Illum previous editions

illum 1 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 01 ta' Ottubru 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isport? Jien ġej minn familja sportiva. Missieri kien fil-futbol fejn lagħab u anke kien referì f 'dan l-isport. Issa huwa president tal-MAFA u huwa partitarju tat-tim Ingliż ta' Wolves. Hu dejjem żera' fija dik iż-żerriegħa sportiva li għenitni biex anke jien sirt inħobbu b'mod partikolari l-futbol. Bdejt nilgħab ukoll il-futbol tant li ta' 14-il sena pparteċipajt fil-GothiaCup fl-Iżvezja. Kont nilgħab ma' Stella Maris dak iż-żmien u rbaħna l-kampjonat għal aktar minn darba. F'dan il-perjodu wkoll kelli x-xorti li nilgħab mat-tim nazzjonali Malti ta' taħt l-14 u s-16-il sena. Imbagħad ġara każ xejn sabiħ fejn meta missieri kien referì kienu għamlulna bomba mad- dar tagħna. Dan l-episodju xejn sabiħ bħal qisu influwenzani u minn hemm 'il quddiem biddilt l-isport u bdejt nipprattika l-basketball. Kelli x-xorti wkoll nilgħab dixxiplini oħrajn bħal maratona tal-volleyball meta konna nagħmlu ċerti sigħat nilagħbu, badminton u kull sport ieħor li jinvolvi l-ballun. Kelli x-xorti wkoll nagħmel in-nofs maratona u anke ġirjiet oħra tal-10 kilometri. Imbagħad iżżewwiġt u l-mara tiegħi nzertat li tħobb l-isport minħabba li tilgħab in-netball. Ġieli lagħbet mat- tim nazzjonali kif ukoll tikkowċja f 'dan l-isport. Anke t-tfal tiegħi wkoll iħobbu l-isport u dan kollu huwa xhieda ta' kemm l-isport qiegħed fl-għeruq tal- familja tagħna. Mill-banda l-oħra ninsab għal darb'oħra kelliem għall-oppożizzjoni dwar l-isport f 'din il-leġiżlatura. Naf li kont president tas-Siġġiewi Basketball Club kif ukoll tan-nursery ta' Ħaż-Żebbuġ. Kemm tgħallimt minn din l-esperjenza fl-amministrazzjoni sportiva? Titgħallem ħafna għax meta tmexxi klabb għandek ħafna setturi x'tieħu ħsieb bħar-riżorsi umani, relazzjonijiet ma' assoċjazzjonijiet oħrajn u fi ftit kliem trid taħseb mill-A sa Ż. Naturalment bl-għajnuna tal-membri l-oħra tal-kumitat, dan ix-xogħol jibqa' għaddej sabiex iżżomm il-club li tkun miegħu miexi dejjem aktar 'il quddiem. Kif għedt, int ġejt ikkonfermat bħala kelliem għall-oppożizzjoni dwar l-isport. X'qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista favur l-isport? Naħseb li l-ewwel ħaġa mportanti illi għamilna favur l-isport kien illi kkollaborajna mal-gvern fuq diversi deċiżjonijiet illi ttieħdu filwaqt illi neħħejna minn moħħna kull tip ta' politika partiġġjana. Jien bħala kelliem għall-oppożizzjoni dwar l-isport ippruvajt inkun dejjem parteċipi filwaqt illi nuri koperazzjoni mal-awtoritajiet u anke mal-assoċjazzjonijiet sportivi. Aħna bħala Partit Nazzjonalista organizzajna wkoll madwar sittax–il dixxiplina sportiva għal waqt il-festi tal-Indipendenza. Dan kollu sar bl- għajnuna ta' diversi assoċjazzjonijiet sportivi sabiex nagħmlu promozzjoni kbira lill-isport. Anke fil-programm elettorali tagħna ħriġna b'ideat innovattivi speċjalment biex inkomplu nsaħħu SportMalta. Avolja dan il-programm mhux ser jiġi implimentat, madankollu nemmen illi l-gvern bi sforz ta' rieda tajba jista' jikkonsultana sabiex naraw x'hemm tajjeb fih u forsi jiġi mwettaq ukoll. Is-segretarju għall-isport ta' qabel, l-onorevoli Chris Agius dejjem faħħrek u anzi dejjem saħaq li sab fik ħabib kbir u kollega. X'tikkumenta dwar dan kollu? Ma' Chris Agius minn dejjem kelli relazzjoni eċċellenti! It-tnejn illi aħna nħobbu l-isport u apparti minn hekk għandna ħsieb komuni dak li nsaħħu aktar dan il-qasam f 'pajjiżna. U naħseb dan kollu għen sabiex inġibu fl-ewwel post l-isport mhux il-partit. Fl-isport qatt m'għandu jkun hemm politika. Kull meta saret xi deċiżjoni dejjem tkellimna ma' xulxin u hu kien jistedinni għal kull attività relatata mal- isport. Dawn ir-relazzjonijiet tajba għenu sabiex anke kellna żvilupp kbir fil- qasam sportiv f 'dawn l-aħħar snin. Ovvjament irridu nżidu iktar il- finanzjament għall-isport. Naf li mhux faċli għax kull assoċjazzjoni dan l-aħħar