Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293
15 Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 | illum Valletta Valletta turi x-xena ta' San Pawl qed jipprietka, pożizzjoni li kellha sservi ta' mudell għall-parti l-kbira tal-istatwi tal-qaddis li saru iktar 'il quddiem f 'Malta. Teżori prezzjużi oħra li nsibu f 'din il-knisja jinkludu r-relikwa ta' parti mill- għadma tal-polz tal-lemin ta' San Pawl kif ukoll ta' waħda mill-erba' pilastri tal-irħam jew saqajn tal-mejda li fuqha nqatgħet ras l-appostlu f 'Ruma fis-sena 64AD. Dawn ir-relikwi ġew irregalati lill-knisja mill-Papa Piju VII fl-1818 bħala rikonoxximent għas-sehem tal-kolleġġjata fi żmien il-pesta tal-1813. Fost il-kollezzjoni kbira ta' oġġetti prezzjużi miżmuma b'għożża f 'din il-knisja nsibu reċipjent kbir tal-fidda bl-arma tal-Gran Mastru Gregorio Carafa, sfera bid- djamanti bl-arma tal-Gran Mastru Adrien Wignacourt, u oħra kbira tal-fidda rregalata mill-Gran Mastru Emanuel Pinto, li kien irregala wkoll karozzella tat-trasport. Insibu wkoll lampier kbir tal-fidda rregalat mill-Gran Mastru Ramon Perellos u ieħor bl-arma tal-Gran Mastru Antonio Manoel de Vilhena. Ta' preġju wkoll huma kalċi tad-deheb mastizz li kien irregalat mill-Papa Piju X lill-Isqof ta' Malta Gaetano Pace Forno li min-naħa tiegħu offrieh lil din il-Knisja Kolleġġjata; sfera ndurata u mżejna bid-djamanti, li nġarret fil-purċissjoni tal-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar f 'Malta fl-1913; kalċijiet tal-fidda li ngħataw lill-knisja minn diversi saċerdoti u prelati u numru ta' ventartali skolpiti fil-fidda. Minn dawn ta' min isemmi b'mod partikolari l-ventartal tal-fidda mastizz li nsibu armat fil-festa fuq l-artal maġġur u li juri x-xena tan-nawfraġju ta' San Pawl. Sett ta' sitt statwi tal-appostli, magħruf aħjar bħala l-appostolat u li huma maħduma fil-fidda, huma kopja identika ta' dawk li nsibu fil-Bażilika ta' San Ġwann Lateran f 'Ruma. Fil-verità l-Kolleġġjata ta' San Pawl Appostlu fil- Belt Valletta hija teżor ta' patrimonju artistiku u artiġjanali tal-arti reliġjuża f 'pajjiżna. Il-festa ta' San Pawl Missierna, tiġi ċċelebrata kull sena b'ċelebrazzjonijiet kbar interni u esterni nhar l-10 ta' Frar jew fl-aħħar Sibt ta' Jannar jekk bħal fil-każ ta' din is-sena, il-festa fi Frar taħbat fil-jiem tal-Karnival Nazzjonali li jiġi determinat mid-data tal-bidu tar-Randan Imqaddes. Id-devozzjoni Pawlina, għalkemm tilħaq il-qofol tagħha fil-Belt Valletta, insibuha mifruxa ma' bosta nħawi tal-Gzejjer Maltin. Għalhekk fi tmiem dan l-artiklu tiegħi xtaqt inwasslilkom lista ta' postijiet oħra f 'Malta u Għawdex li huma marbuta ma' dan il- qaddis: • Il-Gżejjer ta' San Pawl: jinsabu f 'San Pawl il- Baħar; x'aktarx insibuhom qrib il-post fejn ġara n-Nawfraġju. • Il-Ponta ta' Tassu: ilsien ta' art qrib il-Gżejjer ta' San Pawl; il-kelma Tassu x'aktarx hija korruzzjoni tal-kelma Tarsu, il-belt fejn twieled Sawlu (San Pawl). • Għajn Rażul: 'Rażul' tfisser 'appostlu'. Hawnhekk insibu nixxiegħa minn fejn il-leġġenda tgħidilna kif Pawlu ħareġ l-ilma mill-blat biex għammed lill-ewwel Insara Maltin. • San Pawl Milqgħi: hawnhekk jingħad li San Pawl ġie milqugħ mill- Ħakem Ruman Publiju. Publiju kellu l-artijiet f 'dan il-post. Publiju nħatar l-ewwel Isqof minn San Pawl. Hawn inbniet knisja. • In-Naxxar: it-tradizzjoni tgħidilna kif dan ir-raħal ħa ismu mill-verb 'naxar'. Jingħad li dawk li ħelsu mill-għarqa naxrulhom il-ħwejjeġ hawn. Oħrajn jgħidu li l-isem ġej mill- kelma 'Nassar' li mbagħad saret 'Insara'. • San Pawl tat-Tarġa: skont il-leġġenda dan huwa l-post minn fejn jingħad li San Pawl ipprietka u nstema' mix-Xewkija