Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843
11 Il-Ħadd 01 ta' Ottubru 2017 | illum Aħbarijiet Min huma n-nazzjonalisti estremi tal- AfD? Din se tkun ir-raba' leġiżlatura li se tkun qed tmexxi Angela Merkel flimkien mal-partit tagħha d-Demokratiċi Kristjani (CDU) wara li kisbet 33% tal-preferenza tal-elettorat. Merkel iżda se titlef l-appoġġ tas-Soċjalisti wara li Martin Schulz iddikjara li mhux se jifforma parti mill-koalizzjoni tal-Gvern, hekk kif l-SPD kisbu l-agħar riżultat mill-aħħar gwerra dinjija. Mhux l-istess l-AfD li l-aġenda tagħhom mibnija kontra l-Iżlam sabet appoġġ kbir fost il-Ġermaniżi u akkwistaw voti kważi mill- partiti l-oħra kollha speċjalment mingħand is-Soċjalisti. L-AfD huma t-tielet l-ikbar forza fil-Bundestag bi 11% tal-preferenza tal-votanti Ġermaniżi. L-AfD mexxew aġenda kontra l-immigranti, l-integrazzjoni u speċjalment kontra l-Iżlam. L-AfD kienu wkoll qed jitkellmu favur li l-Ġermanja toħroġ miż-żona ewro, il-grupp tal- pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li jagħmlu użu mill-munita ewro. Bħalma għamlu partiti popolisti kbar madwar l-Ewropa bħalma huma l-UKIP fl-Ingilterra u l-Front National fi Franza, l-AfD għażlu li l-aġenda tagħhom tkun mibnija fuq in-nazzjonaliżmu jew it-tradizzjonijiet Ġermaniżi. Għamlu kampanja favur il-valuri tal-familja tradizzjonali bil-missier u l-omm, għalkemm il-membru ewlieni Alice Weidel, hija omosesswali u għandha wkoll t-tfal. L-AfP sabu posthom fil-Parlament Ġermaniż wara biss erba' snin. Li partit bħall-AfD jakkwista dan l-ammont kbir ta' voti jfisser li għalkemm Merkel reġgħet intgħażlet bħala Kanċillier, il-maġġoranza tal-Ġermaniżi ma kinux komdi bil-politika liberali tagħha favur l-intergrazzjoni tal-immigranti. Kulħadd għadu jiftakar id-deċiżjoni li ħadet fix-xhur li għaddew meta għażlet li tiftaħ il-fruntieri tal-Ġermanja għal miljuni ta' immigranti mis- Sirja. Hawnhekk wieħed irid jgħid li filwaqt li Merkel tul il-kampanja tfaħħret kif il-Ġermaniżi fetħu qalbhom u pajjiżhom biex jilqgħu lil min hu fil-bżonn insistiet li dan kien każ uniku li m'għandux jerġa' jiġi ripetut fuq il-Ġermanja. Jerġgħu jonqsu l-Gvernijiet Soċjalisti madwar l-Ewropa Bir-riżultat miksub minn Schulz, il-Gvernijiet Soċjalisti fl- Ewropa naqsu minn 10 fis-sena 2000, meta l-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea kienu 15 għal sitta din is-sena meta hawn 28 pajjiż membru. Il- Gvernijiet Soċjalisti fl-Ewropa jinsabu fl-Iżvezja, il-Portugall, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovakkja u f 'Malta bil-Gvern tal-Partit Laburista, li huwa l-aktar wieħed stabbli. Dan it-tibdil fi żmien meta l-politika popolari kienet qed tgħolli rasha turi kif ftit għadhom dawk l-Ewropej li jafu x'inhi l-politika Soċjalista. Dan huwa fenomenu għaliex il-valuri soċjal demokratiċi qed jittieħdu u jitgħawġu minn partiti oħra żgħar li fi żmien qasir iridu jkabbru l-popolarità tagħhom, speċjalment dawk il-partiti patrijottiċi u popolisti, li qed jadottaw kliem bħalma huma s-'solidarjetà', l-'ugwaljanza', ix-'xogħol', li s-'sinjur jgħin lill- fqir', li 'l-ekonomija trid tkun hemm għan-nies', li 't-taxxi għandhom ikunu l-mutur tal-ġustizzja soċjali', kollha kliem li jintużaw mill-politiċi soċjalisti. Il-politika tal-lemin u tax-xellug It-terminu politiku tal-lemin u tax-xellug beda eżatt wara t-tmien tar-rivoluzzjoni Franċiża, u skont il-post kif poġġew il-membri fil- Parlament. Dawk li kienu favur ir-reġim l-antik u l-oħrajn li kienu jappoġġaw il-ġerarkija u l-klerikaliżmu. Il-politika tal-lemin nibtet bħala reazzjoni għall-politika tax-xellug. Ġeneralment il-politika tal-lemin hija bbażata kontra s-soċjaliżmu u tinkludi konservattivi, demokristjani, liberali, nazzjonalisti u dawk tal-lemin estrem li huma l-faxxisti, neo-nażi u razzisti. Il-politika tax- xellug tappoġġja l-ugwaljanza soċjali u kontra l-ġerarkija soċjali u tinkludi wkoll r-radikali u r-riformisti. L-AfD irnexxielhom jirbħu s-simpatija bil-kriżi tal-imigrazzjoni