Illum previous editions

illum 28 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 Aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN GHADA www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 37 35 71 39 25 78 33 36 Chemimart Pharmacy, 14, Triq Sant'Anna, Floriana Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Guzepp, Ħ amrun Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Qormi St. Paul's Pharmacy, Triq Brared, Birkirkara Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta' Ta' Xbiex, Msida San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke Victor's Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Sliema St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Attard St. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Għargħur St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija Milia's Pharmacy, 73, Triq il-Kottone- ra, Birgu Hompesch Pharmacy, 207/211, Triq Hompesch, Fgura Britannia Pharmacy, 5, Triq l-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Żurrieq Remedies Pharmacy, 1, Triq il-Parroċċa (previously "St Nicholas Pharmacy"), Siġġiewi Spiżerija Carmen, 1, Misraħ Suffara Street, Dingli Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Fontana Tony's Pharmacy, Triq il-Qbajjar, Marsalforn Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa L-OGĦLA: 15˚Ċ L-INQAS: 10˚Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Xlokk forza 3 għal 4 għall- ewwel, li jdur mil-Lvant forza 3 għal 4 BAĦAR: Ħafif IMBATT: Ftit li xejn Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 09˚Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab b'xi ħalbiet tax-xita iżolati VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fix-xita RIĦ: Grigal forza 2 għal 3 li jsir varjabbli forza 2 għal 3 BAĦAR: Ħafif IMBATT: Ftit li xejn Jitlestew żewġ awli ġodda fil-qorti WARA investiment ta' €200,000 tlesta x-xogħol fuq żewġ awli ġodda fil-qrati. B'hekk, dawn iż-żewġ awli ġodda se jiżdiedu ma' awla ġdida oħra li bdiet tiffunzjona f 'Marzu li għadda. L-amministrazzjoni tal-Qorti, bil-għan li tiffaċilita l-proċess sabiex jitnaqqsu l-kawżi pendenti, bdiet taħseb kif tista' tutilizza l-ispazju tal-Qorti aħjar billi żżid l-awli fil-Qorti. Ġew identifikati tliet postijiet li jistgħu jinbidlu f 'awli li kienu, l-eks uffiċċju tal-Prim Imħallef fit-tieni sular u l-librerija u s-sala ta' taħriġ li kienu fit-tielet sular. Ix-xogħol rigward l-awla li kellha tieħu post l-eks uffiċċju tal-Prim Imħallef seta' jibda immedjatament peress li dan l-uffiċċju kien diġà ġie trasferit għall-binja San Tumas More. L-ewwel seduta f 'din l-awla saret fil-15 ta' Marzu li għadda. Wara li nbena arkivju ġdid fi Crown Works Ditch, il-Furjana, bi spazju ta' 300 metru kwadru, seta' jitbattal parti mill-Arkivju Ċivili sabiex fl-ispazju li tbattal inbnew librerija u sala ta' taħriġ ġodda li kienu lesti f 'Ġunju li għadda. B'hekk il-librerija u s-sala ta' taħriġ li kienu fit- tielet sular tbattlu u seta' jibda x-xogħol fuq iż-żewġ awli. F'konnessjoni mal-bini ta' dawn iż-żewġ awli kien issaqqaf kuritur bejn it-tieni u t-tielet sular biex inħolqot waiting area u aċċess għaż-żewġ awli li kienu se jinbnew. It-tender għall-bini ta' dawn iż-żewġ awli għalaq fit-2 ta' Mejju u l-kuntratt mal-kuntratturi li ntgħażlu għall-kostruzzjoni inklużi Mechanical and Electrical Works u Għamara ġew iffirmati f 'Awwissu u f 'Settembru 2017 rispettivament. Ix-xogħol beda f 'Awwissu u tkompla matul il-kumplament tas-sena sabiex f 'Diċembru li għadda, l-awli kienu lesti. Sar ir-refurbishment neċessarju wkoll fil-kuritur ta' dawn l-awli. L-awli huma attrezzati b'sistema ta' arja kundizzjonata u b'apparat modern ta' recording u b'dak kollu li hu rikjest sabiex awla tkun tista' tiffunzjona kif jixraq. Żewġt irġiel iweġġgħu wara li ċeda ċint ILBIERAĦ għall-ħabta tal- 10.45 ta' filgħodu, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza f 'residenza li tinsab fi Triq Wied Babu fiż-Żurrieq. Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li żewġt irġiel, wieħed ta' 41 sena u ieħor ta' 72 sena, li huma residenti ż-Żurrieq indarbu wara li ċeda ċint bihom u waqgħu għoli ta' madwar sular. Membri mid- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fuq il-post biex jagħtu l-għajnuna. Issejjaħ ukoll tim mediku b'ambulanza li ħadu lill-irġiel l-isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard sar magħruf li r-raġel ta' 72 sena qed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li r-raġel ta' 41 sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief. L-investigazzjonijiet tal- Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 January 2018