Illum previous editions

illum 28 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 Sports 32 ILFUNDATUR u President tal-Klabb Malti tal- Multisport Agones, Warren Muscat, ġie riċentement maħtur Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni taċ- Ċikliżmu ta'Ġibiltà. Il-ħatra ta' Muscat ġiet ftit xhur wara li hu ġie appuntant Maniġer tat-Tim Nazzjonali għall-Logħob tal-Gżejjer (Island Games) tal-2017 u l-Logħob tal-Gżejjer tal-2019 li ser isiru ġewwa il-Ġibiltà. Minbarra din il-kariga, Muscat jifforma wkoll parti mill-Bord tal- Assoċjazzjoni tal-Logħob tal-Gżejjer ta'Ġibiltà, post li għalih ġie elett fl-2017 minn delegati t'aktar minn 25 pajjiż rappreżentati fl- Assoċjazzjoni. "Għalkemm il-Ġibiltà hija pajjiż żgħir ħafna, ix-xena taċ-ċikliżmu hi attiva, u din mhix ta' sorpriża għal-fatt li l-ġara tagħha, Spanja, hija meqjusa bħala waħda mill-iktar destinazzjonijiet popolari taċ-ċikliżmu, fejn hemm firxa kbira ta'rottot li jolqtu kemm id-dilettanti kif ukoll il-professjonisti. Huwa wkoll fatt li ħafna nies f 'Ġibiltà jużaw ir-rota bħala mezz tal-ivjaġġar ta' kuljum," spjega Muscat. Muscat u t-tim tiegħu ser jiffukaw fuq it-tħejjija tat- tim Nazzjonali għal numru ta' impenji internazzjonali, l-ewwel wieħed minnhom se jkun il-Logħob tal- Commonwealth f 'April u l-organizzazzjoni tat-tlielaq għall-Logħob tal-Gżejjer 2019. Barra minn hekk, l-Assoċjazzjoni nediet programm ta'sentejn immirat lejn il-promozzjoni taċ-ċikliżmu f 'Ġibiltà u sabiex tħeġġeġ iċ-ċikliżmu kompetittiv fost iż-żgħażagħ u n-nisa. Bħala parti mill- isforzi tal-Assoċjazzjoni biex tagħti aktar esperjenzi internazzjonali lill-atleti tagħha, Muscat jistenna bil- ħerqa l-possibbiltà ta' proġetti konġunti u ko-operazzjoni mill-eqreb mal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu. "Huwa unur għalija li nkun fdat b'din ir-responsabbiltà, ninsab kunfidenti li l-esperjenza li ksibt bħala amministratur sportiv ser jiġi użat tajjeb. Dan ir-rwol huwa ukoll t'unur għalija u opportunità sabiex inpoġġi lil Malta fuq il-mappa internazzjonali," temm jgħid Muscat. Ħatra internazzjonali għall-Fundatur u President tal-Klabb Agones SFC Warren Muscat Ritratt : Warren Muscat Unur ġdid se jippremja l-aqwa partitarji fil-futbol Malti HEKK kif l-istaġun 2017/18 riesaq lejn l-aktar fażi kruċjali, il-partitarji għandhom inċentiv ieħor biex jitilgħu bi ħġarhom u jagħtu l-appoġġ lit-team tagħhom. Il-Malta Football Association qed tniedi l-Best Fans Award, unur li se jkun qed jippremja lil dawk il-partitarji li b'mod kostanti juru l-lealtà u appoġġ lill-club tagħhom matul il-kampjonat BOV Premier u l-BOOST Diesel FA Trophy. Kif ser jintgħażlu r-rebbieħa tal-Best Fans Award? Fi tmiem l-istaġun, panel ta' ġurnalisti li ta' kull ġimgħa jsegwu l-logħbiet mill-Kampjonat BOV Premier janalizzaw il- kontribut tal-partitarji tal- 14-il tim mill-Kampjonat BOV Premier. Huma se jkunu qed iħejju lista tal-aqwa supporters b'sistema ta' punti skont dawn it-tliet kriterji: • Attendenza matul l-istaġun • Korjografija • Imġieba xierqa L-ewwel rebbieħa ta' dan l-unur jitħabbru waqt is-serata finali tal-2018 MFA Awards f 'Mejju li ġej f 'Dar il-Mediterran għall- Konferenzi. Dr Matthew Paris, il- Viċi-President tal-Malta Football Associationli hu responsabbli mill- organizazzjoni tal-MFA Awards, qal li l-partitarji humal-qalb u r-ruħ tal- logħba tal-football. "Qegħdin inniedu dan l-unur sabiex nirrikonoxxu l-kontribut tal-partitarji kif ukoll biex ninkoraġġuwhom jgħollu l-livell ta' appoġġ għat- teams tagħhom," qal Dr Paris. "Nittamaw li din l-inizjattiva tħeġġeġ aktar partitarji jitilgħu bi ħġarhom biex jagħtu s-sostenn u joħolqu atmosfera sabiħa biex filwaqt li jkunu qed jgħinu lill-benjamini tagħhom, ikunu ukoll minn ta' quddiem fit-taqtiegħa għal dan l-unur ġdid tal-aqwa partitarji." Filwaqt li l-partitarji se jingħataw punti għall- attendenza, korjografija u imġieba xierqa matul l-istaġun, skont ir- regolamenti proposti għal Best Fans Award, offiżi kommessi minn partitarji li jkunu suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja jirriżultaw fit-tnaqqis ta' punti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 January 2018