Illum previous editions

illum 1 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 01 ta' Ottubru 2017 Irridu nħabbtu l-ideat biex negħlbu l-isfida tal-popoliżmu Il-President tal-grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi fil-Parlament Ewropew Gianni Pittella mal-ILLUM qal li d-dibattitu u l-kuntrast ta' ideat differenti bejn il-politika tal-lemin u tax-xellug huma l-aħjar għodda biex negħlbu l-estremiżmu u nwaqqfu l-avvanz li qed jagħmlu partiti bħall-AfD. Pittella saħaq kif 'l-avvanż li qed jagħmlu dawn il-partiti għandha tkun il-forza li tħeġġiġna naħdmu aktar mhux biss fil-Ġermanja imma wkoll fl- Ewropa kollha biex ikollna soċjetà aktar ġusta li tkun ugwali għal kulħadd.' Enfasizza li wasal iż-żmien li fl-Ewropa nħarsu 'l quddiem biex negħlbu l-kaġun tal-inċertezzi u r-rabja li qed tikber fost iċ-ċittadini Ewropej. Dan billi jkollna soluzzjoni għall- ħolqien ta' aktar postijiet tax-xogħol, l-immigrazzjoni irregolari u s-sigurtà. Il-Ġermaniżi jerġgħu jqajmu d-dell tal- politika popolista Fid-diskors annwali tiegħu magħruf bħala State of the Union, il-President tal- Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker kien qal li l-isfida tal-politika popolista ntemmet. Għalkemm din il-politika ħalliet bħala vittma lir-Renju Unit bid-deċiżjoni li jitilqu mill-Unjoni Ewropea wara r-referendum tal-Brexit. Uħud kienu qed jaraw li wara l-elezzjoni tal-Ġermanja, se jerġa' jkun hemm il-forza tal-koalizzjoni Franco-Ġermaniża. Għalkemm fil-Ġermanja reġa' għandna lil Angela Merkel bħala Kanċillier, wieħed ma jistax jinjora li l-AfD huma t-tielet forza fil-Parlament Ġermaniż u din taf tkun ta' theddida għall-ħolma Ewropea. Fi Franza, Macron għeleb lil Le Pen fit-tellieqa Presidenzjali u fir-Renju Unit bil- Brexit, Juncker jaf għandu wġigħ ta' ras inqas imma fil-Ġermanja ħafna votanti għażlu lill- AfD mhux neċessarjament ħabba t-twemmin politiku imma biex jibagħtu sinjal, li jista' jkun wieħed li mhux qed jaqblu ma' kif qed timxi l-Unjoni Ewropea. Qed tinħass il-ħtieġa ta' politika ġdida kontra l-estremiżmu Kathrin Schödel, Ġermaniża li tgħix f 'Malta qalet mal- ILLUM li inkwetanti kif l-AfD irnexxilhom isibu posthom fil- Parlament. Sostniet li fil-Ġermanja hemm nuqqas ta' moviment popolist xellugi li jilqa' r-realtà tal-immigrazzjoni minflok li jipponta subgħajh lejn il-batuti, li huma dawk li jiġu sfurzati jitilqu minn pajjiżhom, jaħdem biex tieqaf l-ingwaljanzà, jissaħħu l-kundizzjonijiet fil-kompetittività u jieqfu l-esplojtazzjoni u l-esklużjoni soċjali. Minflok is-CDU spiċċaw biex ikkontribwixxew lejn il-kunċett tal- kriżi minħabba l-immigrazzjoni irregolari. Dan flimkien mar-realtà brutali tal-politika tal-fruntieri ħolqu atmosfera ta' razziżmu, li ttieħdet lejn l-estrem mill-AfD. ANGELA Merkel reġgħet ġiet eletta kanċillier Ġermaniż fl- aħħar elezzjonijiet fil-Ġermanja u għalkemm il-popolarità tagħha u tal-partit tagħha naqset se terġa' tidħol fil-Bundestag bħala l-Kap tal-Gvern għar-raba' darba. Il-partit CDU/CSU se jkun l-akbar wieħed fid-19-il sessjoni tal-Bundestag u wara li 76.2% tal-Ġermaniżi li kienu eleġibbli vvutaw. Din l-elezzjoni ħalliet bla dubju impatt mhux biss fuq il- Ġermaniżi biss imma wkoll fuq il- kumplament taċ-ċittadini Ewropej ukoll minħabba bosta fatturi li seħħew. Għall-ewwel darba mit-tmiem tat- Tieni Gwerra Dinjija kellna r-ritorn ta' partit apertament nazzjonalista li reġa' sab postu fil-Parlament, l-Alternattiva għall-Ġermanja (AfD), b'rappreżentanza li mhix żgħira u rajna wkoll lill-Partit Soċjalista Ġermaniż (SPD) jaqla' tkaxkira kbira. Dan minnu nnifsu wkoll jistħoqqlu analiżi għaliex Martin Schulz, li qabel kien il-President tal-Parlament Ewropew, kien qed jaħseb li se jirnexxilu jsaħħaħ il- preżenza tas-Soċjalisti bl-esperjenza li kiseb mill-Parlament Ewropew. Hawn min qed isostni li r-riżultat tal-SPD, li kiseb mal-21% biss tal-preferenza tal-elettorat turi li l-Ġermaniżi wkoll qed jitilfu l-fiduċja tagħhom fl-istituzzjonijiet Ewropej, għaliex ma wrewx fiduċja f 'mexxej li ġej minn uffiċċju fi Brussell. Ta' min iżda jirrimarka li fl- elezzjoni fil-Ġermanja ma kienx hemm partit ewlieni li ried jew mexxa xi forma ta' kampanja biex il-pajjiż joħroġ mill-Unjoni Ewropea għall-kuntrarju ta' Franza, l-Awstrija u l-Olanda fost l-oħrajn. • Post is-soċjalisti fil-Ġermanja jeħduh il-partit nazzjonalista estrem • Angela Merkel bir-raba' mandat iżda b'idejha marbuta jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino Koalizzjoni li tista' tkun sfida F'kummenti mal-ILLUM, l-Ambaxxatriċi Ġermaniż għal Malta Gudrun Sräga qalet li d-diskussjonijiet għal Gvern ġdid mhumiex faċli wara li s-Soċjalisti qalu li ma jridux li jkunu fil-Gvern ta' Merkel. Dan iġib il- koalizzjoni magħrufa bħala tal-Ġamajka, li hija l-amalgamazzjoni tal-kuluri użati mill-partiti CDU, CSU, FDP u l-Ħodor fil-bnadar, li huma l-iswed, l-isfar u l-aħdar li huma kuluri li wieħed isib fil-bandiera tal-Ġamajka. Għaldaqstant, dawn il-partiti għandhom pożizzjonijiet differenti fuq issues deċiżivi u li jinstab kunsens se tkun sfida kbira. 'l-avvanż li qed jagħmlu dawn il-par titi għandha tkun il-forza li tħeġġiġna naħdmu aktar mhux biss fil-Ġermanja imma wkoll fl-Ewropa kollha biex ikollna soċjetà aktar ġusta li tkun ugwali għal kulħadd.' Gianni Pittella Gudrun Sräga

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 October 2017