Illum previous editions

illum 28 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

11 Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 | illum Aħbarijiet Il-Mediterran qed isir iċ-ċimiterju għal eluf ta' immigranti kull sena IRROTTA bil-baħar fil- Mediterran mil-Libja sa Malta jew l-Italja kienet l-aktar rotta perikoluża għall-immigranti irregolari matul l-2016. Dan jirriżulta mir-rapport annwali tal- Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Immigrazzjoni (IOM) għall-2018. Minn dan ir-rapport jirriżulta li matul l-2016, aktar minn 180,000 immigrant irregolari waslu l-Italja mil-Libja bid-dgħajjes jew żieda ta' 16% fuq is-sena ta' qabel. Din ir- rotta hija l-aktar waħda perikoluża u fatali b'aktar minn 4,500 jitilfu ħajjithom fil-baħar. Il-maġġoranza tal-immigranti irregolari jaslu fl- Ewropa mill-Mediterran bi vjaġġi bid-dgħajjes li jitilqu mil-Libja lejn l-Italja jew inkella mit-Turkija lejn il-Greċja mill-baħar Eġew. Matul l-2016, madwar 390,000 persuna waslu fl-Ewropa mir-reġjun tal-Mediterran kemm bl-art kif ukoll bil-baħar, filfatt minnhom kienu 360,000 dawk li waslu bil- baħar. Wara l-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija, il-wasliet fil- Greċja naqsu drastikament u kienu jammontaw għal 170,000 matul l-2016. Għat-tielet sena konsekuttiva, it-Turkija reġgħet kienet l-aktar pajjiż li laqa' immigranti fid-dinja bi 2.9 miljun fil-maġġoranza tagħhom Sirjani. Il-kunflitt f 'dan il-pajjiż, li ma jrid jintemm qatt, wassal biex it-tieni u t-tielet l-aktar pajjiżi b'immigranti wara t-Turkija jkunu l-pajjiżi qrib il-Ġordan u l-Libanu rispettivament. Huwa biss meta l-immiganti jitkejlu man-numru tal-popolazzjoni li Malta u l-Iżvezja jsibu posthom fost l-aktar għaxar pajjiżi li għandhom immigranti irregolari, b'Malta tasal fid-disa' post. Ir-rapport tal-IOM jelenka wkoll numru inizjattivi li saru minn għaqdiet mhux governattivi biex jippruvaw isalvaw aktar ħajjiet mill-baħar, speċjalment hekk kif ġie kkonfermat li r-rotta tal-Mediterran hija l-aktar waħda fatali. L-IOM tgħid li fondazzjoni li hija bbażata f 'Malta, li tassisti lill-immigranti, għamlet użu minn drones biex tissorvelja l-baħar permezz ta' 'day and night optics' li kienu mgħammra d-drones. Dawn kienu qed jibagħtu lura stampa b'riżoluzzjoni għolja tax-xenarju li l-kameras kienu qed jaraw. L-IOM tgħid li 40 miljun persuna kellhom jitilqu minn pajjiżhom u jmorru f 'pajjiż ieħor minħabba l-kunflitti u l-vjolenza. Sa mill-2003, il-kunflitti u l-vjolenza waslu biex ikun hawn medja ta' 5 miljun persuna li jitilqu pajjiżhom biex isibu ħajja aħjar f 'pajjiż ieħor li jilqagħhom. Ir-rapport tal-IOM jikkonkludi li l-kwistjonijiet relatati mal-immigrazzjoni baqgħu ta' prijorità fl-aġenda Ewropea matul is-snin 2016 u 2017 u ġew diskussi kemm-il darba f 'laqgħat ministerjali u waqt il-Kunsill Ewropew. żieda ta' 16% fil-wasliet tal-immigranti mil-Libja lejn l-Italja Il-Gran Kmanderija tal-Kastell b'vokazzjoni biex ittejjeb il-ħajja tal-lebbrużi GĦAL eluf ta' snin, persuni li tkun ħakmithom il-lebbra kienu ttrattati mill-agħar u, sa llum stess f 'xi pajjiżi, minflok ikunu mgħajjuna, jitkeċċew mill-komunitajiet tagħhom. Filwaqt li l-lebbra ilha snin li kienet eradikata minn Malta, u s-suġġett illum bil-kemm jissemma' ħlief darba f 'sena fil- Jum Dinji tal-Lebbra, osservat madwar id-dinja fl-aħħar Ħadd ta' Jannar, f 'Malta, ġurisdizzjoni tal-Ordni Militari u Ospitalliera ta' San Lazzru ta' Ġerusalemm għamlitha l-missjoni tagħha li tiffinanzja għaqdiet tal-karità li jgħinu lill-mijiet ta' lebbrużi li jgħixu fl-Indja u fl-Uganda. Il-membri tal-Gran Kmanderija tal-Kastell, ibbażata fit-Torri ta' Lanzun, il-Mensija, limiti ta' San Ġwann, bħalissa jgħinu żewġ organizzazzjonijiet ewlenin tal-karità: Women in Need fl-Indja u l-Isptar Kagando fl-Uganda. L-appoġġ kontinwu tal-membri ta' din l-Ordni għal dawn l-aħħar 45 sena tejjeb b'mod sinifikanti l-ħajja kif ukoll naqqas it-tbatija