Illum previous editions

illum 7 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/820806

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 07 ta' Mejju 2017 Elezzjoni2017 2017 F'dan il-qasam il-Gvern ma kienx diżastruż imma lanqas ibbrilla. It-trasport pubbliku, kellu u għad għandu ċerti problemi. It-taqliba għall-ALESA ġabet ħafna garr għall-ewwel, għalkemm dan naqas hekk kif beda għaddej iż-żmien. Minkejja titjib konsiderevoli, għad hemm problemi li għadhom qed jagħmlu t-trasport pubbliku ineffiċjenti. It-toroq għadhom problema kbira, kif ilhom għal ħafna snin. F'dawn l-aħħar erba' snin sar il- proġett ta' Triq il-Kosta, li sar b'mod pjuttost spedit b'xogħol tajjeb u bħalissa għaddej mgħaġġel ix-xogħol fuq Triq Reġjonali fejn qed tinbena sistema ta' flyovers. Anke hawn ix-xogħol għaddej tajjeb. Minkejja dawn, l-innovazzjoni ma kinitx il-forte tal-Gvern f 'dan is-settur u minkejja numru ta' miżuri t-traffiku baqa' jiżdied u sar problema li ħafna jitkellmu dwarha. Tibqa' mistoqsija komuni minn bosta dwar għalfejn il-PM Muscat ma ġegħelx lill-Ministru Konrad Mizzi jirreżenja meta tgħallem/sar jaf jew meta kien mikxuf fil-pubbliku li dan fetaħ kont fil-Panama, li sakemm kien żvelat, ma kienx għadu ddikjarat. Kont fil-Panama jista' jfisser jew inkella jimplika ħafna affarijiet: evażjoni tat-taxxa, korruzzjoni u ħabi. Dan ma jfissirx li Mizzi jista' jkun akkużat b'ebda waħda minn dawn l-akkużi, imma xorta l-fatt li fetaħ kumpanija fil-Panama jitfgħuh taħt dellijiet ta' dubji serji. Biex tgħaxxaq, Mizzi kien il-Ministru li kien qed imexxi portafoll pjuttost estensiv bl-iffirmar ta' kuntratti kbar. Provi li kien qed idaħħal fil-but? Assolutament xejn. Dubji li tqajmu? Ħafna, u ħafna. Allura għaliex ħass li ma kellux inneħħih? Jekk fl-Oppożizzjoni, il-PL kien iħoss li Austin Gatt kellu jirreżenja għax kien hemm wisq duħħan fil-każ taż-żejt, anke jekk mhux nar, fuq Mizzi u Schembri għaliex ma rraġunax l-istess? Forsi għax Muscat kompliċi? Dawn huma mistoqsijiet pjuttost leġittimi li saru diversi drabi u li bnew fuq il-perċezzjoni li Muscat 'ma jistax ineħħi lil Konrad Mizzi għax jinsab fl-istess ilma tagħhom.' Vera? Muscat qed jiċħad bil-qawwa. Li ma jistax jiċħad żgur huwa li l-'azzjoni' li ħa fil-konfront ta' Mizzi, (li ma kienet azzjoni xejn għax biddillu t-titlu u waqaf hemm), m'għenet xejn biex tkun miġġielda l-perċezzjoni negattiva li ħoloq il-kont fil-Panama ta' Konrad Mizzi. Għalhekk huma ħafna dawk li llum reġgħu qed jistaqsu jekk l-inazzjoni tal-bieraħ, hux minħabba l-allegazzjonijiet tal-lum. L-akbar kisba ta' dan il-Gvern jibqa' l-ammont ta' xogħol li nħoloq f 'dawn l-aħħar erba' snin. L-aħħar ċifri juru illi l-qgħad naqas minn madwar 6% f 'Jannar tal-2014 għal 4.2% f 'Jannar ta' din is-sena. Sa sena ilu Malta kellha t-tielet l-inqas rata ta' qgħad fl-Unjoni Ewropea kollha u r-rata ta' qgħad f 'Malta waqgħet għal 4.1% fi Frar, l-inqas rata ta' qgħad f 'Malta mindu bdiet tiġi ppubblikata din l-istatistika fis-sena 2000. Malta bħalissa qed tara wkoll livelli bla preċedent