Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843
6 illum | Il-Ħadd 01 ta' Ottubru 2017 Aħbarijiet Impjieg Parzjalment iffinanzjata mill- Unjoni Ewropea taħt il- Fond Socjali Ewropew – Fond Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Il-Ministeru għas-Saħħa tilqa' applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta' Amministratur tal-Proġett għall-Proġett: "ESF.02.065 - Establishing a National Platform to Address Social Determinants of Health" Amministratur tal-Proġett Kuntratt • Kuntratt ta tlett snin – 40 siegha fil-gimgha. Rekwiżiti tal-eliġibbiltà • Ikun kapaċi jikkomunikaw bil-Lingwa Ingliża filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-applikanti li jkunu kapaċi jikkomunikaw bil-Lingwa Maltija; • Fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta Master's f'Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 60 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti fir-rigward ta' programmi li bdew minn Ottubru 2008) fil-Management Studies jew fl-iStudji Ewropej jew fil-Mediċina jew Xjenzi Soċjali jew Social Work jew Relazzjonijiet Internazzjonali jew Business Administration jew Accountancy jew Public Policy jew Xjenzi jew Accounts u Economics jew Amministrazzjoni Pubblika jew Liġi/Innovazzjoni jew Finanzi jew kwalifika professjonali kumparabbli, flimkien ma' sena (1) esperjenza ta' xogħol rilevanti; JEW • fil-pussess ta' kwalifika Baċċellerat rikonoxxuta f'Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 180 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti fir-rigward ta' programmi li bdew minn Ottubru 2003) jew fil-Management Studies jew fl-Istudji Ewropej jew fil-Medicina jew Xjenzi Soċjali jew Social Work jew Relazzjonijiet Internazzjonali jew Business Administration jew Accountancy jew Public Policy jew Xjenzi jew Accounts u Economics jew Amministrazzjoni Pubblika jew Liġi/Innovazzjoni jew Finanzi jew kwalifika professjonali kumparabbli, flimkien ma' tlett (3) snin esperjenza ta' xogħol rilevanti. Persuni nteressati ghandhon jisotomettu l-applikazzjoni flimkien ma Curriculum Vitae currciculum vitae dettaljat li juru l-kwalifiki u l- esperjenza sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa, 13 ta' Ottubru 2017. Applikanti li diġa' qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta' Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47); filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita' oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji L-applikazzjonijiet ghandhom jigu ndirizzati lil: : Direttorat tar-Resourcing and Employee Relations, Ministeru għas-Saħħa, Palazzo Castellania, 15, Triq Merkanti, Valletta VLT 1171 Website: https://deputyprimeminister.gov.mt Numru tal-fax: +356 22992604 Indirizz elettroniku: recruitment.health@gov.mt Applikazzjonijiet jistgħu ukoll jiġu sottomessi permezz tal-Online Government Recruitment Portal fuq http://recruitment.gov.mt sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, kif indikat hawn fuq. Aktar dettalji dwar din il pozizzjoni jinsabu fuq il-website http://recruitment.gov.mt u l-Gazetta tal-Gvern li ser tigi puplikata fit 2 ta' Ottubru 2017. Ir-responsabiltà waħdanija ta' din il-pubblikazzjoni hija tal-awtur. L-Unjoni Ewropeja m'hix responsabbli għal xi użu li jista' isir mill- informazzjoni fil-pubblikazzjoni. Tkompli minn paġna 1 Dwar dan il-każ ta' frodi, b'metodi pjuttost ġodda, l-ILLUM tkellmet mal-Head of Operations tal-bank APS Wilhelm Attard li kkonfermalna li l-bank kellu quddiemu każ fejn ATM spiċċat fil-mira ta' kriminali, li permezz ta' skimmer iffrodaw persuni oħra. Attard spjega li dawn il-każijiet bl-użu tal-iskimmers intemmu hekk kif il-bank wettaq miżuri ta' sigurtà u karatteristiċi ġodda fl-ATMs u biex il-bank jipproteġi l-klijenti