Illum previous editions

illum 28 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 Intervista 12 T miem il-ġimgħa kien wieħed illi wassal għall-uħ tal-Valletta 2018. Il-Belt Kapitali Maltija saret il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura. Eluf kbar, madwar 110,000 persuna, telgħu l-Belt Valletta u ħonqu l-pjazez mimlijin kulur, ferħ, briju, baned u spettakli ta' kull tip. Ftit ġranet wara l-ILLUM tiltaqa' mal-persuna li flimkien mat-tim tiegħu kien wara ħafna minn dak li l-poplu Malti flimkien ma' eluf ta' turisti setgħu jgawdu nhar is-Sibt li għadda. Jason Micallef. 'Dak il-ħin, wara snin ta' xogħol, x'ħassejt hekk kif rajt il-folol joħonqu t-toroq tal-Belt u l-ħidma tiegħek u tal-Valletta 2018 isiru realtà?' tkun l-ewwel mistoqsija ta' din il-gazzetta. 'Ħassejt kburija nazzjonali daqs qatt qabel. Sentiment li mlieni b'emozzjonijiet differenti u kbar. Sentiment li għal raġunijiet differenti mhux dejjem jimmanifesta ruħu f 'pajjiżna." Micallef jgħid li fil-Belt, lil hinn mill- attività, kien hemm sens veru ta' kburija nazzjonali. "Kull min tela' seta' jħossha din, seta' jinduna illi f 'dan il-pajjiż meta naħdmu flimkien u b'mod kollettiv, mingħajr dak li jifridna ngħixu mumenti bħal dawn. Mumenti li jagħmluna kburin li aħna Maltin." Min ikkritikani tani aktar ħeġġa u determinazzjoni Nieħdu lura ftit żmien. Meta kien magħżul biex imexxi l-Valletta 2018 u allura meta kien fl-għajn ta' kritika, mhux biss minħabba l-għażla tiegħu imma wkoll minħabba akkużi li b'xi mod ried ibiddel Strada Stretta f 'Paceville ieħor. Illum iħoss li ta risposta lil min kien ikkritikah? "Jien naħseb li dawk li kkritikawni dakinhar, mingħajr ma indunaw u kienu jafu, xegħluli bozza biex inkun aktar determinat li nwassal il-V18 sal-aħħar. U jekk kien hemm proġett wieħed li l-gvern ma kienx ikkritikat dwaru fl-aħħar leġiżlatura u s'issa, kien proprju il-proġett tal-V18." Micallef ikompli jispjega kif hu għandu l-aqwa relazzjoni mal-Kelliem għall-Kultura tal-PN, Karl Gouder daqs kemm għandu mal-Ministru Owen Bonnici. "Bħala tim, għax anke jekk nidher ħafna jien, hawnhekk hawn tim sħiħ li qed jaħdem," ifakkar Micallef, "urejna li nistgħu mmorru lil hinn min kull limitu f 'dan il-pajiiż meta nużaw l-aqwa talenti ta' kull persuna, hi min hi, ġejja minn fejn ġejja." Infakkru imma li xi ftit doża politika xorta daħlet, għax Malta jekk ma jkollniex ftit politika fuq kollox ma nkunux aħna. Allura nsemmilu l-messaġġi fuq Facebook u l-battibekki, pwerili għall-aħħar fl- opinjoni tiegħi, ta' min beda l-proġetti u min komplihom u grazzi għal min, insomma. Insemmi illi fil-fatt il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sal-Ħadd ta' qabel stess kien għamel aċċenn għall- festeġġjamenti u fakkar illi "l-proġetti kollha li rajna saru kollha minn Gvernijiet Nazzjonalisti." Tweġġagħni li Deputat ma jafx x'inhu jiġri... Riluttanti li jidħol f 'battibekk dwar dak li qal Delia, Micallef jgħid illi l-Kap tal-Oppożizzjoni esprima s-sodisfazzjon għal dak kollu li kien qed iseħħ fil-Belt Valletta u baqa' jsegwi flimkien miegħu u mal-Prim Ministru. Minkejja dan, Micallef xorta jgħaddi botta għal dawk id-Deputati li ddeċidew li ma jattendux għall-festi. "Naturalment min ħass li kellu jsejjaħ bojkott, imbagħad irid iġorr ir- responsabilità ta' għemilu." Fil-fatt kien id-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech, flimkien mad-Deputat Ivan Bartolo, kif żvela s-sit illum. com.mt, illi m'attendewx. It-tnejn sostnew illi ħassew li ma kellhomx jattendu għax minkejja kollox iċ-ċittadini tal-Belt Valletta baqgħu injorati u baqgħu ma gawdew xejn mill-avvenimenti fil-Belt tagħhom. "L-argumentazzjoni tagħhom tinkwetani ferm," jibda jgħid Micallef. "Dawn rappreżentanti tal-poplu. Iva possibbli, ma qagħdux attenti meta ħabbarna investiment ta' €30 miljun f 'riġenerazzjoni urbana fin- naħa t'isfel tal-Belt?" jibda mill-ewwel jistaqsi Micallef. "Din ir-riġenerazzjoni