Illum previous editions

illum 7 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/820806

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Mejju 2017 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L-elezzjoni tad-diżillużi F l-2003 il-pajjiż kellu għażla kruċjali, il- maġġoranza tal-poplu kienet taf eżatt fejn sejra u fejn trid tivvota, ħafna qabel ma ssaar is-suara l-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami. Fl-2003, kellna għażla li stabbiliet id-destin tal-pajjiż, id-destin ta' Malta -Unjoni Ewropea. Fl-2013, 10 snin wara, il-pajjiż kien jaf li kien wasal żmien il-bidla, iż-żmien li jneħħi klassi ta' politiċi li kienu tilfu ħafna mill-grinta biex imexxu. Anke -2013, il- poplu kien deċiż ħafna qabel ma saar is-suara l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi. Il- poplu kien jaf u konvint li bil- vot tiegħu ried jara enerġija ġdida t-tmun tal-pajjiż. Din l-elezzjoni, dik li ser issir fit-3 ta' Ġunju, għal ħafna hija waħda fejn l-għażla mhux daqstant ovvja. Fejn il-ħeġġa għal għan komuni ma jeżistix, jew ma jeżistix biżżejjed. Għalfejn? L-ewwel: Il-partitarji ta' kull partit rispettiv, naturalment għandhom ħafna ħeġġa u jekk irridu nkunu onesti s'issa jidher li fost il-Laburisti u fil-Partit Laburista hemm ħafna iktar passjoni. Mas-suffara l-Partit Laburista u l-attivisti tiegħu ħarġu bis-saħħa biex jagħtu appoġġ lil Muscat. Il-PN u l-kampanja tiegħu għadha waħda kajmana. Lil hinn minn dawn iż-żewġ 'tribujiet' imma, ftit jekk xejn, jeżisti xi aptit jew ħeġġa kemm għal elezzjoni kif ukoll għal xi partit partikolari. Minkejja li l-PN qed jiġġilidha għax strateġikament hekk bilfors ikollu jagħmel biex ikollu ċans jirbaħ, daħlet sew il- fehma illi bejn it-tnejn ma tantx hemm x'tagħżel. Li meta niġu għas-si u n-no, iż- żewġ partiti jħarsu l-interessi tagħhom, ta' buthom u ta' dawk li jagħmlu ħames snin jilagħquhom, biex jibdew jew ikomplu jiffoxnaw. Min hu ħati? Iż-żewġ partiti. Il-PN, għax meta sa erba' snin ilu biss kien fil-Gvern kien jgħdilna biex ninjoraw id-duħħan fil-każ tax-xiri taż-żejt għax la m'għandniex prova ċara, mela m'hemmx korruzzjoni. Il-PL, għax wara li ġustament ikkritika lill-PN fuq dan l-istess raġunament, fil-Gvern ħa l-istess pożizzjoni fil-kwistjoni tal- kontijiet ta' Konrad Mizzi u Keith Schembri. Il-poplu issa xeba' u ddejjaq ma jiflaħx aktar għall-politiċi li jaħsbu li l-kariga tahielhom Alla u permezz ta' dan l-intervent divin jistgħu jagħmlu dak li jridu. Jekk eluf tilfu t-tama ta' politika nadifa, tilfuha għax il-memorji tal-ħanżirati, hija friska. Ta' qabel u ta' issa. Imma għalhekk biss huma diżillużi ħafna votanti? Mhux għalhekk biss. Il- poplu għandu quddiemu għażla li mhix daqstant faċli. Se jżomm Gvern li ġab riżultati eċċellenti fuq il-front ekonomiku, li imbutta lil Malta fil-quċċata Ewropea u li ħoloq klima li wasslet għal rekord ta' xogħol f 'Malta? Jew se jneħħi Gvern li għandu Ministru li fetaħ kont il- Panama u li ntefgħu dubji fuqu li kienu tqal u serji? Se jħalli Gvern li kellu enerġija kbira biex jintroduċi liġijiet u jirrivoluzzjona dak li kien meqjus bħala dritt f 'pajjiżna? Jew se jneħħih għax il-PM ma ġegħelx lil Mizzi u Schembri jirreżenjaw, minħabba ħafna 'duħħan' anke jekk mhux nar? Il-poplu ħassieb, mhux assolutist, jitħasseb: se jħalli Gvern li f 'erba' snin introduċa lista twila ta' miżuri soċjali u oħrajn li għenu lill-ħaddiem, lill-koppji u lin-nisa? Jew se jneħħi Gvern għax kien hemm min fil-Gvern u madwar il-Ministri li tħanżer u li nħasel fis-sasla, mhux bill subgħajh biss? Se jħalli Gvern li rrivoluzzjona l-mod kif niġġeneraw l-elettriku, miż-żejt għall-gass? Jew se jneħħi l-Gvern, għax qamu ħafna mistoqsijiet dwar kif inbniet l-istess Power Station u minħabba li parti minn dan il-kuntratt baqa' ma ġiex ippubblikat? U fl-aħħar mill-aħħar, dawk l-eluf li bħalissa qed jaħsbu u jiddeċiedu, mhux jiddeċiedu mingħajr ma jaħsbu, qed jistaqsu, lil min se nafdaw? Prim Ministru li mexxa Gvern b'rekord ħażin fil-governanza? Jew Gvern b'rekord ta' wegħdiet mwettqa? Lil min se nagħżlu, lil Joseph Muscat jew lil Simon Busuttil? Dan huwa il-bilanċ li dawk li qed jaħsbu u li huma inċerti jridu jilħqu, f 'dawn l-aħħar erba' ġimgħat tal-kampanja elettorali. Huwa bilanċ ħafna inqas ovvju mill-aħħar elezzjoni u mill-elezzjoni tal-2003, imma d-deċiżjoni trid issir u minn hawn u erabt iĦdud oħra, il-Palazz jieħu l-ġurament tal-ħatra se jkun hemm Joseph Muscat jew Simon Busuttil. Huma dawk id-diżillużi u dawk li xi ftit jew wisq iddeċidew li jieqfu jaduraw karru politiku li erba' ġimgħat oħra se jissiġillaw id-deċiżjoni li permezz tagħha it-tmexxija tal-pajjiż tiġi mislufa lil Muscat jew Busuttil. Editur: Albert Gauci Cunningham 21

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 May 2017