tiegħu, jagħmel assessjar tar- riskji u jieħu miżuri apposta fejn meħtieġ. Waħda minn dawn il-miżuri ta' sigurtà ġodda hija l-installar ta' PIN guards mal-parti tal-keypad. Attard enfasizza li l-klijenti għandhom irwol importanti biex jgħarrfu lill-banek b'miżuri ġodda ta' frodi li jkunu qed jintużaw mill-kriminali u dan ukoll fl-użu ta' servizzi oħra bħalma huwa l-internet banking. Regolarment, il- passwords għandhom jiġu aġġornati filwaqt li jsir użu ta' software ta' antivirus modern fuq il-kompjuters u l-laptops, li jkollhom aċċess għall-internet. KRIMINALI jistgħu jisirqu d-dettalji minn karta tal- kreditu permezz ta' skimmer, li huwa apparat li jitpoġġa fuq jew mal-post minn fejn tidħol il-karta tal-kreditu fl-ATM. Dan l-apparat ikun simili ħafna għal din il-parti tal- ATM. Dan l-iskimmer jieħu d-dettalji tal-karta tal-kreditu bin-numru tal-kont bankarju. L-iskimmers saru ferm sofistikati matul iż-żmien li jagħmilha aktar diffiċli li wieħed jinduna bihom. Uħud minnhom għandhom saħansitra kamera żgħira immens moħbija, li biha l-kriminali jkunu jistgħu jiffilmjaw ukoll in-numru tal-PIN tal-karta tal-kreditu. Il-maġġoranza l-kbira ta' dawn l-iskimmers jitpoġġew mal-ATMs biex ikunu jistgħu jerġgħu jittieħdu faċilment mill-kriminali. Ġeneralment l-iskimmers jistgħu jinqalgħu mill- ATM jekk wieħed ikollu suspett. Il-banek jafu li dawn l-iskimmers qed isiru aktar soffistikati u għalhekk joħorġu avviżi importanti lill-klijenti tagħhom bi żviluppi ġodda u kif wieħed jista' joqgħod aktar attent li ma jispiċċa vittma ta' xi forma ta' 'scam'. Jekk wieħed jara li hemm xi ħaġa ħażina jew li mhux tas-soltu mal- ATM għandu jevita li jagħmel użu minnha u minflok juża oħra, filwaqt li jirrapporta minnufih lill-bank u l-Pulizija. L-iskimmer jitpoġġa fil-post minn fejn tidħol il-karta tal-kreditu Ġie ċċertifikat li hu f 'sikktu X'inhi Skimmer? Tkompli minn paġna 1 Fl- awla tal-Qorti, is-Somalu beda jagħmel ġesti strambi, jinbaħ u jitgħawweġ, bl- Ispettur tal-Pulizija jenfasizza li kien qed jagħmel hekk biex jidher li taparsi għandu problemi mentali sabiex jevita l-ħabs. Intqal li saru l-eżamijiet mediċi fuq is-Somalu mit-tobba li ċċertifikawh li huwa f 'sikktu. Peress li ż-żagħżugħ ma ta l-ebda risposta li tagħmel sens għall-mistoqsijiet li saru, il-Maġistrat iddeċidiet li għandu jinżamm arrestat. Mixja biex jitqajjem aktar għarfien dwar id-dimensja ISSEGRETARJU Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis ipparteċipa fil-Memory Walk, avveniment li jsir madwar id-dinja sabiex l-għarfien fuq id-dimensja jkompli jikber. Parti minn dan l-avveniment huwa li titqassam informazzjoni lill-pubbliku dwar id-dimensja u l-passi li wieħed jista' jagħmel meta jintebaħ b'ċerti sintomi assoċjati mad-dimensja. L-għarfien f 'dan il-qasam huwa kruċjali sabiex wieħed jirrikonoxxi s-sintomi fi stadju bikri u jfittex assistenza professjonali. Huwa importanti li l-membri tal-familjari bid- dimensja jkollhom l-appoġġ meħtieġ. Fil-fatt, wieħed mill-għanijiet tal-Istrateġija Nazzjonali għad-Dimensja huwa propju dan, li jinstabu l-aħjar mezzi li bihom tingħata għajnuna lil dawn in-nies li joffru l-assistenza tagħhom lil xi membru tal-familja li għandu id-dimensja. Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis attenda wkoll l-Fun and Run Event Programme li ġie organizzat mir-running group ta' San Vinċenz de Paul, fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali għall- Anzjani nhar l-1 ta' Ottubru u l-125 sena mill-ftuħ tal-Faċilità għal Kura fit-Tul, San Vinċenz de Paul. Fost l-attivitajiet ġiet organizzata ġirja ta' kilometru ġewwa l-grounds ta' San Vinċenz, li fiha pparteċipaw kemm atleti, kif ukoll anzjani residenti ġewwa San Vinċenz akkumpanjati mill-ħaddiema li jaħdmu fl-istess post, fosthom occupational therapists.