qed titlob bir-raġun titjib jew bini ta' infrastruttura ġdida. F'dan il-każ kulħadd jaqbel illi rridu ndaħħlu aktar l-isport fuq l-aġenda nazzjonali u li Sport Malta ikollha aktar funzjoni sabiex tkun aktar effettiva f 'pajjiżna. Bdejna wkoll diskussjonijiet mat- TaskForce tal-MFA bħala gvern u oppożizzjoni sabiex nagħmlu l-liġi tal- korruzzjoni aktar b'saħħitha. Min-naħa l-oħra, kull liġi li saret dejjem sabet is-sapport tal-oppożizzjoni u minkejja li forsi mhux dejjem qbilna, dejjem kien hemm id-djalogu li żammna ferm magħqudin. Fl-istess ħin l-onorevoli Chris Agius kien ġie ukoll id-dar ċentrali u flimkien mal-kap tal-oppożizzjoni kien fetaħ wirja ta' memorabilia sportiva li damet għaddejja tlett ijiem. Issa li hemm l-onorevoli Clifton Grima nittama li nkomplu nżommu din il-kolaborazzjoni flimkien kif wara kollox hekk naħseb li ser jiġri. Semmejt lil Dr Clifton Grima. Kellek iċ-ċans tiltaqa' miegħu? Iva, kelli laqgħat miegħu b'mod individwali iżda xejn b'mod uffiċjali. Nemmen illi l-onorevoli Grima ser ikompli għaddej fuq il-passi tal- predeċessur tiegħu u kapaċi jagħmel dan ix-xogħol b'mod eċċellenti. Huwa ġej mill-qasam sportiv ukoll u dan jgħin ħafna. Apparti minn hekk issa daħal miegħu s-sur Chris Bonett u b'hekk bil-mod il-mod ser ikun qed jibda dan id-dekasteru l-ġdid. B'hekk ikollna ċans niltaqgħu flimkien aktar 'il quddiem u nkomplu bl- istrateġija li qbadna riċentement. Kemm tinkwetak il-fatt illi r-rata tal- obeżità fil-gżejjer Maltin hija pjuttost għolja f 'pajjiżna? Iva, tinkwetani ħafna tant illi qed naħdmu bis-sħiħ ma' dawk kollha involuti sabiex nsaħħu aktar il-ġlieda tagħna kontra l-obeżità. Dan kollu qed nagħmluh fuq sfond sportiv b'kollaborazzjoni mal-ministeru tas- saħħa u anke dak edukattiv. Qed nagħmlu dan fi tliet oqsma għax hemm bżonn noħolqu kuxjenza akbar mal-poplu Malti u Għawdxi sabiex ikun jaf eżatt xi jrid jiekol u jixrob li wara kollox ikun tajjeb għal saħħtu. Irridu nisħqu wkoll mal-poplu li hemm bżonn jagħmel aktar eżerċizzju sabiex ikun fiżikament aħjar. L-għan tagħna huwa li nnaqqsu l-obeżità u eventwalment ngħixu ħajja aħjar. Taħseb illi l-fatt illi int ġej minn ambjent sportiv fejn hemm ukoll ċertu element ta' dixxiplina għenek sabiex tkun whip tal-oppożizzjoni? Jgħinek ħafna għax titgħallem iktar tuża l-arma tad-diskussjoni aktar milli timponi ċerti deċiżjonijiet. Ovvjament fl-isport mhux dejjem tirbaħ u l-istess meta tressaq ċerti argumenti mhux dejjem tirbaħhom ukoll. U għalhekk illi bħala whip trid titgħallem iċedi u żżomm f 'moħħok li mhux dak kollu illi ser tipproponi bilfors ser jgħaddi. U bħal kull sport ieħor trid tirrispetta lill-avversarju tiegħek u fl-aħħar mill-aħħar trid tirrispetta l-awtorità. Għalhekk bħala whip trid tirrispetta lil kulħadd sabiex ħaddieħor jirrispettak lura u dan kollu jgħinek biex timmatura. Tinsab kuntent bl-operat ta' SportMalta? Ser nerġa ntenni; hemm bżonn ninvestu aktar fl-isport. Hemm affarijiet illi nixtieq narahom jimxu "Jien nemmen illi l-isport għandu jkun parti mill-kultura tagħna l-Maltin sabiex b'hekk inkattru kultura sportiva f 'pajjiżna. Jekk dan kollu inkabbruh u eventwalment insaħħuh, dan ikun ifisser inqas mard u obeżità fost il-poplu Malti u persuni aktar b'saħħithom. Jekk int tkun f 'saħħtek fiżikament, tista' tkun ukoll psikoloġikament aħjar u b'hekk il-ħajja tiegħek ta' kuljum tkun tajba." Malta għandha tipprova torganizza Cristian Antony Muscat L-Onorevoli David Agius - persuna li għandu għal qalbu ferm l-isport u li jokkupa l-kariga ta' Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport. "Irridu nżidu iktar il- finanzjament għall- isport. Naf li mhux faċli għax kull assoċjazzjoni dan l-aħħar qed titlob bir-raġun titjib jew bini ta' infrastruttura ġdida. F'dan il-każ kulħadd jaqbel illi rridu ndaħħlu aktar l-isport fuq l-aġenda nazzjonali u li Sport Malta ikollha aktar funzjoni sabiex tkun aktar effettiva f 'pajjiżna."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 October 2017