Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843
Nr 572 • 01 ta' Ottubru 2017 www.illum.com.mt €1.00 NEWSPAPER POST Jinbaħ u jitgħawweġ fil-Qorti biex jevita l-ħabs Prostituzzjoni f 'Malta u lil hinn minnha Ara paġni 8-9 u 21 SOMALU ta' 19-il sena nżamm arrestat wara li kien arrestat mill- Pulizija meta tela' fuq il-bejt ta' residenza f 'Birżebbuġa. Ahmed Abduwili, li tressaq b'idejh marbutin u bil-maskra biex ma jobżoqx, kien akkużat li daħal fi propjetà privata, irrifjuta li jagħti d-dettalji lill-Pulizija, ma obdiex l-ordnijiet mogħtija lilu, tkellem ħażin fil-pubbliku u li rreżista l-arrest. Tkompli f 'paġna 6 Jisirquh minn ATM Persuna ffrodata €500 bl-użu ta' skimmer Il-Bank APS jikkonferma l-frodi u jieħu azzjoni immedjata Minn Jesmar Baldacchino LILLUM tista' tiżvela kif grupp ta' kriminali qed jagħmlu użu minn apparat magħuf bħala skimmers biex jisirqu d-dettalji tal-karti tal-kreditu tan-nies, meta jagħmlu użu tal-ATMs biex jiġbdu l-flus mill- bank. L-iskimmers jitwaħħlu mal-post fejn tiddaħħal il-karta tal-kreditu fl-ATM u f 'bosta tkun perfettament simili għall-apertura fejn tidħol il-karta, li tagħmilha ferm diffiċli biex persuna tinduna mal-ewwel. L-ILLUM hija infurmata b'tal-inqas żewġ każijiet fejn persuni spiċċaw vittma ta' frodi. ATM partikolari kienet dik tal-APS fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta, li kienet imbagħbsa bi skimmer lejn l-aħħar ta' Awwissu li għadda. Persuna li spiċċat vittma ta' frodi u li tkellmet mal- ILLUM spjegat kif marret tagħmel rapport l-għassa tal-Belt wara li indunat li kienu ttieħdulha €500 mingħajr ma kienet taf. L-aħħar li użat il-karta tal-kreditu kienet f 'din l-ATM. Hi qatt ma tilfet il-karta tal-kreditu imma ġiet irrepplikata mill-iskimmer minn persuni oħra meta użata l-aħħar. L-użu ta' skimmer kien ikkonfermat mill-bank APS, li kkonferma wkoll li se jrodd lura l-ammont tal-flus li jinsteraq bi frodi mill-ATM. Qaltilna li l-bank tagħha tkellem ma' kull min għamel użu minn din l-ATM partikolari u ntqalilhom li se tinħarġilhom karta tal-kreditu ġdida. Jirriżulta li dawn il-kriminali li serqu d-dettalji tal-karti tal-kreditu kienu qed jiġbdu l-limitu massimu f 'ġurnata li jista' jinġibed fi flus. Każ ieħor li taf bih l-ILLUM kien jikkonċerna ATM fil-Balluta. Tkompli f 'paġna 6