tal-lebbrużi. Nisa fil-bżonn F'dawn l-aħħar snin, il- Gran Kmanderija pprovdiet appoġġ b'mod regolari għal Women in Need (WIN) (Nisa fi Ħtieġa) għaqda tal-karità bbażata f 'Nagpur, l-Indja. WIN titmexxa minn żewġ nisa notevoli, Leah Pattison u Usha Patil. "Qed naraw żieda fin-numru ta' nisa morda bil-lebbra li qed ikunu abbandunati fit-toroq," qalet Pattison, li ħalliet ħajja komda fir-Renju Unit biex tgħin lil-lebbrużi fl-Indja. "Fl-2017, impjegajna aktar ħaddiema biex inlaħħqu mad-domanda dejjem tiżdied għas-servizzi li noffru f 'dan il-qasam. Żviluppajna wkoll inizjattivi ta' kollaborazzjoni mal-isptarijiet lokali. Fil-ħin liberu tagħhom, diversi tobba konsulenti jikkontribwixxu ħin u kompetenzi meta jżuru l-kenn tagħna f 'Dattapur. Madankollu, l-isfida li għandna hi li nibqgħu noffru s-servizzi kollha li qed noffru bħalissa lill-lebbrużi li nikkunsidrawhom bħal ħutna." Fl-2017, madwar 18,920 mara ħadu servizz jew edukazzjoni permezz ta' WIN. L-organizzazzjoni regolarment tiskopri nisa abbandunati li huma morda sew jew qed imutu, u jkunu offruti sodda fil-hospice tagħhom li jinsab fir-raħal ta' Wardha. Dan il- hospice li nbena għal-lebbrużi li huma fi stat terminali tal-marda kien kollu ffinanzjat mill-Gran Kmanderija tal-Kastell innifisha. WIN tikkollabora ma' ħafna operaturi f 'dipartimenti varji tas-saħħa tar-reġjun. Matul dawn l-aħħar 17-il sena, l-organizzazzjoni żviluppat netwerk ta' voluntiera li jassistu lil WIN u lin-nisa lebbrużi. Kull sena, l-Ospitallier tal- Gran Kmanderija, il-Kav Paul Warren jivjaġġa lejn l-Indja u l-Uganda biex jissorvelja l-progress li jkun qed isir. Għall-ewwel, il-ħidma f 'Kagando tal-Gran Kmanderija bdiet billi ffinanzjat il-bini ta' dar għal wieħed marid bil- lebbra u l-familja tiegħu fl-2016. Kellu għorfa żgħira mibnija bit-tajn, speċi ta' dar, li nqerdet waqt l-istaġun tal-monsoon. Meta l-Kav Paul Warren żar dan il-post is-sena l-oħra, hu sab id- dar il-ġdida ta' Michael li kienet mibnija b'mod sod li jiflaħ għall- istaġun tax-xita. Filwaqt li Paul kien hemm, hu żar l-Isptar ta' Kagando li jinsab fil-Punent tal- Uganda li għandu dipartiment għal-lebbra. Il-lebbra għadha komuni f 'din il-parti tad-dinja, u Paul ra ħafna nies ibatu, kemm fl-isptar kif ukoll fl-inħawi tal-madwar. In-nies huma fqar ħafna u m'għandhomx la ilma u lanqas elettriku. Spiss dawn il-lebbrużi jkollhom jimxu distanzi twal biex iħibu l-ilma. Matul iż-żewġ żjarat tiegħu s'issa, Paul iltaqa' ma' diversi gruppi ta' lebbrużi. Għalhekk, is-sena li għaddiet, bħala għaqda ekumenika, il-Gran Kmanderija bdiet sħubija mal-Isptar ta' Kagando mmexxi mill-Knisja Anglikana tal-Uganda. Permezz tal- involviment ta' Rita Miller, infermiera Maltija li llum hi rtirata u li kull sena tgħin fl-isptar, il-Gran Kmanderija ddeċidiet li jinbnew żewġ binjiet bħala akkomodazzjoni għal professjonisti mill-qasam mediku u gradwati żgħażagħ. Dawn se jkunu mħarrġa wkoll biex jassistu l-morda bil-lebbra fl-isptar u fir-reġjun. Barra minn hekk, id-dħul mill-kiri mill-proprjetà se jmur f 'kont apposta għall-benefiċċju tal- persuni li jbatu bil-lebbra. Matul is-snin, il-Kav Paul Warren żar b'mod regolari lil WIN fl-Indja u f 'dawn l-aħħar snin anki l-Isptar ta' Kagando fl-Uganda, kull darba biex jara minnufih kif il-flus mogħtija mill- Gran Kmanderija kienu qed jintużaw. Il-flus kollha huma fondi miġbura minn attivitajiet soċjali li jsiru mill-Gran Kmanderija u d-donazzjonijiet imorru direttament f 'dawn il-proġetti ta' karità, bl-ebda ċenteżmu ma jintuża la għall- amministrazzjoni u lanqas għal vjaġġi, imma jmur biex jgħin lil-lebbrużi. "Aħna nittrattaw direttament mal-organizzazzjoni tal-karità lokali fuq il-post stess, fejn inkunu nistgħu nżuru, naraw u nimmonitorjaw r-riżultati. Immorru direttament fejn hemm il-ħtieġa għal-lebbrużi, għaliex bil-fondi tagħna nistgħu qed intejjbu l-ħajja ta' dawn in- nies inqas ixxurtjati."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 January 2018