Illum previous editions

illum 28 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 Sports 30 Leicester City jiksbu rebħa kbira kontra Peterborough United LEICESTER City barra minn darhom għelbu lil Peterborough United bl-iskor ta' 5-1, bil-ħames gowls għalihom jaslu minn Onyinye Ndidi, u żewġ doppjetti ta' Fousseni Diabate u Kelechi Iheanacho. Min-naħa l-oħra l-gowl uniku għal Peterborough United wasal minn Andrew Hughes fit-58 minuta. Wigan Athletic ġewwa darhom għelbu lil West Ham United bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Will Grigg, bit-tieni gowl għalih jasal minn penalty. Tajjeb ngħidu li l-Hammers spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta fid-49 minuta tkecca għalihom il-plajer Arthur Masuaku permezz ta' karta ħamra diretta. Southampton ukoll ġewwa darhom għelbu lil Watford bl-iskor ta' 1-0 bil-gowl għalihom jasal minn Jack Stephens wara biss erba' minuti. Notts County u Swansea City temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1 bil-gowl għal Notts County jasal minn Jonathan Stead fit-62 minuta b'Luciano narsingh ikun hu li fetaħ l-iskor għal Swansea City fil-45 minuta Bl-istess skor intemmet il-partita bejn Huddersfield Town u Birmingham City bil-gowl għal Huddersfield Town jasal minn Steve Mounie fil-21 minuta waqt li Lukas Jutkiewicz ġab l-iskor indaqs għal Birmingham City fl-54 minuta. RIŻULTATI FA Cup Ir-Raba' Rawnd Is-Sibt 27 ta' Jannar Peterborough United vs Leicester City 1-5 Huddersfield Town vs Birmingham City 1-1 Hull City vs Nottingham Forest 2-1 Middlesbrough vs Brighton & Hove Albion 0-1 Millwall vs Rochdale 2-2 Milton Keynes Dons vs Coventry City 0-1 Notts County vs Swansea City 1-1 Sheffield United vs Preston North End 1-0 Southampton vs Watford 1-0 Wigan Athletic vs West Ham United 2-0 FIXTURES Il-Ħadd 28 ta' Jannar 14:30 Chelsea vs Newcastle U. 17:00 Cardiff C. vs Manchester C. Kampjonat Serie A TIM 12:30 SPAL 2013 vs Inter 15:00 Crotone vs Cagliari 15:00 Fiorentina vs Hellas Verona 15:00 Genoa vs Udinese 15:00 SSC Napoli vs Bologna 15:00 Torino vs Benevento 18:00 AC Milan vs Lazio 20:45 Roma vs Sampdoria Plejers ta' Leicester City jirħu wara r-rebħa kbira li kisbu ILLUM il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli bit-tiġrijiet ta l-istaġun tal-Karozzi Autocross. Imiss is-sitt attivita mill- Kampjonat Autocross ASMK Pasta Poiatti 2017/2018. Il- Programm jibda f '12pm fil- Kumpless Sportiv tal-ASMK f 'Ta' Qali. Ħarsa lejn il-Klassifika Ġenerali wara l-ħames attvità nsibu li fil-Klassi Autocross Modified Karl Micallef fuq Ford Fiesta jillidja l-klassifika tal-Kampjonat Nazzjonali Autocross. Dan huwa segwit minn Noel Zammit fuq Fiat Punti u Jean Paul Grech fuq Peugeot 106. Fil-Klassi Autocross Standard bħalissa naraw lil Nicovich Chircop fuq Peugeot 106 jillidja din il-klassi segwit min Johann Vella fuq Opel Nova u Deane Farrguia fuq Citroen AX. Fil-Klassijiet Autocross Modified A u B bħalissa hemm din is-sitwazzjoni. Fi Klassi A naraw lil Noel Zammit fuq Fiat Punto jillidja segwit min Jean Paul Grech fuq Peugeot 106 u Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo. Fi