Illum previous editions

illum 1 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 01 ta' Ottubru 2017 Il-President iżżur il-kafetterija Jacob's Brew ILPRESIDENT ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca flimkien ma' membri minn National Cancer Platform Association, minnha tifforma parti wkoll Survivors Malta, żar l-kafetterija Jacob's Brew li tinsab f 'Wied il-Għajn. Jacob's Brew titmexxa minn Jacob Cachia flimkien mal- membri tal-familja tiegħu. Bl- appoġġ tal-familja, il-ħolma ta' Jacob li jiftaħ kafetterija saret realtà. Il-President ta' Malta qalet li Jacob huwa eżempju għalina lkoll, għax ta' kuljum jurina li jiġri x'jiġri f 'ħajjitna, m'għandna naqtgħu qalbna qatt. Stqarret li tinsab ferm kburija b'Jacob u bil-ġid li qiegħed jagħmel permezz ta' Jacob's Brew Pay it Forward u permezz tal-NGO Survivors Malta. Pay it Forward hija skema fejn l-irċevuta tista' tagħtiha lil xi ħadd fil-bżonn u dan ikun jista' jieħu kafè jew te bla ħlas minn din l-istess kafetterija. Sejħa għal studju ta' Park & Ride fil-Port tal-Imġarr f 'Għawdex SE tiġi mistħarrġa l-possibbilità li jidħol servizz ta' park and ride fil- port tal-Imġarr f 'Għawdex. Dan tħabbar mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana li enfasizzat kif il- Gvern huwa konxju tal-isfidi li għandhom il-ħaddiema u l-istudenti Għawdxin li kuljum jaqsmu lejn Malta għax-xogħol jew l-istudju. Caruana qalet li dan kien wieħed mill-ewwel proġetti li beda jaħdem fuqu l-Ministeru f 'din il- leġiżlatura, bl-ewwel fażi tkun studju dwar il-proġett fih innifsu, id-domanda li jrid jindirizza kif ukoll ir- rakkomandazzjonijiet għall- operat tal-park and ride. Is-sejħa pubblika ħarġet fit-22 ta' Settembru u se tagħlaq fit-13 ta' Ottubru. Inkluż fis-sejħa hemm ukoll proċess ta' konsultazzjoni li jrid isir bħala parti minn eżerċizzju wiesa' u l-Ministru Caruana appellat lill-pubbliku sabiex fil-fażi tal-konsultazzjoni kull min se jiġi affetwat minn din l-inizjattiva jersaq 'il quddiem biex jesprimi l-opinjoni u jwassal is-suġġerimenti tiegħu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 October 2017