Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293
Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 David Casa jiċħad li jrid idgħajjef lil Malta fl-UE • Mal-ILLUM jiċħad li qatt talab biex ikun invokat l-Artiklu 7 kontra Malta • Jgħid li huwa insult għall-PE li l-Prim Ministru ma jridx iwieġeb għar-rapport tal-MEPs ILKAP tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa ċaħad li qed jimbotta sabiex l-Unjoni Ewropea tibda l-proċeduri kontra Malta skont l-Artiklu 7 tat-trattati. Mal-ILLUM, David Casa ċaħad dan b'mod assolut u enfasizza li fil- konklużjonijiet tar-rapport tal-delegazzjoni tal-MEPs li żaru Malta x-xahar li għadda biex jistħarrġu s-saltna tad-dritt f 'pajjiżna, ikun hemm enfasi fuq il-ħtieġa ta' djalogu bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern Malti biex fejn hemm nuqqasijiet fit- tħaddim tal-istituzzjonijiet, dawn jiġu indirizzati. Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-gazzetta MaltaToday irrappurtat kif sors fil- Kumitat PANA tal-Parlament Ewropew, allega mal-gazzetta li David Casa ssuġġerixxa lill-grupp tal-Partit Popolari Ewropew (EPP) biex jiġi invokat l-Artiklu 7 fuq Malta. Mal-ILLUM iżda Casa ċaħad dan u sostna li hija diffiċli li din issir fil-każ ta' Malta. Proċeduri skont l-Artiklu 7 in-bdew mill-Kummissjoni Ewropea kontra l-Polonja x-xahar li għadda, dan relatat mas-saltna tad-dritt. Din kienet l-ewwel darba fl- istorja tal-Unjoni Ewropea li l-Kummissjoni invokat dan l-Artiklu mit-Trattat ta' Liżbona. David Casa qal li ilu mill-bidunett jgħid li għandu jkun hemm djalogu u li m'għandux jiġi invokat dan l-artiklu fil-konfront ta' Malta. Ftit tal-ħin wara d-dibattitu fil-Kumitat LIBE dwar ir-rapport tal-MEPs fuq is-saltna tad-dritt f 'Malta, David Casa qal mal-ILLUM li l-istituzzjonjiet f 'Malta qed jiddgħajfu b'mod sistematiku mill-Gvern u li jagħmel ħażin jekk jinjora l-konklużjonijiet ta' dan ir-rapport, li tfassal mill-gruppi politiċi kollha tal-Parlament Ewropew. Mill- konklużjonijiet tar-rapport li sar minn delegazzjoni mmexxija mis-Soċjalista Ana Gomes, jirriżulta li l-MEPs iridu li f 'Malta jiddaħħlu miżuri konkreti u aktar trasparenti fl-għażla u l-appuntar tal-ġudikatura u persuni oħra f 'pożizzjonijiet pubbliċi. Issuġġerew ukoll li jkun hawn separazzjoni aktar ċara tal-poteri hekk kif inkludew li f 'Malta hawn nuqqas ta' indipendenza fil-ġudikatura, il-Pulizija u l-midja. L-MEPs qalu li l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tistħarreġ jekk l-MFSA hix f 'pożizzjoni u mingħajr kunflitti ta' interess biex twettaq dmirha ta' superviżjoni, filwaqt li qalu li għandha ssir investigazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew fuq il-bank Pilatus. Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil- Parlament Ewropew enfasizza li l-MEPs Nazzjonalisti qatt mhuma se jappoġġjaw miżuri fejn jidħlu s-sistemi tat-tassazzjoni u s-servizzi finanzjarji. Casa qal li kienu s-Soċjalisti u Demokratiċi fil-Parlament Ewropew li riedu li akkost ta' kollox Malta tiġi ttimbrata bħala 'tax haven' mill-Kummissjoni Ewropea. Sostna li kien bis-saħħa tal- EPP u gruppi politiċi oħra li dan l-attentat twaqqaf. Qal li l-MEPs Nazzjonalisti se jagħmlu ħilithom kollha biex "meta jkun hemm attakk li m'għandux x'jaqsam mas- saltna tad-dritt f 'pajjiżna, li m'għandux x'jaqsam mal- korruzzjoni f 'pajjiżna, li m'għandux x'jaqsam fuq il-ħtif ta' istituzzjonijiet importanti mill-Gvern, biex jipproteġi lilu nnifsu f 'pajjiżna, aħna mhuma se jsibuna qatt