ta' nies jaħdmu, fil- fatt sa Novembru li għadda l-ammont ta' nies jaħdmu f 'xogħol fulltime f 'pajjiżna kien tela' għal 182,220 persuna. Żieda ta' 3.5%. Naturalment din il-klima ġabet magħha ħafna ħaddiema barranin, hekk kif id-disponibilità ma bdietx tlaħħaq mad-domanda. Minkejja dan is-suċċess, il-prekarjat u l-impjiegi b'pagi pjuttost baxxi jew b'kundizzjonijiet illegali jibqgħu problema, anke jekk il-Gvern ħa numru ta' miżuri f 'din id-direzzjoni. Jekk il-poplu se jagħti lix-xogħol toqol konsiderevoli fil-mod kif jivvutaw, il-PL se jkollu ċans kbir li jkun elett għax in-nies se jarawh bħala l-Gvern li jew se joħloq l-aktar impjiegi, jew inkella li huwa l-aktar probabli li joħloq impjiegi u prospetti ta' tkabbir. Finanzi/Ekonomija Turiżmu u Proprjetà Gvern Laburista mmexxi minn Joseph Muscat prova lilu nnifsu bħala Gvern mill-aktar ekonomikament u finanzjarjament kompetenti. Fil-fatt f 'dawn l-erba' snin fuq bażi soda li nbniet matul is-snin, l-ekonomija kibret bla preċedent. B'ekonomija Ewropea turi sinjali ta' qawmien, Malta kisbet riżultati li tefgħu lil pajjiżna fuq quddiem nett tal- lista f 'termini ta' tkabbir ekonomiku. Il-ġid li nħoloq f 'pajjiżna baqa' jiżdied kontinwament biex Malta kienet qed tikkompeti, fost l-oħrajn mal-Ġermanja f 'termini ta' tkabbir. Għall-ewwel darba fi snin pajjiżna għamel qligħ minflok defiċit u Muscat qed iwiegħed li l-pajjiż ikompli jagħmel dan il-qligħ sal-2022. Din hija kisba kbira għal dan il-Gvern, anke fid-dawl tal- fatt li din il-kisba ġiet f 'nuqqas assolut ta' miżuri t'awsterità u b'numru kbir ta' inizzjattivi soċjali. Kieku l-poplu kellu jagħti ħafna toqol lill-ekonomija u l-finanzi tal-pajjiż, il-PL jirbaħ l-elezzjoni b'mod komdu ħafna. Erba' snin wara...l-ġudizzju tal-ILLUM Trasport u Infrastruttura Ix-xogħol...ix-xogħol L-Ambjent Żewġ setturi li f 'dawn l-aħħar erba' snin marru tajjeb ħafna, anzi li eċċellaw, kienu t-turiżmu u l-qasam tal- proprjetà. It-turiżmu ra żidiet qawwijin, sena wara l-oħra. Fl- 2016 in-numru ta' turisti ġejjin Malta żdied b'10.5% meta l-medja fl-Ewropa kienet ta' 4.4%. Is-sena l-oħra t-turisti li ġew pajjiżna ħallew ukoll €1.7 biljun fil-kaxxa ta' Malta. Dawn ir-riżultati għenu biex iddur ir-rota ta' ħafna negozji u anke lukandi. Is-settur tal-kostruzzjoni u tal-proprjetà wkoll għaddew minn tkabbir qawwi ħafna. Fil-fatt dawn it-tliet snin li għaddew kienu meqjusin bħala snin ta' tkabbir bla preċedent fil-qasam tal-bejgħ u kiri ta' proprjetà. Dan wassal għal żieda notevoli fl- impjiegi f 'dan il-qasam, żidiet fid-dħul tal-ħaddiema f 'dan is- settur, ritorn tajjeb għall-proprjetarji u żieda fil-bejgħ buy-to- rent. Il-Gvern ħa numru ta' deċiżjonijiet li taw spinta qawwija lil dan l-istess settur, fosthom dik ta' għajnuna lill-First Time Buyers. Jekk dawk li jaħdmu f 'dawn is-setturi se jagħtu toqol lit- tkabbir fis-settur li jaħdmu fih meta jivvotaw, il-PL jista' jkollu vantaġġ. Laburista mmexxi minn Joseph Muscat prova snin wara...l-ġudizzju tal-ILLUM =

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 May 2017