Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/820806
12 illum | Il-Ħadd 07 ta' Mejju 2017 Elezzjoni2017 2017 ALTERNATTIVA Demokratika sostniet li jeħtieġ li tiġri wara dawk il- voti tal-Laburisti diżillużi li ma jaslux jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista. Waqt li lbieraħ kienu qed iniedu l-kampanja tagħhom bit-tema, 'Vot Alternattiv, Vot Nadif ', l-għaxar kandidati f 'isem l-Alternattiva Demokratika qalu kif il- kampanja tal-Partit se tkun qed tiffoka fuq l-indafa, mhux biss dik ambjentali iżda wkoll morali u istituzzjonali. Iċ-chairperson ta' AD Arnold Cassola sostna li l-Partit irrifjuta li jingħaqad f 'koalizzjoni mal-Partit Nazzjonalista minħabba l-isem għaliex sostna li din hi kwistjoni ta' identità. Sostna li AD ipproponiet lill-PN biex il-koalizzjoni tkun distinta mill-Partit għax tiddependi mil-Laburisti diżillużi, u għalhekk, din l-istess koalizzjoni kellu jkollha isem differenti minn 'Partit Nazzjonalista'. "Li kieku ngħaqadna mal- Partit Nazzjonalista taħt dak l-isem, konna nnaffru l-2,000 votant tagħna u anke dawk il-Laburisti li jridu jeliminaw lill-Panamagang," sostna Cassola, li żied jgħid li għal ħafna nies, l-isem u s-simbolu tal-PN jimbuttahom għaliex ma jħossuhomx komdi jivvutaw lilhom. "Hemm nies li ma jaslux jivvutaw lill- PN, minkejja s-sitwazzjoni mwiegħra tal-pajjiż," kompla jgħid Cassola. Arnold Cassola sostna li jekk wieħed iħares lejn is-sondaġġi tara kif meta tgħaqqad flimkien il-voti tal-Partit Nazzjonalista, tal-Alternattiva Demokratika, tal-Partit Demokratiku, l-iswitchers u l-partiti ż-żgħar, dawn xorta waħda huma inqas minn tal- Partit Laburista, għaldaqstant saħaq li se jkun kruċjali li l-Alternattiva Demokratika tattira lil dawk il-votanti Laburisti, "li huma mqażżin, li jixtiequ b'qalbhom kollha jivvutaw kontra d-delinkwenti politiċi." Il-viċi chairman, Carmel Cacopardo sostna li l-manifest elettorali tal-AD, li se jkun qed jiġi ppubblikat il-ġimgħa d-dieħla, se jiffoka fuq l-indafa, kemm dik ambjentali kif ukoll dik fil-ħajja pubblika. "Vot alternattiv hu vot favur l-indafa u konrta t-tniġġiż ta' kull xorta. Tniġġiż tal-ħajja pubblika minn nuqqas ta' tmexxija tajba u korruzzjoni. Hu wkoll vot kontra tniġġiż ambjentali li daqqa jeqred il-ħajja, u drabi oħra jtappan u jnaqqas il-kwalità tal-ħajja tagħna lkoll." Aid Scheme part-financed by the European Union Operational Programme II – Cohesion Policy 2014 - 2020 Investing in human capital to create more opportunities and promote the well-being of society Skema parzjalment inanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew Programm Operattiv II – Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 "Ninvestu fir-riżorsi umani sabiex noħolqu aktar opportunitajiet filwaqt li nippromwovu t-tisħiħ tas-soċjetà" Rata ta' ko-finanzjament: 80% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 20% Fondi Nazzjonali €8 miljun ġew allokati għal inizjattiva ġdida - Investing in Skills – li tippromwovi attivatijiet ta' taħriġ, u li ħa tkun għaddejja sa 30 ta' Ġunju, 2020. Dawn l-attivitajiet se jiġu ffinanzjati (80% tal-ispejjes eliġibbli) mill-Fondi Soċjali Ewropej taħt il-Programm Operattiv II (2014 – 2020). Is-sessjonijiet t'informazzjoni dwar l-iskema Investing in Skills se jsiru: • Il-Ħamis 11 ta' Mejju – Reġistrazzjoni fid-09:00; Sessjoni t'Informazzjoni mid-09:30 sal-11:30 ġewwa l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Triq l-Assedju l-Kbir, il-Furjana. • Il-Ġimgħa 12 ta' Mejju - Reġistrazzjoni fis-13:00; Sessjoni t'Informazzjoni mis-13:30 sat-15:30 ġewwa l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Triq l-Assedju l-Kbir, il-Furjana. • It-Tlieta 16 ta' Mejju – Reġistrazzjoni fid-09:00; Sessjoni t'Informazzjoni mid-09:30 sal-11:30 ġewwa il-Gozo Experimental Farm Hall, Triq l-Imġarr, Xewkija, Għawdex. . Dawk li jixtiequ jattendu sessjoni t'informazzjoni huma mitluba jibgħatu email fuq iis.jobsplus@gov.mt jew iċemplu 22201300. INVESTING IN SKILLS MINISTRY FOR EDUCATION AND EMPLOYMENT PARLIAMENTARY SECRETARIAT FOR THE EU PRESIDENCY 2017 AND EU FUNDS L-AD tinsisti li hi l-għażla tal-Laburisti diżillużi li ma jaslux jivvutaw lill-PN Josie Muscat fost it-12-il kandidat ġdid tal-PN WAQT laqgħa tal- Kumitat Eżekuttiv ilbieraħ waranofsinhar, il-Partit Nazzjonalista approva 12-il kandidat u kandidata ġodda għall-elezzjoni ġenerali li jmiss tat-3 ta' Ġunju li ġej. Minn dawn it-12-il kandidat, 3 minnhom huma kandidati tal-Partit Nazzjonalista, waqt li 9 huma tal-Partit Demokratiku. F'isem il-Partit Nazzjonalista, lbieraħ ġew approvati Therese Comodini Cachia, Josie Muscat u Norman Vella. F'isem il-Partit Demokratiku ġew approvati Monique Agius, Timothy Alden, Malcolm Bezzina, Duncan Bonnici, Lee Bugeja Bartolo, Anthony Buttigieg, Catherine Farrugia, Marlene Farrugia, u Charles Polidano. Il-lista finali tal-kandidati għall-elezzjoni ġenerali tiġi kkomunikata ladarba jagħlaq il-proċess tan-nomini mal- Kummissjoni Elettorali.