Għawdex. Hawn tqiegħdet statwa ta' San Pawl fuq kolonna. • Il-Knisja tal-Ħuġġieġa: knisja f 'San Pawl il-Baħar li tfakkar il-ħuġġieġa li l-Maltin qabbdu lil dawk meħlusa mill-għarqa. • Il-Grotta ta' San Pawl fir-Rabat: jingħad li hawnhekk San Pawl għex, ipprietka u talab fit-tliet xhur li dam Malta. L-istatwa li naraw ġiet irregalata mill-Gran Mastru Pinto. • Il-Katidral tal-Imdina: iddedikat lil San Pawl; it-tradizzjoni tgħidilna li dan il-Katidral inbena fuq il-post fejn kien hemm il- palazz tal-Prinċep Publiju. • Knisja fil-Wied ta' Birkirkara: jingħad li San Pawl ipprietka hawnhekk. • Għawdex: F'Marsalforn, il- Munxar u n-Nadur insibu knejjes iddedikati lil San Pawl. 'Splużjoni' fl-użu tat-trasport pubbliku mill-Belt fil-ftuħ tal- Valletta 2018 ILMINISTRU tal-Ġustizzja u Kultura Owen Bonnici żvela fil-Parlament li l-użu tat-trasport pubbliku matul il-lejl tas-Sibt li għadda, fil- ftuħ tal-Valletta 2018, kien wieħed massiċċ. Huwa qal li l-ewwel indikazzjonijiet juru illi kien hemm 'splużjoni' fl-użu tat-trasport pubbliku meta mqabbel ma' Sibtijiet normali. Bonnici ammetta iżda li seta' kien hemm numru ta' ilmenti u ppropona li l-Kunsilli Lokali wkoll jorganizzaw trasport tal-massa f 'attivitajiet simili, bil-Gvern jekk ikun hemm il- bżonn, jidħol biex jgħin. Mistoqsi mid-Deputati Nazzjonalisti, Bonnici qal li l-Gvern għażel il-Festa Maltija bħala t-tema għax din hija l-aktar espressjoni kulturali li jħobbu u li fiha jipparteċipaw il-Maltin. Huwa kritika l-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, li staqsa jekk hux vera li d-dawl fi triq ir-Repubblika nġiebx minn Bali. Bonnici staqsa kif inhu issa biss li Fenech Adami jidher li qed idejquh id-dwal fit- tali triq, liema dwal ilhom fil-Belt Valletta minn qabel beda żmien il-Milied. Bonnici fakkar illi dawn id-dwal tpoġġew wara ħidma mill- komunità kummerċjali ta' Triq ir-Repubblika u ntlaqgħu tajjeb ħafna mill-poplu. Intant is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista indika li n-nefqa tal-ispettaklu għadha ma ġietx maħduma kollha. Nhar is-17 ta' Frar Pjazza San Ġorġ tinkesa bil-kutri ILBELT tal-Leeuwarden fl- Olanda, li bħall-Belt Valletta hija l-Kapitali Ewropea tal-Kultura, qed torganizza proġett illi permezz tiegħu se jkunu qed jitgħattew ħames grawnds tal-futbol b'kutri magħmulin mill-crochet. L-għan tal-proġett huwa li jiddimostra l-qawwa, diversità, konnessjoni u l-kulur fis-soċjetà. Malta wkoll kienet mistiedna biex tieħu sehem f 'din l-attività li għandha l-għan ukoll li tikser il-Guiness Book of Records. Il-kutri magħmulin mill-crochet se jkunu mbagħad qed ikunu distribwiti lil bosta istituzzjonijiet li jgħinu lil dawk inqas ixxurtjati u li għandhom bżonn l-għajnuna. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Carmen Ellul, waħda minn dawk li qed jaħdmu qatigħ biex Malta tkun parti minn din l-inizjattiva. Ellul spjegat kif malli saret taf bl-inizjattiva daħlet għaliha b'ruħha u ġisimha, "kienet dejjem ix-xewqa u l-ħolma tiegħi din u bdejt ngħaqqad in-nies biex inwettqu din l-isfida." Dawk li kienu parti minn din l-inizjattiva jinkludu membri tal-Klabb tal-Bizilla, The Malta Cross Stitch Club, is-Soċjetà Maltija tal-Arti u individwi oħrajn. Minkejja li l-għan kien li jsiru 50 kutra, Ellul spjegat lil din il-gazzetta illi fil-fatt saru b'kollox 150. Intant qabel ma jmorru Leuwarden, nhar is-17 ta' Frar, dawn il-kutri se jitpoġġew u se jiksu parti mill-Pjazza San Ġorġ. Mid-9 sas-16 ta' Frar se jkunu esebiti fil-Binja tas- Soċjetà tal-arti f 'Malta u bejn id-19 u t-28 ta' Frar, fl-HSBC tal-Belt Valletta. Dan il-proġett qed isir bl-appoġġ tal-Fondazzjoni Valletta 2018.