se tinkludi titjib fil-housing soċjali kollu, kemm dak tal-Mandraġġ u dawk kollha f 'kull żona tal-Belt. Se jinkorpora Waterfront ġdid, piċċ ġdid, restawr tal-baviera, tiġdid sħiħ fl-iskola San Ġorġ Preca fil-Belt u d-Design Cluster. Dawn huma kollha affarijiet pubbliċi u li rappreżentanti tal-poplu ma jafux tweġġagħni ħafna. Il-kritika tista' tagħmilha, imma trid tkun iġġustifikata," jinsisti Micallef. Hu jfakkar illi fil- Valletta 2018 kien hemm parteċipi diversi soċjetajiet, komunitajiet reliġjużi, baned, għaqdiet u oħrajn. "Ħa ngħidlek, meta tara l-pavaljuni u l-fistuni li kellna mżejnin, dawk ħallasna lis-soċjetajiet u l-għaqdiet tal-armar biex jarmaw huma. Stajna faċilment qabbadna kuntrattur, imma m'għamilniex hekk. Ridna nghinu lil dawn l-għaqdiet, biex iħossuhom parti integrali mill-Valletta 2018." "Allura nistaqsi, dawn id-Deputati huma daqstant maqtugħin mill-poplu? Ma indunawx illi l-isbaħ sede tal-Kunsill Lokali f 'Malta lil min tajnieh? U x'fih il-bini tal-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta? Day care centre li d-Deputat Claudio Grech qal li m'hemmx..." "Jiena personalment insistejt li l-Belt Valletta jkun hemm ċentru tal-anzjani, li mhux biss se jitwettaq għax hemm l-obbligu minħabba fondi Ewropej imma se jibda din is-sena. Dan irid ikun lest sal-2020." 'Kburi li poġġejt il-festi fi- vetrina kulturali ta' pajjiżna' Intant, indawwar id- diskors. Kien hemm kritika, ftit minnha ċara u diretta u ftit oħra iktar sottili, dwar l-għażla tal-festi bħala tema ewlenija fiċ-ċelebrazzjonijiet. Kien hemm min qal li l-għażla mhix oriġinali. Xi ftit ta' klixè. Micallef kif iwieġeb? "L-ewwel nett għalfejn għażilna l-festa? Il-festa minnha nnifisha hija kelma universali li jifhimha kulħadd. Issa dak li ċċelebrajna nhar is-Sibt huwa ta' dak kollu li jagħmilna ġens. U liema hija l-aqwa u l-akbar tradizzjoni li ilha ġejja mijiet ta' snin? X'jgħaqqad lil tant Maltin? Xi jġib lill-familji flimkien dik id-darba f 'sena? Xi jġib tant nies flimkien, jarmaw, jaħdmu u joħolqu flimkien? Mhux il-festi Maltin? Imma apparti minn dan, nafu li l-Parlament Malti ressaq l-festa quddiem il- Unesco, bħala patrimonju dinji? Kont nonqos," ikompli jgħid Micallef, "kieku fil-Valletta 2018 ma kontx nuri din il-vetrina artistika, magħmulna minn mijiet u eluf ta' nies li jaħdmu b'mod volontarju. Jiena kburi," jasserixxi Micallef, "li wieħed mill-ħames ftuħ tal-Valletta 2018 kellu din it-tema." Min-naħa l-oħra huwa jgħid li jiddispjaċih li "hawn sezzjoni żgħira ta' nies li taħseb li hi biss taf x'inhi kultura, nies li jaħsbu li huma biss jafu x'inhi arti u kultura. Din nirrifjutaha. Dan huwa snobbiżmu kulturali. U meta aħna ngħidu li rridu kultura aċċessibbli għal kulħadd, qed ngħidu li tkun għal kulħadd... ma tgħidlix int x'inhi kultura," jinsisti b'ċerta passjoni Micallef. "Dawn il-profeti tad-dlam u dwejjaq li l-ħin kollu għaddejjin jikkritikaw mhux qed jifhmu li huma distakkati, out-of-touch," jargumenta Micallef. Il-feedback ġenerali iżda tan-nies x'kienet? "Ir- rispons kien fenominali... mhux qed nirreferi biss għall-110,000 persuna li ġew u għal dawk l-eluf l-oħrajn li segwew minn fuq it-TV, imma wkoll il-kummenti, tal-Kummissarju Ewropew tal-Kultura, it-tifħir għall-ammont tajjeb ta' organizzazzjoni, l-ammont ta' rappurtaġġ, saħansitra fuq Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt 'Hawn sezzjoni ta' nies li jaħsbu Meta naħdmu imkien u b'mod kollettiv, mingħajr dak li jifridna ngħixu mumenti bħal dawn. Mumenti li jagħmluna kburin li aħna Maltin " " Iva possibbli, dawn id-Deputati ma qagħdux attenti meta ħabbarna investiment ta' €30 miljun f 'riġenerazzjoni urbana fin-naħa t'isfel tal-Belt?' " " Jiem wara l-ftuħ tal-Valletta 2018, b'attendenza ta' madwar 110,000 persuna, Jason Micallef jitkellem dwar ix-xhur li ġejjin u jirribatti l-kritika b'ħeġġa liema bħalha...

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 January 2018