbagħad għal Cassar u fl-aħħar għall-Kummissarju li hemm fil-preżent, Lawrence Cutajar. Dawn it-tibdiliet taw impressjoni ta' korp mgerfex u taħt pressjoni. Cassar kien qal li kellu jirreżenja minħabba raġunijiet ta' saħħa, imma l-PN jinsisti din ir-riżenja seħħet minħabba r-rapport tal-FIAU. Min-naħa l-oħra saru affarijiet pożittivi wkoll, bħall-fatt li l-Gvern ta d-dritt lill-Korpi ddixxiplinati jkunu parti minn union, mingħajr id-dritt ta' strajk, għamel diversi sforzi ta' recruitment u sar investiment f 'għasses ġodda, fosthom fis-Swieqi. tal-ILLUM dwar il-Gvern Laburista Governanza u Trasparenza Saħħa u Edukazzjoni Drittijiet Ċivili Faqar u l-aspett soċjali am illi fih hawn qbil nazzjonali huwa problema kbira u jista' saħansitra jitlef l-elezzjoni. = =

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 May 2017