Illum previous editions

illum 1 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 01 ta' Ottubru 2017 | illum Sports 33 Mosta jippreżentaw lill-akkwistu u l-isponsors ġodda għal dan l-istaġun minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew Mosta FC organizzaw konferenza stampa fejn ġew ippreżentati l-akkwisti l-ġodda u l-isponsors ġodda għal dan l-istaġun lill-media. L-akkwisti l-ġodda ta' Mosta huma: Semen Datsenko, Ivan Maric, Tommy Veronese, Cristian Martens Fernandes, Edison Zarate, Davide Mansi, Giovanni Nuti, Jasir Bekjiri, Godwin Blessing, Leozinho Henrique, Jeanpaul Formosa, Kurt Camilleri u Ryan George Camilleri. Wara l-preżentazzjoni tal-players, kien imiss lill- coach Johann Scicluna, li jesprimi ħsibijietu għal dan l-istaġun. Huwa beda billi qal li wara li ġie appuntat bħala coach, l-ewwel pjan ta' azzjoni kien dak li flimkien mal-kumitat, il- club għandu jappunta team tekniku ġdid li flimkien mal-coach, imbagħad jifforma pjan strateġiku professjonali li jkun tajjeb biżżejjed biex il-club jikkompeti fil-Kampjonat BOV Premier. Fuq l-aġenda kien imiss tagħrif dwar ir-reklutaġġ tal-plejers. Il-kowċ Johann Scicluna ddiskuta fit-tul kemm mal-kumitat tal-club kif ukoll mal-istaff tekniku tiegħu, biex jiffirma plejers ta' ċertu livell għall-Kampjonat BOV Premier iżda li jiffittjaw ukoll fil-filosofija tattika kif ukoll fil-baġit finanzjarju tal-club. Il-kowċ ta' Mosta FC emfasizza l-importanza li jiġu utilizzati plejers żgħażagħ. Fil-fatt, tlieta mill-għażla regolari tal- ewwel 11, għandhom taħt l-20 sena. Johann Scicluna kkonkluda billi rringrazzja lill-president George Galea u lill-kumitat tal-fiduċja murija fih u fit-tim tekniku tiegħu waqt li rringraazzja wkoll lill-istaff tan-Nursery ta' Mosta FC għall- kontribut imprezzjabbli tagħhom lejn il-klabb. Kien imiss lill-president ta' Mosta George Galea li jwassal il-messaġġ tiegħu lill-media. Huwa beda billi rringrazzja lill-kowċ, lill- istaff tekniku, lill-kumitat tal-klabb u lil dawk kollha involuti fil-livell tal-youths. Huwa qal li jemmen li l-klabb qabad it-triq it-tajba, speċjalment fuq il- pitch fejn ir-riżultati riċenti urew li t-tim jinsab f 'forma tajba ħafna. Huwa kompla li ż-żewġ telfiet li Mosta sofrew sa issa fil-Kampjonat waslu propju kontra timijiet tal-ogħla livell f 'pajjiżna u anke minħabba deċiżjonijiet kontroversjali tar-referis involuti. Galea mbagħad emfasizza l-importanza tal-liġi tal- isport li tagħti permess għall-kummerċjalizzazzjoni ta' faċilitajiet sportivi. Għall-klabb bħal Mosta, li m'għandux persuna li jipprovdi somom ta' flus kbar, u li jiddepeni mill-isponsors u d-donazzjonijiet, dan huwa pass importanti ħafna biex isir sostenibbli. Il-klabb ta' Mosta għandu pjan sostenibbli li għandu jwasslu biex ikun wieħed mill-ewwel klabbs awto- suffiċjenti f 'Malta. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, George Galea, irringrazzja lill-isponsors tal-klabb li huma Nilmar, Noelco, Dimbros Ltd, TopShape u Teamsport għall-kontribut tagħhom għall-klabb u qed iħares 'il quddiem għal staġun 2017/18 ta' suċċess. L-akkwista l-ġodda ta' Mosta FC imkien mad-diriġenza tal-istess tim. ta jippreżentaw lill-akkwistu u l-isponsors ġodda L-Għaqda Ġurnalisti Sports tibda tiltaqa' mal-Assoċjazzjonijiet Sportivi FI sforz kollettiv sabiex il-media tal- Isport tibqa' tkun ta' servizz kontinwu u effiċjenti lill-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet sportivi lokali, l-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports beda sensiela ta' laqgħat formali. Kienu l-Malta Racing Club u Athletics Malta l-ewwel żewġ Assoċjazzjonijiet li laqgħu t-talba tal-Għaqda Ġurnalisti Sports sabiex iż-żewġ partijiet jiddiskutu madwar il-mejda il-mod ta' kif iż-żewġ naħat jistgħu jgħinu aktar lil xulxin. Iċ-Chairman Edwin Borg u s-Segretarju Anthony Demanuele irrapreżentaw lill-Malta Racing Club filwaqt li Edwin Attard President tal-Assoċjazzjoni tal-Atletika iltaqa' mal- GħĠS f 'isem l-MAAA. Dawn il-laqgħat qed isiru fuq inzjattiva tal-President il-ġdid tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef bil-għan li mhux biss tissaħaħ ir-relazzjoni bejn il-media sportiva u l-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet lokali iżda wkoll sabiex jinżamm kuntatt personali kontinwu. Kull min jixtieq jagħmel kuntatt mal- Għaqda Ġurnalisti Sports jista' jagħmel dan permezz tal-email fuq info@ maltasportsjournalists.com jew permezz tal- paġna ta' Facebook: Malta Sports Journalists Association. Uħud mill-membri tal-Eżekuttiv tal-GĦĠS imkien ma' rappreżentatnti tal-Malta Racing Club

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 October 2017