Illum previous editions

illum 28 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Tarxien R ........................0 Mosta FC .........................1 MOSTA komplew ikabbru l-problemi ta' Tarxien Rainbows meta għelbuhom bl-iskor minimu ta' 1-0. Kienu Mosta li ħolqu l-ewwel periklu wara disa' minuti permezz ta' freekick li ngħata minn Thomas Veronese bil-ballun jiġi ppanċjat b'diffikultà mill- goalkeeper Cassar. Mosta kellhom freekick ieħor fit-32 minuta mogħti minn Alex Wendel Dos Santos li spiċċa ftit barra. Tarxien Rainbows irrispondew fit-38 minuta meta Matteo Desira Buttiegieg għadda tajjeb lejn Samba Tounkara li xxutja għoli, biex ftit wara xutt ta' James Brincat ġie salvat tajjeb minn Vella u mir- rebound Dieye ixuttja barra. Minuta qabel intemmet l-ewwel taqsima Mosta marru fil vantaġġ , meta wara li rċieva minn korner ta' Thomas Veronese, Davide Mansi għoal tajjeb u permezz ta' daqqa ta' ras preċiża għeleb lill- goalkeeper tar-Rainbows, Andrea Cassar. Fit-tieni taqsima Tarxien Rainbows ħargu iktar aggressivi mill-ewwel taqsima u fis-56 minuta xutt ta' Matteo Desira Buttigieg intemm barra. Tliet minuti wara Tarxien Rainbows tilfu ċans tad- deheb li jġibu l-iskor indaqs iżda kienu sfortunati meta Samba Tounkara għadda l-ballun lejn Matthew Spiteri b'dan ikompli lejn Matar Dieye li ra x-xutt tiegħu jistampa mal-lasta Mostija, bil-goalkeeper żagħżugħ ta' Mosta, Andreas Vella megħlub għal kollox. Fis-66 minuta xutt b'saħħtu ta' James Brincat għal Tarxien Rainbows ġie mdawwar f 'korner minn Andreas Vella. Tarxien R. Cassar, Baker, Agius, Grech, Radovanovic, Spiteri, Brincat, Desira Buttigieg, Dieye, Tounkara Mosta Vella, Mansi, Maric, Farrugia, Rodriguez Ekani, Veronese, Magro, Tanti, Dos Santos, Ferreira, Sammartino Referi Darryl Agius Mosta jkomplu jkabbru l-problemi ta' Tarxien Rainbows THOMAS VERONESE Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fit-2 ta' Novembru 1986 fl-Italja u għandu 31 sena. Indirizza l-korner lejn Davide Mansi li minnu Mosta skorjaw il-gowl rebbieħ. Ritratt - Christine Borg Plejer ta' Tarxien Rain- bows jipprova jisraq il-ballun mingħand Thomas Veronese

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 January 2018