Elezzjoni2017
9
Il-Ħadd 07 ta' Mejju 2017 | illum
2017
tal-kampanja f 'ritratti
Minkejja bidu daqsxejn kajman, il-Partit Nazzjonalista ferrex il-billboards tiegħu, b'messaġġi kontra t-tmexxija
ta' Joseph Muscat tul l-aħħar erba' snin. - Ritratt James Bianchi
Il-Maġistrat Aaron Bugeja, b'digriet li ħareġ nhar il-Ħamis li għadda, għadda l-allegazzjonijiet ta' Simon Busuttil
kontra ċ-chief of staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, biex issir inkjesta minn maġistrat ieħor
Il-Partit Nazzjonalista jibda bl-attivitajiet tiegħu minn taħt it-tinda
f 'Għawdex, u l-għada konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċittadella. Juri li se
jkun qed jiffoka l-enerġija fuq dan id-distrett, anke permezz ta' programm
elettorali dedikat għal din il-gżira. – James Bianchi
Iż-żgħażagħ laqgħu lil Joseph Muscat fix-xatt ta' Bormla, fejn ġiet imnedija l-kampanja
tas-sezzjoni Laburista taż-żgħażagħ, il-Forum Żgħażagħ Laburisti, bit-tema 'Next 5'
L-Alternattiva Demokratika nhar is-Sibt nediet il-kampanja elettorali tagħha bit-tema 'Vot Alternattiv,
Vot Nadif ' b'enfasi fuq l-indafa, kemm dik ambjentali kif ukoll dik morali u istituzzjonali