Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293
Aħbarijiet 16 illum | Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 Delia mhux korrott, l-oħrajn iva "The new party leader cannot decide to ignore the corrupt activities of the Labour Party in government. He must not be corruptible. He must not have a past which can be used against him." Dawn huma l-kliem ta' Defni Caruana Galizia ftit qabel ma ġie elett kap tal-PN Delia u ftit qabel ma nqatlet. Qalet iktar minn hekk. Imma dak nżommuh għal aktar tard. U tgħidli xejn ma stajtx ma niftakarx f 'dawn il-kliem sbieħ hekk kif Delia, il- verġni pur li għajjar il-gvern ta' Muscat korrott. Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Kitba satirika li twasslek biex tifhem li kulħadd l-istess u l-kelb poodle mhux daqstant injorant għax jaf x'inhu għaddej! Padre Joe Borg Isma' jiena lil Padre Joe Borg inħobbu bħalma jħobb hu lill-proxxmu. Għandu mħabba kbira Nisranija bħalma kienet l-imħabba ta' dawk l-Insara tal-kruċjati. Infatti għandu rabta kbira mal-belt Lebaniża ta' Bejrut. Tant hu hekk li d-deċiżjoni tiegħu li bħala mistieden speċjali fuq RTK ikollu lil Manwel Delia jew Emmanuel Delia, (biex forsi ngħinkom tiftakru min hu Manwel Delia, ftakru f 'dak il-ħelu Austin Gatt jew aħjar f ' Georg Sapiano meta kien jagħmel programm fuq TVM) kienet imbierka mill-Isqof stess... Joe Borg ovjament mhux magħruf għall-mibgħeda vixxerali lejn dak kollu lejber anzi huwa kkunsidrat bħala bniedem bilanċjat u oġġettiv u jara kollox ċar. U Manwel Delia apparti li jidher qisu ors, magħruf għall-poeżiji sbieħ li jiddedika favur il-lejber. Tumuluri l-bravu U issa jekk konna nafu li Tumuluri huwa persuna mhux affidabli, għalfejn irranġajna miegħu fuq il-Vitals. Ir-risposta hija għax aħna ġifa u ma smajniex milli kienu qed jgħidu fuq Tumuluri. Issa dan Tumuluri diġà kien akkużat bi frodi ġewwa l-Kanada. U kien hemm min jinsisti li dan con man. Jekk hux veru jew le, nistgħu naraw mill-balbuljata tal-Vitals. Li huwa interessanti hu li issa meta tkellimna ma' xi ħadd mill-gvern kulħadd jirremetti fuq Tumuluri. Dażgur issa dak li kien l-aqwa fost l-agħar issa sar problema. Mur obsor. Welcome to the Balbuljata. U bilħaqq kont se ninsa mela xi sentejn ilu dil-gazzetta kienet kitbet fuq Tumuluri u dakinhar dan il-bravu heddidna b'libell u li jsallabna issa jekk għandu l-bajd forsi jsib il-flus u jagħmlilna libell (wara li jħallas lil dawk in-nies kollha li ma ħallasx). Tal-Vitals tinten Iva ħija, tal-Vitals tinten u għalxejn jiġi Chris Fearne u jipprova jiddefendi l-indefensibbli. Għax irridu nammettu li kulħadd hemm barra qed jaħseb li kien hemm xi ħaxja u għaddew xi flus. Issa jien ma għandix prova mġiddma imma bħalma jgħid l-isqof – it is all about perception. U ejja nkunu ċari l-maġġoranza kbira ta' lejberisti ma jistgħux jifhmu kif Joseph mhux qed jaġixxi. Mhux sew, li jibqa' sieket. U ejja nkunu ċari kieku l-PN ma kinux immexxija minn Delia, kieku għamlu pulpetta minn Muscat. U dawn il-mistoqsijiet dwar Ivan Vassallo, vera bla bażi imma tiġi tgħidli hemm xi ħaġa li ma tinkwadrax! Il-White Rocks on the rocks Mela fl-independent, kien hemm artiklu kemm l-iżvillupaturi huma viċin li jagħlqu fuq il- White Rocks. U nsomma li kien jonqoshom jiktbu tal-Independent kemm iħobbu jivvintaw. Meta tkellimna ma' xi ħadd li nafu qalulna li dawn qegħdin 'il bogħod ħafna li jaslu għax ovjament il-prezz tal-art inbidel sew wara dak li ġara f 'tas-seabank. U l-mistoqsija tiegħi hija sempliċi: Għalfejn Chris Cardona għandu jieħu pjaċir biex tidher storja li ma tgħidx il-verità… Alla biss jaf. Ħeqq ħbieb jien qed inħoss ftit stordament… intom ukoll? Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali Kisser il-bieb tal-eks sieħba wara argument ta' bejniethom ILQORTI ordnat lil raġel ta' 32 sena mill-Imqabba biex ma jibqa' jgħix fl-indirizz li għandu u ma jersaqx lejn il- Gżira u l-Imsida. Dan wara li tressaq il-Qorti akkużat li kisser il-bieb tar- residenza tal-eks sieħba tiegħu u li heddidha li se jsawwatha. Huwa kien akkużat ukoll li hedded, insulta lill-mara, wettaq ħsara fuq propjetà privata u li kiser il-paċi pubblika. Fil-qorti ntqal li l-Pulizija marru fuq il-post u arrestaw lir-raġel wara li l-familja tal-mara ċemplu l-għassa għall-għajnuna. Akkużati li sawtu Olandiż u martu f 'restorant ŻEWĠT irġiel ta' 21 sena u 34 sena minn Raħal Ġdid tressqu l-Qorti akkużati li weġġgħu gravi Olandiż ta' 66 sena u lil martu. Il-ġlieda nqalgħet f 'restorant fil-Mellieħa meta tifel allegatament waddab l-ilma fuq il-ġakketta ta' mart l-Olandiż. Fil-Qorti, l-Olandiż qal li martu biddlet postha madwar il-mejda u kompliet tiekol sakemm it-tifel ta daqqa ta' sieq fuq dahar is-siġġu bil-konsegwenza li l-mara reġgħet biddlet postha. L-Olandiż qal ukoll li missier it-tifel qam għall-ġlied, beda jimbuttah u waddablu siġġu. Sostna li r-raġel l-ieħor beda jimbotta l-imwejjed u lil martu waqqgħuha mal-art. Mart l-Olandiż qalet li kienet ikkonfontata minn omm it-tifel u uriet ġrieħi li ġarrbet. Iż-żewġ akkużati ngħataw il-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta' €1,000. Simon Busuttil jitlef libell dwar 'direct orders' li rċeviet kumpanija li kien imdaħħal fiha hu ILQORTI tat raġun lill- Partit Laburista f 'kawża ta' libell li fetaħ l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, wara li spot politiku tal-Partit Laburista qal illi kumpaniji tiegħu kienu ngħataw iktar minn €1.5 miljun f 'direct orders u kuntratti mill- Gvern. Il-Qorti mmexxija mill-Maġistrat Franceso Depasquale, qalet illi l-kontenut tar-riklam kien sostanzjalment korrett u veru. Qal ukoll li r-riklam kien dwar il-kumpanija li fiha kien involut u mhux dwaru. Fi stqarrija, il-Partit Laburista fakkar illi l-eks Kap tal-PN Simon Busuttil, kien qal li kien daħħal inqas minn minimum wage fis-sena, u li l-argument tal-Partit Laburista kien malafamanti u giddieb. "Però din is-sentenza hija konferma oħra, jekk qatt kien hemm bżonn, kif Simon Busuttil mhux kredibbli biex jitkellem dwar governanza tajba u meritokrazija. Għaliex dawn ma kinux prinċipji li kien iħaddan meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern. Iktar minn hekk Busuttil għamel kważi ħames snin jiċħad u jigdeb dwar fatt li llum anke l-Qorti kkonfermat li huwa minnu. L-istess kif Busuttil gideb fuq kwistjonijiet oħra u li dwarhom irid iġorr ir- responsabiltà meta tkun ikkonfermata l-verità." Qed jaħsibni Flavja, ommi ma! Qiegħed tajjeb! Tinsewx l-ODZ jien għamilthom dawk! Hawn Stronz, ejja s'hawn sirna ħara.