Illum previous editions

illum 28 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 | illum Sports 29 minn Cristian Antony Muscat St Andrews ................. 1 Floriana ..................... 0 ST Andrews ħasdu lil Floriana meta għelbuhom bl-iskor minimu ta' 1-0. Kienu St Andrews l-ewwel li resqu li jiftħu l-iskor u kienu sfortunati li ma rnexxielhomx jagħmlu dan meta wara tmien minuti, xutt ta' Misael Miranda Gomez stampa mal-mimduda qabel ma ntemm f 'sigurtà f 'idejn il- goalkeeper ta' Floriana, Ini Etim Akpan. Huma komplew juru l-aħjar logħob u fis-27 minuta rebħu penalty meta Emerson Marcelina waqqa' lil Misael Miranda Gomez fil-kaxxa . Mill-11-il metru nkariga ruħu l-player Ġamajkan ta' 23 sena, Kemar Reid, li ma żbaljax. St Andrews komplew jagħfsu u fl-34 minuta, Kemar Reid, kellu xutt minn barra l-kaxxa li għadda ftit barra mil-lasti difiżi minn Ini Etim Akpan. Fis-37 minuta freekick ta' Maurizio Vella għal Floriana, għadda għoli minn fuq il-lasti tal- goalkeeper tas-Saints, Matthew Calleja Cremona. Biex l-affarijiet ikomplu ġejjin ħażin għall-Greens fil-55 minuta, huma spiċċaw jilagħbu b'10 players meta tkeċċa għalihom il-plejer Maurizio Vella permezz ta' karta ħamra diretta wara li mbotta lis-sostitut ta' St Andrews, Ricardo Martin. Floriana tilfu ċans tad- deheb li almenu jiksbu punt minn din il-partita meta wara li rċieva minn freekick ta' Mario Fonatnella, għola tajjeb Emerson Marcelina, li iżda kien sfortunat meta ra d-daqqa ta' ras tiegħu mil-viċin tistampa mal- wieqfa. St Andrews Calleja Cremona, Blagrove, Vandelannoite, Miranda Gomez, Reid, Grima (Martin 49'), Farrugia, Gauci, Jackson (Friggieri 59'), Walker, Azian (Magri Overend 90') Floriana Akpan, Nayar, Pepe, Ruiz, Vella, Pisani (Grech 46'), Paolucci, Cini, Grima, Fontanella, Marcelina Referi Ishmael Barbara minn Cristian Antony Muscat Hibernians ......................2 Gżira U ............................0 HIBERNIANS kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil Gżira United bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu wieħed f 'kull taqsima minn Clayton Failla u Joao Moreira. Hibernians fetħu l-iskor fl-ewwel okkażjoni li ħolqu wara biss sitt minuti. Dan meta minn azzjoni li bdiet mil-lemin minn Jurgen Degabriele, huwa indirizza kross lejn Clayton Failla li permezz ta' xutt b'saħħtu fil- baxx u angolat tefa' lill-Pawlisti fil-vantaġġ. Gżira United wettqu reazzjoni tajba u fl-24 minuta Haruna Garba pprova jaħsad lil Andrew Hogg mid- distanza, imma l-goalkeeper internazzjonali salva tajjeb. Hibernians irduppjaw l-iskor fit-53 minuta meta minn freekick ta' Gorozia, Joao Moreira, għola tajjeb u permezz ta' daqqa ta' ras preċiża għeleb lil Justin Haber. Fid-69 minuta, Hibernians reġgħu ħolqu l-periklu, meta f 'kontrattakk veloċi, Jurgen Degbariele u Jorginho bidlu l-ballun bejniethom, bl- attakkant żagħżugħ Malti jittanat xortih permezz ta' xutt tajjeb, imma l-ballun għadda ftit barra. Il-Pawlisti komplew jattakkaw u fl-84 minuta Jorginho indirizza kross pinġut lejn Jurgen Degabriele li iżda żmarkat quddiem Justin Haber ra l-ballun jgħaddi ċentimetri barra mill-wieqfa. Fid-89 minuta l-goalkeeper ta' Hibernians, Andrew Hogg, kellu jkun attent biex idawwar kross insidjuż ta' Nikolai Muscat li deher li seta' joħloq il-periklu għall-Pawlisti. Hibernians Hogg, Tabone Desira, Kreuzriegler, Soares, Degabriele (Xuereb 90'), Kristensen, Failla, Moreira (Da Silva Pereira 68'), Bezzina, Agius, Gorozia (Vella 75') Gżira United Haber, Briffa, Gatt Baldacchino (Corbolan 60'), Thackray (Brincat 85'), Price-Loic Mambouana, Avila Perez, Zarate Bilbao, Cohen (Muscat 85'), Okoye, Samb, Garba Referi Trustin Farrugia Cann St Andrews jaħsdu lil Floriana Hibernians jegħlbu lil Gżira United b'gowl f 'kull taqsima MISAEL MIRANDA GOMEZ Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Għalemm ma rnexxileux isib ix-xibja kien l-aħjar plejer fil- grawnd. Rebaħ il-penalty li minnu St Andrews kisbu dawn it-tliet punti prezzjużi. Ritratt - Dominic Borg CLAYTON FAILLA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja l-ewwel gowl mit- tnejn ta' Hibernians f'din il-partita. Huwa plejer indispensabbli kemm għal Hibernians kif ukoll għat-tim nazzjonali Malti. Ritratt - Christine Borg Ritratt - Joe Borg Martin Kreuzriegler segwit minn Amadou Samb Azzjoni mill-konfront bejn St Andrews u Floriana

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 January 2018