Klassi B naraw lil Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta jillidja segwit min Keith Borg u Andrew Pisani it-tnejn fuq Vauxhall Nova. Intant nhar il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018 tkompla l-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2017/2018 fejn ġiet organizzata r-raba attivita tal-istaġun. B'kollox għal din l-attivita irreġistraw 24 mutur maqsuma fit-tliet klassijiet. Fi Klassi A Motocross rajna lil Paul Muscat fuq mutur KTM jiddomina is-sezzjoni ta kwalifikazjoni segwit min Clayton Camilleri fuq mutur KTM u lill Stefan Dimech fuq mutur Honda. Intant, matul iż-żewġ Heats tal-ġurnata rajna lill-aħwa Camilleri Kyle u Clayton it-tnejn fuq muturi KTM jiddominaw il-ġurnata fejn kellhom rizultat ta parita bi Clayton kellu rebħa fl-ewwel Heat filwaqt li fit-tieni Heat spiċċa it-tieni. Kyle kellu it-tieni post fl-Ewwel Heat u rebħa fit-tieni Heat. Għaldaqstant, bir-regoli tal-Motocross fejn f 'każ ta' parità tal-punti l-Podju jirbħu dak li jġib l-aħjar rizultat fl- aħħar Heat tal-ġurnata. Dan jirriżulta li Kyle jiġi ddikjarat ir-rebbieħ segwit minn ħuh Clayton. Fit-tielet post spiċċa Muscat filwaqt li fir-raba' post daħal Dimech. Fi Klassi B rajna lil James Zahra fuq mutur Sherco ikompli jiddomina din il-klassi fejn matul din il-ġurnata rrenxilu jirbaħ il-kwalifikazzjoni flimkien maz-zewġ Heats tal-ġurnata biex b'hekk irreġistra ir-raba rebħa f 'din il-klassi matul dan l-istaġun. Zahra kien segwit minn Bernard Sammut fuq Beta filwaqt li fit-tielet post spiċċa Daniel Inguanez fuq mutur Honda. Fir-raba' post daħal Michael Sant fuq mutur Honda. Fil- Klassi Veterans rajna lil Paul Deguara fuq mutur KTM ikompli jiddomina din il- klassi. Għal darb'oħra Deguara rebaħ il-Heats kollha tal- ġurnata biex b'hekk irreġistra r-raba' rebħa f 'dan l-istaġun. Deguara kien segwit minn Jetro Sant fuq mutur Yamaha filwaqt li fit-tielet u fir-raba' post spiċċaw Daniel Bonnici u Andrew Cassar rispettivament it-tnejn fuq muturi KTM. L-Assoċjazzjoni għal darb'oħra bdiet bil- preparamenti għal Demolition oħra li mistennija ssir nhar il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018. Il-Kumitat Eżekuttiv qed javża li din id-darba d-Demolition ser tilqa fiha l-karozzi kollha mhux kummerċjali ta' daqs li ma jaqbżux l-erba' metri (13-il pied). Il-Kumitat avża wkoll li hemm tibdil fir-regolamenti u għalhekk biex kullħadd ikun konformi ma dawn ir-regoli ser issir laqgħa iżda iktar kmieni mis-soltu. Il-laqgħa ser issir nhar il-Ħamis 15 ta' Frar 2018 fis-sala tal-Kunsill Lokali tal-Imtarfa fit-8pm. Il-ġurnata li fiha ssir il-laqgħa tkun il-ġurnata li wieħed jista' jirreġistra l-parteċipazzjoni tiegħu f 'din it-tiġrija. Iktar informazzjoni wieħed jista jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www. asmk.org.mt jew fil-paġni ta' Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel kuntatt bl-email fuq l-indirizz elettroniku info@asmk.org.mt. Kyle Camilleri jkompli jiddomina l-Kampjonat ASMK Honda Motocross 2017/18 Ritratt - Mario Micallef Kyle Camilleri fuq mutur KTM

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 January 2018