Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/820806
Elezzjoni2017 3 Il-Ħadd 07 ta' Mejju 2017 | illum 2017 GĦADDEW erba' snin u ftit minn meta l-pajjiż kien qed jiċċlebera waħda mill-akbar rebħiet elettorali li partit politiku qatt kiseb f 'Malta. B'maġġoranza ta' 36,000 vot, il-Partit Laburista daħal fil-Gvern fil-glorja kollha li partit qatt jista' jidħol għal din l-isfida. Muscat kien tela' bl-għajta ta' Malta Tagħna Lkoll, bi programm elettorali ddettaljat u mirqum u li laqat lil ħafna votanti differenti minn diversi setturi differenti. Dawn l-erba' snin skorruti kienu kkuluriti, mimlijin azzjoni u bi kwistjonijiet jaħarqu, prattikament il-ħin kollu. Il-Gvern kellu enerġija kbira, iggverna f 'perjodu ta' tkabbir ekonomiku prattikament bla preċedent u neħħa mill-ixkaffa liġijiet u proposti, li laqtu lin-nies b'mod pożittiv. Il-Gvern ta' Muscat 2013-2017 jibqa' l-Gvern tar-rekords, tkabbir, ġid u drittijiet, daqskemm jibqa' wkoll il-Gvern tal-Panama, tal- Kafè Premier u tal-każ Gaffarena. Jiġifieri minkejja li ħadd ma jikkontesta s-suċċessi kbar tal- Gvern ta' Muscat, lanqas il-PM innifsu ma jikkontesta li saru żbalji goffi, forsi l-kelma proprizja tkun pudini! Din li tispiċċa llum kienet l-ewwel ġimgħa minn kampanja elettorali li kif għidna l-ġimgħa l-oħra mistennija tkun qasira u qalila. Bħal-lum erbat iĦdud oħrajn inkunu nafu min se jmexxi dan il-pajjiż għall-ħames snin li ġejjin, sal-2022. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn diversi oqsma u setturi matul dawn l-erba' snin u tgħaddi l-ġudizzju finali ta' kif mar Gvern Laburista f 'kull wieħed minnhom. Kif wieħed jista' jaqra, f 'numru ta' setturi Gvern Laburista għamel kisbiet kbar u ġab riżultati eċċellenti, f 'oħrajn bena fuq dak li sab lest diġà u f 'oħrajn, l-aktar fil-kwistjoni ta' governanza, falla u falla bil-kbir. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Erba' snin ta' suċċessi u pudini Bejn tkabbir ekonomiku qawwi, xogħol u pajjiż miexi 'l quddiem sal-Pudina Panama...l-erba' snin tal-Gvern ta' Joseph Muscat Tkompli fpaġni 4 u 5