Illum previous editions

illum 28 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 ISSIT illum.com.mt din il-ġimgħa żvela kif qed ikun propost bini ta' restorant kbir tal-McDonalds fuq art barra ż-żona tal-iżvilupp (ODZ) fi Triq il-Labour f 'Ħaż-Żabbar. Fil-preżent, l-Awtorità tal-Ippjanar qed tevalwa l-pjan ta' kostruzzjoni hekk kif parti mill-art li fuqha qed jiġi propost il-bini tal- McDonalds hi f 'ODZ. Skont l-informazzjoni li għandha l-ILLUM, il-pjan tal-bini kummerċjali jinkludi faċilitajiet ta' parkeġġ għal 28 karozza, l-faċilità ta' 'drive through' kif ukoll diversi żoni b'siġġijiet u mwejjed barra r-restorant u fit-terazzin. Dan huwa t-tieni pjan ta' bini ta' restorant tal-McDonalds fuq art ODZ f 'żmien ta' sitt xhur. L-art li se jieħu dan l-iżvilupp ikopri madwar 1,800 metru kwadru, li jinkorpora parti illi fiha hemm proprjetà għall-bejgħ u parti oħra illi fiha jidher li hemm ġnien kbir, mimli siġar u anke dik illi tidher bħala serra fuq wara. Lura għal Lulju tal-2017, il-kumpanija Premiere Restaurants li għandha l-liċenzja tal-franchise tal-McDonalds f 'Malta ssottomettiet applikazzjoni ta' restorant ġdid fuq art ODZ ta' 7,000 metru kwadru viċin ir-'roundabout' tal-ajruport, propju ftit metri 'l bogħod mir-restorant eżistenti fl- Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Din ir-rilokazzjoni tal- McDonalds kienet ġiet deskritta bħala 'inaċċettabbli' mill-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi (ERA). F'kummenti mal-gazzetta oħt MaltaToday dakinhar l-ERA kienet qalet li "l-iżvilupp propost jista' jiġi faċilment akkomodat fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta." L-ERA kienet ikkumentat ukoll dwar telf ta' art agrikola u għall-iżvilupp kummerċjali mhux ġustifikat." L-applikazzjoni tal- aħħar żvilupp ta' Premiere Restaurant f 'Ħaż-Żabbar kienet sottomessa fit-12 ta' Settembru 2017, bid- deċizjoni tal-Awtorità mistennija tkun mħabbra f 'Mejju li ġej. Peress li l-art allokata hi 'l barra miż-żona taż- żvilupp din tirrikjedi l-evalwazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar. Wara li ssir l-evalwazzjoni rigorruża fuq is-sit inkwistjoni, l-uffiċjali tal-Awtorità jkunu jistgħu joffru l-parir tagħhom lill-bord tal-istess awtorità. Huwa l-bord li fl-aħħar mill- aħħar jiddeċiedi jmexxix 'il quddiem l-iżvilupp. Premier Restaurants Malta huwa l-operatur tar- ristoranti tal-McDonald's f 'Malta u f 'Għawdex. Apparti minn hekk dan hu għandu liċenzja tal-McDonald's fl- Estonja, il-Greċja, il-Latvja, il-Litwanja u r-Rumanija, b'operazzjoni li tinkludi 136 ħanut b'tim ta' 7,500 persuna. Jobsplus permit number 607/2017 VACANCY NOTICE Legal Aid Malta was established in 2014 as part of the Justice Reform. It provides legal services to indigent people who qualify for legal aid in civil and criminal matters. ASSISTANT ADVOCATE FOR LEGAL AID Legal Aid Malta invites applications from team driven, motivated, communicative and willing-to-learn individuals for the post of Assistant Advocate for Legal Aid within our Agency. Required Qualifications: • Degree in Law from the University of Malta. • Warrant to practice as a lawyer on the Maltese Islands. • 2 years experience at the law courts after obtaining warrant. • 2 years experience in the legal field. • Be fluent in speaking and writing in Maltese and English languages. Copy of the job description in respect of this position may be obtained by sending an email on legalaidmalta.mjcl@gov.mt. A Europass curriculum vitae with a motivation letter, including references to substantiate experience, for the above mentioned post will be received latest by 2nd February 2018 at: legalaidmalta.mjcl@gov.mt or by post at the following address: Manager, Legal Aid Malta Agency, 'Chateau de la Ville', 21, Archbishop Street, Valletta VLT1443. Applikazzjoni oħra għal żvilupp fuq ODZ; Din id-darba McDonalds f 'Ħaż-Żabbar lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter L-iżvilupp se jkopri madwar 1,800 metru kwadru u jkopri siġar u ġonna wara dar mill-Awtorità dwar

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 January 2018