warajhom." Dwar ir-rapport tas-saltna tad-dritt, David Casa enfasizza li għandha ssir diskussjoni fuq il-konklużjonijiet fil- Parlament Malti għaliex dan qed jirrakkomanda x'għandu jsir u x'għandu jinbidel fl- istituzzjonijiet Maltin biex ikun hawn ħarsien aħjar tas-saltna tad-dritt. Qal li huwa insult għall-Parlament Ewropew, li l-Prim Ministru qal li se jinjorah għaliex hu jwieġeb biss lill-Prim Ministri u mhux lill-MEPs, li fi kliem Casa huma eletti b'mod demo- kratiku mill-popli Ewropej. Qal ukoll li din l-istqarrija tal-Prim Ministru hija wkoll insult għall-MEPs Laburisti Alfred Sant, Miriam Dalli u Marlene Mizzi. David Casa qal mal-ILLUM li biex ikun hawn bidla verament, il- Prim Minisru għandu jneħħi liċ-Chief of Staff u Konrad Mizzi u wara jinbidel il-mod kif jinħatru l-Kummissarju tal-Pulizija, l-Avukat Ġen- erali u t-tibdiliet l-oħra kollha elenkati fir-rapport tal-MEPs. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Il-Kap tal-Delegazzjoni tal-PN fil-PE David Casa X'jgħid l-Artikolu 7? L-Artikolu 7 jiddixxiplina pajjiżi membri meta jkun hemm 'riskju ċar ta' ksur serju' tal-prinċipji tal-Unjoni Ewropea fosthom is-saltna tad-dritt. Il-każ tal-Polonja fil-ġimgħat li għaddew kien l-ewwel darba li dan l-artiklu ssemma. Kif jaħdem? Biex jiskatta l-Artikolu 7, il-Parlament Ewropew, il- Kummissjoni Ewropea jew terz tal-pajjiżi membri jridu jressqu proposta. Il-Kunsill Ewropew, bil-kunsens tal- Parlament Ewropew, jaslu għal deċiżjoni li trid tinkludi erbgħa minn kull ħamsa tal-maġġoranza fil-Parlament. Ladarba din tiġi adottata, il-miżuri dixxiplinarji għandhom żewġ forom, dak ta' mekkaniżmu preventiv u dak ta' mekkaniżmu ta' sanzjonar. 57 rekluta jinħatru bħala Uffiċjali Korrettivi 57 rekluta, disgħa minnhom nisa, ħadu l-ġurament bħala Uffiċjali Korrettivi tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin wara li temmew b'suċċess kors ta' 16-il ġimgħa. Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia waqt li ppreseda ċ-ċerimonja uffiċjali, saħaq li tul dawn il-ġimgħat, ir-rekluti kienu għaddew minn taħriġ intensiv fiżiku u akkademiku. Id-drittijiet fundamentali u kodiċi tal- etika fuq il-post tax-xogħol, ir-regoli tal-ħabs u liġijiet oħra, sigurtà, xeni li jistgħu jiltaqgħu magħhom fuq il-post tax-xogħol, ħiliet interpersonali, korsijiet tal-ewwel għajnuna u kors bażiku tat-tifi tan-nar, u edukazzjoni fiżika huma wħud mis-suġġetti li segwew ir-rekluti tul il-kors. Il-Ministru Farrugia qal li l-uffiċjali korrettivi jridu jħarsu lejn l-obbligu tagħhom li jaħdmu, jaqdu dmirijiethom, ikunu serji u professjonali mhux biss waqt il-ħin tax-xogħol, imma wkoll f 'ħajjithom. Il-mod kif jaġixxu u jġibu ruħhom huwa parti mill-proċess ta' riabilitazzjoni għall-priġunieri. Huwa kompla li hemm pjanijiet sabiex il-priġunieri jkollhom iktar opportunitajiet biex jaħdmu fl-istess Faċilità, kif ukoll joħorġu b'ċertifikat wara li jkunu temmew kors edukattiv. Huwa tenna li se jkunu qed jiżdiedu t-testijiet għad-droga għall-ħaddiema tal-korpi ddixiplinati. L-Assistent Direttur tal- Faċilità Korretiva ta' Kordin Mariella Camilleri qalet li l-okkażjoni tal-lum hija l-bidu tal-karriera għal dawn l-uffiċjali korrettivi l-ġodda. Is-Sinjura Camilleri appellat lir-rekluti biex jieħdu din il-karriera b'serjetà u biex jaqdu dmirijiethom b'mod sħiħ. Ir-rekluta Sarah-Ann Camilleri ngħatat il-premju tal-aqwa rekluta. Skont it-tradizzjoni, fi tmiem iċ-ċerimonja l-uffiċjali korrettivi l-ġodda waddbu l-beritta fl-ajru. Ritratt DOI - Omar Camilleri